Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/310281
28 illum | Ħadd 11 ta' Mejju 2014 Kummercjali Vodafone f 'ħidma għas-saħħa u s-sigurtà ta' madwarha Middlesea Insurance tniedi programm ta' volontarjat għall-impjegati VODAFONE Malta ftit ilu organizzat workshop tas-sigurtà u s-saħħa għall- fornituri tagħha fejn uriet l-impenn kontinwu lejn is- saħħa, is-sigurtà u l-welfare tal-klijenti, l-impjegati, il- kuntratturi u l-komunità. "Vodafone Malta bħala kumpanija dejjem fittxet li tkun l-aqwa u li tikseb l-aqwa standards fis-sigurtà u s-saħħa u hu parti mill- impenn tagħha lejn il- komunità Maltija," qalet Amanda Nelson, CEO ta' Vodafone Malta. "Li tonqos milli ssegwi standards bażiċi ta' saħħa u sigurtà twassal lin-nies tagħna, in-nies li naħdmu magħhom u l-persuni li huma esposti għall-attivitajiet tagħna li jkunu midruba serjament. Vodafone għandha lista ta' Regoli Assoluti li kulħadd għandu jimxi magħhom sabiex jipproteġu ħajjithom u permezz ta' dan il-workshop nixtiequ nuru lil kulħadd kif nagħmlu dan u kemm nieħdu s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol b'mod serju." Waqt il-workshop, Anna de Vincentis, Head of SCM ta' Vodafone Malta, tat ħarsa ċara lejn kif Vodafone jagħmlu risk assessment u kif iżżomm il-fornituri f 'livell għoli ta' saħħa u sigurtà. Deborah Clemens, Vodafone Group Health, Safety and Wellbeing Manager, iddiskutiet l-isfidi li Vodafone tiffaċċja fis-sigurtà u s-saħħa globalment, vis-à-vis l-għan li tnaqqas ir-rata ta' inċidenti għal żero. Semmiet ukoll li l-aktar parti tat-tħassib li ma tantx hi mitkellma fin-negozju tat-telekomunikazzjoni huma l-inċidenti fil-vetturi li jinvolvu fornituri u impjegati bl-istess mod u enfasizzat l-importanza li dejjem nibqgħu ngħassu għall- prattiċi tas-saħħa u s-sigurtà f 'kull ħin u f 'kull mument. Clinton Cachia mill- Occupational Health and Safety Act kien mistieden bħala kelliem għall- workshop u ddefinixxa l-inċidenti fuq ix-xogħol permezz ta' case studies mill-esperjenzi tiegħu u b'hekk fisser l-obbligu legali fejn tidħol is-saħħa u s-sigurtà u d-dmirijiet ta' min iħaddem. Spjega wkoll il-proċess tar-rappurtar li l-impjegati għandhom jagħmlu jekk jiġri inċident fuq il-post tax-xogħol u temm id-diskors fuq il- benefiċċju li jista' jikseb min iħaddem il-prattiċi ta' saħħa u sigurtà. Dr Julienne Portelli Demajo, esperta fil-liġi fejn jidħlu l-Occupational Health & Safety , iddiskutiet il-punti ewlenin tal-liġi tax-xogħol f 'Malta vis-à- vis il-prattiċi u l-obbligi tas-saħħa u s-sigurtà. Leslie Spiteri, Technology Operations Manager ta' Vodafone Malta, iddiskuta l-appoġġ li Vodafone toffri lill-kuntratturi fil-vjaġġ tagħhom lejn is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol għall-benefiċċju tal- organizzazzjoni u s-soċjetà bl-istess mod. Vodafone għandha lista ta' Regoli Assoluti li kulħadd għandu jimxi magħhom sabiex jipproteġu ħajjithom MIDDLESEA Insurance nediet inizjattiva filantropika ġdida għall-impjegati tagħha: Programm ta' Volontarjat. Permezz ta' dan il-programm, l-impjegati se jingħataw l-opportunità li jagħmlu xogħol volontarju matul il- ħinijiet tax-xogħol. Fl-ewwel attività ta' volontarjat li kienet organizzata seba' ħaddiema mill-Middlesea Insurance ngħaqdu ma' numru ta' tfal mill-Equal Partners Foundation, organizzazzjoni bla profitt li tipprovdi programmi ta' appoġġ għal aktar minn 250 tfal u adulti b'diżabbiltà intelletwali u l-familji tagħhom u għaddew nofs ta' nhar isajru u jaħmu flimkien. Il-prodotti finali mbagħad ittieħdu Middle Sea House fejn l-impjegati kellhom l-opportunità li jduquhom, u ġew preżentati premjijiet lill-parteċipanti kollha. Waħda mill-impjegati li attendew iddeskriviet din l-attività bħala "esperjenza sabiħa ħafna, ma' nies mill- isbaħ." Louise Pisani, il- President tal-Fondazzjoni qalet li attivitajiet bħal dawn, "apparti milli jservu ta' divertiment, jgħinu sabiex it-tfal li jħossuhom iktar inklużi u produttivi u jtejbu l-awtostima tagħhom." Chris Meli, Chief Officer inkarigat mir-Riżorsi Umani fil-Middlesea Insurance qal: "L-impjegati tagħna laqgħu dan il-proġett ta' volontarjat b'mod pożittiv għax se jippermettilhom li jagħtu kontribut lill- komunità tagħna. Middlesea għandha tradizzjoni twila bħala kumpanija soċjalment responsabbli. Permezz ta' dan il-programm, aħna qed inkunu innovattivi fis-sens li se nipprovdu mhux biss appoġġ finanzjarju, imma wkoll ir-riżorsi umani. Dan se jippermetti l-impjegati tagħna biex jifhmu aħjar realtajiet soċjali differenti u finalment huwa wkoll investiment fihom u fil-komunità tagħna kif ukoll fil-kumpanija tagħna." Il-Middlesea Insurance hi awtorizzata mill-Awtorità ta' Malta għal Servizzi Finanzjarji biex tmexxi negozju kemm għat-Tul u kemm Ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni. Middlesea ngħaqdet ma' Equal Partners Foundation f 'nofs ta' nhar isajru u jaħmu