Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
12 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 ILĠIMGĦA l-oħra rajna kif Joe Borg ta' 30 sena minn Ħal Qormi nqatel meta kien xogħol bħala għassies fil-fabbrika tal- għaġin f 'Ħal Qormi. Borg inqatel wara li kienu sparati mill-inqas seba' tiri fid- direzzjoni tiegħu b'wieħed biss ikun fatali. Dan il-qtil seħħ fid-29 ta' Settembru 1990 meta tliet kriminali daħlu fil-fabbrika bl-intenzjoni li jwettqu serqa mis-safe, iżda Joe Borg sfrattalhom is-serqa li ħallas għaliha b'ħajtu. Ma qalulhiex li kien mejjet Dakinhar li nqatel Joe Borg, ommu kienet id-dar tlesti għat-tieġ ta' Rose, bintha ż-żgħira, meta ħabbat il-bieb u kif fetħet sabet raġel. Dan kien għassies ieħor, ċertu Ġilardu li kien jaħdem faċċata fejn inqatel Joe u fejn illum hemm il-MaltaPost. Kien jaf li Joe joqgħod x'imkien 'l hemm imma ma kienx jaf il-bieb. Dan Ġilardu beda jistaqsi min hi omm Joe Borg. Kif fetħet il-bieb dan qalilha "Sinjura lil Joe ħaduh l-isptar għax sparawlu," imma ma kienx qalilha li kien mejjet fuq il-post. Iżda bħala omm, qalbha mill-ewwel ħabritha li binha kien mejjet, iżda qatt ma basret li kien għadu mejjet fl-art ħdejn il-fabbrika tal- għaġin. Oħt il-vittma, Marthese, kienet l-ewwel waħda li saret taf bil-qtil ta' ħuha u li saħansitra anke ppruvat tagħtih l-ewwel għajnuna. Meta kont kellimt lil Marthese kif kienet se tibda tirrakkonta stajt ninnota għajnejn Marthese mimlijin dmugħ. Il-memorji koroh reġgħu ġew lura u kienu evidenti l-ħsibijiet li kienu għaddejjin minn moħħha. Marthese dehret li kienet qiegħda tgħix dawk il- mumenti koroh meta pprovat tagħmel minn kollox biex tgħin lil ħuha. "Dakinhar mort għand ommi biex ngħinhom jippreparaw peress li ġimgħa wara kienet se tiżżewweġ oħti ż-żgħira. Rose kienet se tmur hi ħdejn Joe biex toħodlu l-ikel," irrakkontat Marthese. Peress li kienet ilha ma tarah qalet lil Rose biex tmur hi bl-ikel. Kif ħarġet mid-dar ta' ommha waqfet titkellem ma' waħda mill-ġirien. Kif waslet ħdejn il-fabbrika rat xi nies miġburin u lil Joe John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt ¢299 FROM Groups from July till September COSTA BRAVA, BARCELONA ¢569 FROM 20-27 July PORTUGAL & NORTH SPAIN Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain Spain BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Il-qtil ta' għassies 23 sena ilu f 'Ħal Qormi – it-tieni parti Oħt il-vittma tipprova tagħtih l-ewwel għajnuna Joe Borg - il-vittma ta' serqa mill-fabbrika tal-għaġin Blue Flag Awards għal Malta Xogħol avvanzat fi Triq il-Kosta ILMINISTRU għat- Turiżmu Edward Zammit Lewis ħabbar li mis-sena d-dieħla, l-kumpanija JET2.com u JET2 Holidays se tibda topera lejn u minn Malta. Zammit Lewis ħabbar dan waqt il-preżentazzjoni tal-Blue Flag Awards, li huma ċertifikazzjoni għall- kwalitajiet ambjentali lil ċerti bajjiet u operaturi fil- gżejjer Maltin. Il-Ministru qal li l-linja tal-ajru topera minn diversi ajruporti fil-Midlands u fin- naħa ta' fuq tar-Renju Unit u tispeċjalizza fil-package holidays. JET2.com għandha flotta ta' 52 ajruplan, timpjega aktar min 3,000 ruħ u s'issa ġarret aktar min 30,000,000 passiġġier f 'mhux inqas minn 65 destinazzjoni. Fl-istess okkażjoni l-Ministru Zammit Lewis ħabbar ukoll, li l-kumpanija tal-ajru Norveġiża; Norwegian, ser tistabbilixxi l-bażi tagħha f 'Madrid ġo Spanja, u mill-5 ta' Lulju li ġej ser tibda topera titjira kull ġimgħa minn Madrid għall-Malta. IXXOGĦOL fuq dan il- proġett, mifrux fuq medda ta' 7.3 kilomteri, beda madwar tliet ġimgħat ilu, iżda diġà qiegħed fi stadju avvanzat ħafna. Dan qalu l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi f 'konferenza tal- aħbarijiet fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq fejn bħalissa għaddej xogħol estensiv ta' twessigħ u bini mill-ġdid tat-triq, mill- junction tat-'traffic lights' tal-Qawra saċ-ċimiterju tal-Commonwealth ta' Pembroke. Il-Ministru spjega kif dan il-proġett jimmira li jnaqqas l-inċidenti f 'din it-triq, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar toroq perikolużi li għandna f 'pajjiżna, speċjalment minħabba d-diversi liwjiet li għandha, li issa mistennija jitnaqqsu. Barra minn hekk, it-triq se ssir b'żewġ kareġġjati f 'kull direzzjoni, biex ikun hemm inqas possibilita li vetturi jaqbżu lil xulxin. Il-Ministru fakkar li dan il- proġett, bħal oħrajn, kien ilu mwiegħed is-snin mill-Gvern preċedenti. Mizzi saħaq li qed issir pressjoni fuq il-kuntratturi biex minkejja li jlestu x-xogħol fil-ħin, dan jagħmluh bil-għaqal u mingħajr spejjeż żejda. L-ispiża totali tal-proġett hija ta' madwar €53 miljun, li 85% minnhom huma ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-proġett se jiswa madwar €53 miljun, 85% minnhom huma ffinanzjati mill- Unjoni Ewropea JET2 Holidays u Norwegian se jibdew joperaw f 'pajjiżna wkoll