Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 43 of 43

illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 L-awtorità għax-xandir fuq il-messaġġ xenofobiku ta' Imperium Europa Tirreaġixxi biss wara rapport fil-mezzi tax-xandir JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt ILPRESSJONI li saret mill-mezzi tax-xandir kienet kruċjali biex l-awtorità tax-xandir tneħħi messaġġ politiku tal-Imperium Europa mix-xandiriet politiċi tagħha. Sorsi infurmati sew li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li fuq dan il-messaġġ imsemmi, l-awtorità għax-xandir ħadet parir legali fuq jekk kinitx libelluża u waqfet hemm. Dan fil-kuntest li l-messaġġ imxandar aktar kien kwistjoni li jinċita r-razziżmu u l-mibegħda lejn l-immigranti, li hu projbit mill-artiklu 82A tal-kodiċi kriminali ta' Malta. Il-messaġġ tal-Imperium Europa kien jgħid li ż-żieda fl-immigranti waslet għal żieda fil-kriminalità u għall- introduzzjoni ta' mard ġdid. Jallega wkoll li l-immigrazzjoni waslet għal telf fil-valur tal-propjetà u tinkoraġġixxi lil dawk li huma kontra l-immigrazzjoni irregolari biex tivvota lil kandidati tal- Imperium. Il-pressjoni biex dan il- messaġġ politiku jitneħħa bdiet il-Ħamis filgħodu wara storja li dehret fil-MaltaToday. Ftit sigħat wara, il-gvern irreaġixxa u ddeskriva l-messaġġ bħala xenofobiku. "Inaċċettabbli li f 'demokrazija jixxandru messaġġi bħal dawn. Filwaqt li nirrispettaw l-awtonomija tal-Awtorità tax-Xandir, il-gvern wassal dan it-tħassib lill-istess Awtorità," qal kelliem għall-uffiċċju tal-Prim Ministru. ILLUM hi infurmata li l-bord tal-Awtorità ltaqa' b'urġenza l-Ħamis filgħaxija. Huma qalu li wara diskussjoni interna, il-bord ħa nota tal- opinjoni pubblika u r-reazzjoni li kien hemm fil-mezzi tax- xandir. Mingħajr ma żvela d-dettalji tad-diskussjoni, meta kkuntattjat minn din il-gazzetta wieħed mill-membri tal-bord qal li l-bord ħass li l-kritika kienet ġustifikata u esprima sodisfazzjon li l-bord irreaġixxa biex jikkoreġi dan l-iżball. "Sodisfatti li indirizzajna l-kwistjoni bil-passi li ħadna. Naħseb tajna sinjal pożittiv li l-Awtorità tirreaġixxi għal kif jaħsibha l-pubbliku u l-kritika tal-mezzi tax-xandir meta din tkun ġustifikata," qal il- membru. Mistoqsi dwar għalfejn ma tteħditx azzjoni qabel ma saret il-pressjoni mill-mezzi tax-xandir, hu qal li m'hemmx regoli espliċiti dwar meta jiltaqa' l-bord u jekk jarawx jew le produzzjonijiet simili tal-partiti. Hu spjega li din il-flessibiltà hi importanti biex il-bord jiffunzjona bl-aħjar mod. Neil Falzon, avukat li jispeċjalizza fid-drittijiet tal- bniedem, qal li hi responsabbiltà tal-Awtorità u tal-mezzi tax-xandir li jiżguraw li kull messaġġ politiku jkun konformi mal-liġi. "Aħna nemmnu li jekk ma jkunx hemm dan l-iskrutinju l-awtorità u l-mezzi tax- xandir għandhom jerfgħu responsabbiltà ta' għemilhom. Aħna mħassbin dwar kif dan l-ispot partikolari kien jinkludi daqshekk informazzjoni skorretta u kontenut illegali, u għalhekk nisperaw li l-Pulizija tagħmel l-investigazzjoni tagħha," qal Falzon. Carmen Sammut, esperta fil-mezzi tax-xandir u l-komunikazzjoni, sostniet li d-deċiżjoni li l-awtorità tirtira l-messaġġ ma tistax tiġi interpretata bħala nuqqas ta' libertà t'espressjoni, kif kien hemm min prova jargumenta. "L-ispot pubbliċitarju huwa provokazzjoni ċara għall-pajjiż kollu. Huwa maħsub biex b'mod ċiniku jiżżufjetta bil-libertà tal-kelma u l-libertà tal- assoċjazzjoni billi jittrasforma l-ansjetajiet ġenwini tal- pubbliku f 'mibgħeda taqtagħha b'sikkina. Jisfrutta l-biżgħat u riżentimenti tan-nies biex ixettel l-għadab u jimmina l-attentati kollha li qegħdin isiru favur l-integrazzjoni," qalet Sammut. F'kummenti lil ILLUM, hi sostniet li fil-filmat Imperium Europa jisħaq li n-nies ta' ġilda skura huma ta' periklu għas- sigurtà tagħna lkoll minħabba mard; jimplika li s-suwed kollha jaqilgħu l-inkwiet u jallega li l-vjolenza u l-kriminalità huma karatteristiċi tal-Afrikani. "Iżda fil-verità l-periklu ġej mil-Lemin Estrem innifsu. Din il-propaganda ta' tixwix tnessina li aħna ġens imħallat; biżżejjed tħares lejn il-kulur tal-ġilda tal-Maltin. Tnessina li kull fejn il-Lemin Estrem għolla rasu, inqala nkwiet serju li fih tilfu ħajjithom nies innoċenti. Tnessina li hawn nies ta' ġilda skura li ilhom jgħixu fil-komunitajiet tagħna għal għexieren ta' snin." Hi żiedet tgħid li wieħed irid jagħraf li din l-ideoloġija ssewwes il-fibra tas-soċjetà billi tħeġġiġna neħilsu mill- 'għedewwa fuq ġewwa' anke meta dawn huma Maltin bħalna. "Din għalija tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà u stabbilità nazzjonali. M'iniex nistagħġeb li intervjena l-gvern u lanqas li l-Awtorità tax-Xandir intebħet x'ġara u ddeċidiet li tirtira dan il-messaġġ. Fuq kollox għamlet sewwa li l-mezzi tax-xandir ġibdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet li b'dawn it-tip ta' messaġġi nkunu qegħdin nilgħabuha man-nar." L-Awtorità tax-Xandir iltaqgħet b'urġenza u neħħiet il-messaġġ tal- Imperium Europa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014