Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 42 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 43 SPORTSillum Ritratt: Jason Muscat, CapturME Photography "Jekk ħija kapaċi jirbaħ daqstant ieħor jien" fit-22 post 'overall' minn 800 u t-tieni fil-kategorija tiegħi. F'Settembru ħadt sehem fil-Kampjonati Mondjali tat- Triathlon fejn ksibt l-aqwa riżultat li qatt kiseb Malti, nisa inklużi. Fil-kategorija tiegħi ġejt fis-37 post minn 150 u ġejt il- 130 minn 5,000 parteċipant. Dan huwa l-aqwa riżultat li qatt kiseb Malti f 'dawn il-kampjonati. Kellek bidu ta' din is-sena mill-aqwa fejn fost l-oħrajn fi Frar li għadda kklasifikajt bħala t-tieni atleta Malti fil-Vodafone Malta Half Marathon. Tina iktar dettalji. Wara s-suċċessi li kelli s-sena l-oħra din is-sena rrid inkompli fejn ħallejt, anzi rrid u ninsab determinat li mmur aħjar. Wara li s-sena l-oħra kien hemm xi individwi li bdew jgħidu xi kummenti li m'għadnix l-aħjar wieħed u li ma ħaqqnix niġi magħżul għal ċerti tlielaq, dan kollu għax ħarġitli tellieqa ħażina għax kont ma niflaħx, din is- sena rrid nurihom li jien għadni u se nibqa' l-aħjar wieħed f 'Malta. Dawn il-kummenti ma kissrunix anzi, tawni iktar kuraġġ u rabja biex nitħarreġ iktar. Fil-fatt l-ammont ta' taħriġ li qed nagħmel f 'ġimgħa tela' għal 30 siegħa regolari. Bdejt is-sena billi mort kamp ta' taħriġ ġewwa Għawdex mal-mara. Qatt ma nafni li tħarriġt daqshekk iebes. L-ewwel tellieqa li rrid inkun fl-aqwa tiegħi hija dik tat-30 ta' Marzu fejn se jintgħażlu atleti li potenzjalment se jieħdu sehem fil-Commonwealth Games. Diġà għamilt tlielaq li fihom mort tajjeb ħafna. F'Jannar ħadt sehem fl- ewwel tellieqa tal-Alfresco Triathlon Series. Kienet Duathlon fejn irnexxieli niġi l-ewwel b'erba' minuti vantaġġ fuq it-tieni wieħed. Ġimgħa wara ħadt sehem fit-10km ta' Ta' Qali fejn spiċċajt it-tielet overall u t-tieni Malti f 'ħin personali ta' 33 minuta u 36 sekonda. Fi Frar għamilt it-10km ta' Ħ'Attard fejn spiċċajt it-tieni. S'issa l-aqwa prestazzjoni li għamilt kienet dik tal- Vodafone Malta Half Marathon fejn ġejt il-ħames overall u t-tieni Malti f 'ħin ta' siegħa, 12-il minuta u 52 sekonda – żewġ minuti u 30 sekonda aħjar mis- sena l-oħra. Dawn ir-riżultati li ġibt juru li fit-taħriġ qiegħed tajjeb u juru wkoll li tjibt ħafna fil-ġiri, tant li barra li qiegħed it-tieni l-aqwa atleta Malti fit-triathlon, qiegħed ukoll mal-aqwa tlieta fil-ġiri fit-tul ġewwa pajjiżna. X'inhuma l-pjanijiet tiegħek għal din is-sena? Il-pjanijiet għal din is-sena huma ħafna imma l-iktar waħda importanti hija li nintgħażel biex nirrapreżenta lil Malta fil-Commonwealth Games li se jsiru fl-aħħar ta' Lulju ġewwa Glasgow. F'Ġunju se nieħu sehem fil-Kamjonati Ewropej tat-triathlon li se jsiru l-Awstrija fejn qed nimmira għall- medalja u f 'Lulju l-Commonwealth Games. Dan kollu ma jfissirx li t-tlielaq ta' Malta se nwarrabhom. Din is- sena nixtieq nirbaħ il-Kampjonati ta' Malta tat-triathlon u Aqauthlon, il-Birkirkara St Joseph triathlon series u l-Al Fresco Triathlon Series, il-Hellfire Triathlon, l-unur tat-Triatleta tas-Sena u l-Birkirkara St Joseph Running Series. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan is-suċċess kollu li ksibt fit- triathlon u mhux biss? Nixtieq nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħi Catalin Stan, lill-isponsors tiegħi Garmin Malta, Challenge Malta Marathon, u lil Starbene Shop tal-Mosta kif ukoll lill-klabb Birkirkara St Joseph. Nirringrazzja wkoll lil Malta Triathlon Federation tal-appoġġ li dejjem tawni, lil Noene Soles għaż-żraben tal-ġiri, BBB Bike Parts u lil Jaycee Malta, lill-ġenituri tiegħi u lill-ġenituri tal-mara tal-appoġġ li dejjem ituni, u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-mara tiegħi Elizabeth tal- appoġġ enormi li ttini u tal-paċenzja li tieħu bija. Elizabeth kienet fundamentali għalija għax huwa grazzi għaliha li din is-sena għadni l-aqwa wieħed! Kull tbatija li sofrejt, hi batiet miegħi! Bl- Ingliż jgħidu "Behind a great man there is a great Woman!" Twieled t-18 ta' Awwissu 1987 f'Tal- Pietà Huwa ċ-champion ta' Malta tat-triathlon Ftit tal-jiem ilu sar iċ-champion nazzjonali tad-Duathlon għat-tieni darba l-karriera mill-aqwa tiegħu Ikklasika bħala t-tieni Malti u l-ħames post overall l-Vodafone Malta Half Marathon li saret Frar li għadda Fl-2012 rebaħ kull tellieqa f'Malta, rebaħt żewġt itlielaq Sqallija u sar champion tal-Ewropa tal-Under 25 Fl-2013 kiser ir-rekord nazzjonali tat- triathlon fuq distanza olimpika kif ukoll ir-rekords tal-korsa f'Malta kemm fuq distanza sprint kif ukoll dik Olimpika Huwa kkowċjat minn ħuh stess Dermot Galea li wkoll kiseb suċċessi liema bħalhom t-triathlon kemm f'pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna Keith Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014