Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 41 of 43

42 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it- triathlon? L-imħabba għat-triathlon ġiet grazzi għal ħija Dermot Galea, illum il- kowċ tiegħi. Ħija beda jirbaħ tlielaq regolari ħafna u fl-1998 rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu meta kellu biss 16-il sena. Dakinhar bejni u bejn ruħi għidt jekk ħija kapaċi jirbaħ daqstant ieħor jien, u għalhekk l-għada bdejt nitħarreġ. Kelli biss 9 snin. L-ewwel taħriġ tiegħi kienet ġirja ta' 15-il minuta, ħija kien ġie miegħi bir-rota. Dħalt mal-klabb li llum għadni fih, Birkirkara St Joseph S.C. u minn hemm bdiet il-karriera tiegħi fit-triathlon. Euchar Camilleri li huwa is-Segretarju tal-klabb, rani nikber f 'dan l-isport. Liema kienu l-ewwel suċċessi li ksibt fit-triathlon? Fl-2002 għamilt id-debutt tiegħi. L-ewwel tellieqa kienet il-kampjonat nazzjonali tad-duathlon fejn spiċċajt fit-12-il post u t-tieni fil-kategorija tal-juniors. Minn hemm bqajt intejjeb il-livelli tiegħi fejn sal-aħħar tas-sena rnexxieli niġi l-ħames overall fil- kampjonati nazzjonali tat-triathlon u rnexxieli nirbaħ it-titlu ta' Champion ta' Malta fit-Triathlon tal-Juniors. Fl- 2003 komplejt immur aħjar fejn bdejt niġi mal-ewwel tlieta regolari. F'din is-sena waslet l-ewwel rebħa tiegħi. Hija ġurnata li ma ninsa qatt. Kienet tellieqa vera eċitanti għax irbaħtha biss bi 11-il sekonda. Ġimgħa wara din it tellieqa rbaħt il-Gozo- Malta Sea Swim. Din kienet għawma ta' 5 kilometri u kelli biss 14-il sena! Ħuk li jiġi l-kowċ tiegħek Dermot Galea kif ispirak biex tikseb dawn is-suċċessi? Meta ħija kien rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu fl-1998, kien ta' stimolu kbir għalija biex bdejt it- triathlon. Dakinhar għidt bejni u bejn ruħi li xi darba dan il-kampjonat ikun tiegħi. F'kull taħriġ li għamilt dejjem kelli f 'moħħi li nsir iċ-champion ta' Malta. Kemm-il darba kont qalb il- favoriti biex nirbħu bejn l-2007 u l-2009 imma dejjem kien jinqala' xi ħaġa. Kont inkun eċitat ħafna u ma kinitx toħroġ il-prestazzjoni li xtaqt. Kont niġi t-tieni jew it tielet fejn kont nasal dejjem wara ħija sakemm fl-2010 sirt champion ta' Malta għall-ewwel darba fil- karriera tiegħi. Din il-ġurnata ma ninsiha qatt għax fl-aħħar il-ħolma tiegħi saret realtà wara ħafna tentattivi. Qatt ma qtajt qalbi għax dejjem emmint fija nnifsi li kont kapaċi. Minn dakinhar 'l hawn il-Kampjonat tat-Triathlon irbaħtu darbtejn oħra. Bejn l-2009 u l-2010 għamilt żmien toqgħod l-Ingilterra fejn hemmhekk tħarriġt bħala triatleta professjonali. Tina iktar dettalji. Kienet esperjenza li ma ninsa qatt għax tgħallimt ħafna u rnexxieli nirbaħ xi tlielaq ukoll apparti li tejjibt il-ħinijiet kollha tiegħi. Fl-2012 dħalt fl-iskema tat-20/20 tal- KMS. Grazzi għal din l-iskema kelli iktar ċans nitħarreġ u bdejt nitħarreġ fuq bażi iktar professjonali. It-taħriġ tiegħi żdied għal tliet sessjonijiet kuljum li jammontaw għal 30 siegħa fil-ġimgħa. Ir-riżultati bdew jaslu għax fl-2012 irbaħt kull tellieqa f 'Malta, irbaħt żewġt itlielaq fi Sqallija u sirt champion tal-Ewropa tal-Under 25 u fl-2013 ksirt ir-rekord nazzjonali tat-triathlon fuq distanza Olimpika kif ukoll ir-rekords tal-korsa f 'Malta kemm fuq distanza sprint kif ukoll dik Olimpika. Tant kemm il-livell tiegħi tjieb li bħalissa apparti li jien l-aħjar wieħed ta' Malta fit-triathlon, qiegħed ukoll fost l-aqwa tliet atleti Maltin fil-ġiri fit-tul. X'inhuma l-unuri prinċipali li rbaħt matul is-snin fit-triathlon? Matul is-snin irbaħt 6 unuri - wieħed tad-deheb u ħamsa bronż mingħand il-Kumitat Olimpiku Malti, u ħames darbiet ġejt ivvutat bħala t-Triatleta tas-sena. Irbaħt ukoll sitt darbiet il- Birkirkara St Joseph Triathlon Series, waqt li sirt Champion ta' Malta tad- duathlon fl-2012. Għal tliet darbiet kont ukoll iċ-champion ta' Malta tal-open water sea swim u ċ-Champion tal- Afrika fl-2008. Irbaħt ukoll madwar 10 tlielaq barra minn Malta ġewwa l-Ġermanja, l-Ingilterra, Sqallija, l-Iżrael u t-Tuneżija. Fis-6 ta' Ottubru li għadda rbaħt il-Kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon li permezz tiegħu sirt iċ-champion ta' Malta fit-Triathlon. Il-kummenti tiegħek. Il-Kampjonat li rbaħt il-Ħadd 6 ta' Ottubru kien wieħed vera diffiċli. Meta wieħed jara r-riżultati li ksibt matul is-sena jirrikonoxxi li kelli staġun mill- aqwa li hekk hu imma t-tbatija li batejt u l-ostakli li kelli naffaċċja din is sena kienu wisq stressanti. Ovvjament kont il-favorit li nirbaħ dan il-kampjonat imma meta niġi biex nagħmel din it- tellieqa partikolari nkun daqsxejn eċitat iktar mis-soltu. Din kienet it-tellieqa li ġegħlitni nibda t-triathlon. Niftakar fl-1998 meta ħija għaxar darbiet champion ta' Malta, Dermot Galea rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu f 'età ta' 16-il sena. Meta rajtu jirbaħ, għidt lili nnifsi li xi darba rrid nirbaħ dan il-kampjonat. Kont ħafna sfortunat matul is-snin f 'din it-tellieqa għax għandi kollezzjoni sħiħa tat-tieni u t-tielet post u nkun tlift il-kampjonat minħabba xi żball ta' nuqqas ta' esperjenza tiegħi u xi naqra eċitament żejjed li ma nkunx kapaċi nikkontrolla sakemm fl-aħħar irbaħt dan il-kampjoant għall-ewwel darba fl-2010. Li tirbħu darba huwa vera diffiċli imma biex terġa' tikkonferma li int l-aħjar huwa iktar. Jien għaddejt minn perjodu ta' pressjoni fejn kulħadd kien qed jistennieni negħleb lil ħija Dermot, li llum huwa l-kowċ tiegħi u issa ġiet pressjoni oħra fejn kulħadd jistenna u jippretendi li dejjem nirbaħ. Kont ħafna eċitat għal din it-tellieqa għax kont naf li mhux se tkun faċli għalija kif fil-fatt ma kinitx. Diġà kont sfortunat f 'Mejju li għadda fejn ma stajtx niddefendi t-titlu tad-duathlon li rbaħt is-sena l-oħra minħabba injury serja fil-hamstring u tellaqt xorta kontra kull parir tat- tobba. Wara din it tellieqa ċerti persuni kibritilhom rashom u bdew jaħsbu li huma aqwa minni, imma malajr tajthom risposta fejn urejt li atleta ma tistax tiġġudikah fuq tellieqa waħda biss! Kif bdejna, bdiet nieżla x-xita u mal- ħin iktar bdiet iżżid. Kelli għawma tajba ħafna fejn ksibt vantaġġ sostanzjali fuq l-avversarji tiegħi, bdejt pass tajjeb u bdejt inżid iktar mal-ħin. Bdejt ninkwieta minħabba li t-triq kienet perikoluża għax kienet tiżloq u li ma nkunx nista' nagħfas kif xtaqt imma s-sena l-oħra tellaqt fi Sqallija f 'dulluvju u xorta mort tajjeb allura esperjenza f 'dawn il-kundizzjonijiet kelli. Innutajt li l-avversarji tiegħi kienu qed jibżgħu minħabba ż-żlieq. Kelli vantaġġ ta' żewġ minuti u 30 sekonda u ridt inkabbru. Bdejt nieħu ħafna riskji fejn stajt u naqqast fil-partijiet perikolużi biss. Bdejt inkabbar il-vantaġġ ma' kull dawra, sakemm f 'nofs it-tellieqa bir- rota kelli nieqaf minħabba 'puncture'. Kien mument kruċjali fejn stajt nirbaħ jew nitlef it-tellieqa. Għamilt dawra sħiħa fuqu. Żammejt kalm. Biddilt ir-rota u komplejt. Tlift ħafna mill-vantaġġ li kelli għal minuta u 15-il sekonda. Domt ħafna biex erġajt inżomm il-pass li kelli l-ewwel għax peress li waqaft, ir-ritmu li qbadt tliftu. Imma xorta rnexxieli nżid naqra fl- ewwel żewġ dawriet tar-rota. Fil-ġirja ridt li dak kollu li tlift fir-rota nerġa' nġibu lura u nżid fuqu. Bdejt niġri tajjeb ħafna u kont naf li t-titlu kien f 'idejja imma komplejt nagħfas għax ridt nirbħu bis-saħħa. U rnexxieli għax irbaħt il-kampjonat f 'ħin ta' 2.03, b'vantaġġ ta' tliet minuti. Vera kuntent li rbaħt dan il-kampjonat għat-tielet darba fil-karriera tiegħi u l-mod kif irbaħtu, (għax kelli puncture u xorta rbaħt). Dan għamel dan il-kampjonat iktar memorabbli apparti li kienet prestazzjoni mill-aqwa. Niġu issa għal-livell internazzjonali. X'unuri rnexxielek tikseb fuq dan il-livell? Irbaħt il-midalja tal-bronż fil- Kampjonati Ewropej tat-Triathlon fejn għamilt ħin fenomenali ta' 1.57.00 li huwa r-rekord nazzjonali ġdid. Ħadt sehem fil-Garmin Trio Cernobbio Olympic Triathlon fejn tellaqt mal- aqwa atleti professjonali Taljani. Ġejt SPORTSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Keith Galea – triatleta Malti u ċ-champion ta' Malta f'dan l-isport li jirrikjedi saħħa, aġilità u konċentrazzjoni massima waqt li għamel isem ukoll barra minn Malta -istess sport permezz tad-diversi suċċessi li kiseb "Jekk ħija kapaċi jirbaħ daqstant ieħor jien" "Din is-sena rrid nurihom li jien għadni u se nibqa' l-aħjar wieħed f 'Malta" "Kulħadd kien qed jistennieni negħleb lil ħija Dermot"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014