Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 40 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 41 SPORTSillum BSL Britannia Tours … your holiday starts here! Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). 18-25 July, 25 July - 1 August, 1-8 August, 8-15 August, 15-22 August, 22-29 August, 29 August - 5 September, 5-12 September, 12-19 September, 19-26 September BSL Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours Britannia Tours … your holiday starts here! … your holiday starts here! All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢299 FROM Corfu - the island of endless natural beauty Joqrob it-tmiem tal-istaġun tal-ASMK bħalissa jinsab fil-quċċata b'245 punt u jinsab segwit minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo b'221 punt. F'taqtigħa mqanqla għat-tieni post ma' Farrugia nsibu lil Josef Grech fuq Ford Fiesta b'193 punt u Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'192 punt. Nagħtu ħarsa wkoll lejn il- klassijiet Lucas Oil Autocross fejn fi Klassi A nsibu lil Zammit, Farrugia u Galea qed jokkupaw l-ewwel tliet postijiet f 'din il- klassi waqt li fi Klassi B naraw lil Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova li jinsab fuq quddiem u segwit minn Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova wkoll. Fil- klassi Gozo Autocross Dominic Zammit fuq Alfa Sud jinsab fuq quddiem ta' din il-klassi segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta. Fix-xena Motocross Lucas Oil Klassi A kollox għadu miftuħ fejn fil-quċċata nsibu lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM b'150 punt segwit minn Paul Muscat fuq mutur KTM b'132 punt. Fit-tielet pożizzjoni nsibu lil Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki b'110 punti. Fil-Motocross Lucas Oil Klassi B kollox huwa magħluq fejn l-iżgħar kompetitur li għandha l-Assoċjazzjoni Kyle Camilleri fuq l-iżgħar mutur Suzuki 85cc RM issiġġilla din il-klassi. Bħalissa Camilleri jinsab fl-ewwel post b'150 punt u mistenni jkompli jiddomina l-attivitajiet li jmiss. Camilleri jinsab segwit minn Pierre Jourdan fuq mutur KTM b'86 u fit-tielet pożizzjoni nsibu lil Karl Micallef fuq mutur Honda bi 62 punt. Fis-Sezzjoni Trials Klassi A nsibu lil Robert Caruana fuq mutur Gas Gas li qed jiddomina din il-klassi b'87 punt segwit minn Damon Bonello fuq mutur Gas Gas b'60 punt li bħalissa jinsab wieqaf mill- mutur għax jinsab rikoverat. Bl-istess punteġġ insibu wkoll lil James Zahra fuq mutur Sherco. Fi Klassi B għadu qed jiddomina Rowen Bonello fuq mutur Beta b'100 punt segwit minn Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas b'77 punt u fit-tielet post insibu lil Manuel Camilleri fuq mutur Beta b'61 punt. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Tkompli t-taqtigħa fil-kampjonat Premier tal-futsal ġabu parità b'xutt fil-baxx ta' Alan Zammit li ħasad għal kollox id-difiża Beltija. Erba' minuti u nofs minn tmiem l-ewwel taqsima, Valletta reġgħu marru fil-vantaġġ meta Milivojsa qassam lil Dylan Agius li b'xutt b'saħħtu reġa' ċaqlaq ix-xibka. Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima l-gowlkeeper Belti Gaetano Mallia wettaq salvataġġ stupend fuq Bernard Bonnici. Fil-bidu tat-tieni taqsima Valletta kellhom minn tal-inqas tliet ċansijiet ta' gowl li raw lil gowlkeeper Ivan Baldacchino jsalva. Żebbuġ ukoll kellhom żewġ okkażjonijiet li jġibu parità miċħuda minn Mallia. Ir-Rangers baqgħu hemm u skurjaw it-tieni gowl tagħhom permezz ta' Jamie Portelli. Tmien minuti mit- tmiem inqala' argument u r-referì Jude Amin Utulu kellu joħroġ il-karta l-ħamra lejn plejer ta' Valletta. Fit-33 minuta, Valletta reġgħu marru minn fuq meta Dassier Borg ta lil Ilija Milivojsa u skorja fost il-ferħ indeskrivibbli tal-paritarji tal-Kapitali. Żebbuġ kellhom ċans li jerġgħu jġibu parità minn free shot ta' Alan Zammit li ġie milqugħ tajjeb mill- gowlkeeper Mallia, li bla dubju kien l-aqwa plejer tal- logħba. Qrendi lura għar- rebħ meta għelbu lil Naxxar bl-iskor ta' 5-4. Logħba oħra bilanċjata li rat lil Naxxar li għamlu minn kollox biex jippruvaw iġibu parità. Għaldaqstant Qrendi fi ftit minuti wrew li kien ħaqqhom li rebħu. Doppjetta ta' Luke Zammit, u gowl kull wieħed għal Antonello Brincat, Berthram Azzopardi u Kevin Vella taw lil Qrendi l-erbatax-il rebħa tal-istaġun. Għal Naxxar skurjaw Paul Falzon, Khail Drago, Adrian Fenech u Bernard Sciberras. Fl-aħħar nett logħba oħra eċitanti kienet dik bejn Gżira u Fgura li qasmu l-merti f 'parità ta' 8-8. Għal Gżira din kienet l-aħħar logħba tagħhom fl-ewwel diviżjoni għax huma wkoll ġew promossi flimkien ma' Valletta u Żebbuġ. Aqua Kidz tkompli tippromwovi l-għawm f 'pajjiżna FOST l-iskejjel ewlenin li jippromwovu l-għawm f 'pajjiżna nsibu lil dik ta' Aqua Kidz. L- avventura ta' Aqua Kidz bdiet fis- sena 2008 fejn l-għan ewlieni tagħha kien u għadu li teduka lit-tfal fuq l-importanza li jkunu jafu jgħumu kif ukoll sabiex tippromwovi l-għawm bħala sport. Din kienet il-ħolma tal-kowċis Andrea Agius u Adrian Buttigieg li wara diversi snin jipprattikaw id-dixxiplina tal-għawm fuq livell nazzjonali u internazzjonali, xtaqu li jgħaddu din l-esperjenza lit-tfal. Għalhekk f 'dawn l-aħħar sitt snin, minn mindu ġiet imwaqqfa Aqua Kidz, kemm fil-korsijiet tas-sajf kif ukoll tax-xitwa, mijiet ta' tfal ġew mgħallma kif iħossuhom komdi u kunfidenti fl-ilma. L-etajiet tat-tfal li jsegwu dawn il-lezzjonijiet, ivarja bejn it-3 snin u t-12-il sena. Kull kors hu twil 10 ġimgħat u f 'dan iż-żmien qasir, anki tfal żgħar li jibdew it-taħriġ bl-armbands ikunu tgħallmu jgħumu bla għajnuna fi tmiem il-kors. Dan isir permezz ta' varjetà ta' logħob u eżerċizzji f 'ambjent ta' divertiment u b'atteġjament ferrieħi min-naħa tal-kowċis. Aqua Kidz tħoss il-ħtieġa li trawwem tfal iħobbu l-għawm. Dan huwa importanti ħafna għall-futur tad-dixxiplina tal-għawm hawn Malta. Diversi tfal li bdew it-taħriġ tagħhom ma' Aqua Kidz illum jieħdu sehem fil-Malta National Swimming Championships. Permezz ta' skejjel tal- għawm bħal Aqua Kidz, l-għawm hawn Malta qed jikber fil-popolarità tiegħu u Aqua Kidz hija kburija li hija parti minn dan it-tkabbir. L-eżerċizzji mgħallma huma qosra, mgħaġġlin u divertenti sabiex iżommu l-attenzjoni tat-tfal, kif ukoll iżommuhom attivi u ħerqana l-ħin kollu. Il-kowċis jagħmlu minn kollox sabiex l-ebda tifel jew tifla ma jitilqu mil-lezzjonijiet bil-geddum jew imdejqin. Il-lezzjonijiet dejjem jispiċċaw bi grupp ta' tfal ferħanin, bi tbissima fuq wiċċhom u ħafna minnhom ma jridux joħorġu mill- ilma. Aqua Kidz se jibqgħu jagħmlu dak li dejjem għamlu, jiġifieri li jaraw li t-tfal jipprattikaw dixxiplina sportiva bħala parti minn ħajjithom. Bl-esperjenza tal-kowċis dejjem tikber, huwa ta' sodisfazzjon għalihom li jaraw lit-tfal jieħdu gost f 'ambjent sikur. Hija wkoll it-tama tagħhom li aktar tfal isiru jħobbu dan l-isport, saħansitra b'xi wħud minnhom anki jkunu kapaċi jipparteċipaw fuq livell nazzjonali. Aqua Kidz - storja ta' suċċess d-dixxiplina tal-għawm f 'pajjiżna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014