Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
40 illum Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 SPORTSillum Joqrob it-tmiem tal-istaġun tal-ASMK DAN tmiem il-ġimgħa qed jirriżulta bħala wieħed impenjattiv għall- Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi b'żewġ attivitajiet mill-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Ilbieraħ saret attività fil-Kumpless tal-Assoċjazzjoni f 'Ta' Qali, waqt li llum se ssir attività fil-Barriera tax-Xagħra tal- Magħlaq, limiti tal-Qrendi kif ukoll Tiġrija Enduro tal-FMI ġewwa Ibleo – Ragusa, fi Sqallija. Illum fid-9am is-sezzjoni Trials se tkun qed torganizza s-sitt attività fil-Qrendi, waqt li żewġ membri tal-Enduro Andrew Cassar u Mathieu Salomon se jkunu qed jikkompetu f 'żewġ klassijiet separati fil-Kampjonat FMI fi Sqallija. Din hija tiġrija iebsa b'madwar 150 kompetitur. Intant, nagħtu ħarsa lejn il-klassifiċi fejn l-Assoċjazzjoni tibda tersaq biex tagħlaq staġun ieħor b'suċċess. Fis-sezzjoni Autocross qed naraw li kollox għadu miftuħ Melo Zammit fuq Ford Escort, minkejja li fl-aħħar żewġ attivitajiet ma rnexxilux jirbaħ xorta waħda baqa' jiddefendi postu. Zammit Melo Zammit fuq Ford Escort waqt l-aħħar nali tiegħu Tkompli t-taqtigħa fil-kampjonat Premier tal-futsal BALZAN saħħew posthom fit-tieni post tal-klassifika tal-Kampjonat Premier tal-futsal, meta għelbu lil Luxol bl-iskor ta' 5-3 u rreġistraw it-18-il rebħa tagħhom. Balzan immexxija mill- plejer u kowċ Gabriel Dobre li skurja tliet gowls, dehru li riedu rebħa tajba. Clint Cope u Emil Raducu komplew il-mewġa ta' gowls li waslithom fejn xtaqu. It-tliet gowls ta' Luxol waslu minn doppjetta ta' Ibrahim Tarik u gowl ta' Noel Bray. Min-naħa l-oħra Hibernians għelbu lil Qormi bl-iskor ta' 10-3 biex b'hekk komplew iżommu r-rekord ta' imbattibiltà u baqgħu f 'ras il-klassifika. Kienu Hibernians li marru fil-vantaġġ imma Qormi wettqu malajr reazzjoni u ġabu parità. Qormi kellhom ukoll iċ-ċans li jkollhom vantaġġ doppju, iżda fl- aħħar sekondi tal-ewwel taqsima Hibernians skurjaw żewġ gowls u marru minn fuq bl-iskor ta' 4-3. Fit- tieni taqsima, il-Pawlisti ddominaw u skurjaw sitt gowls oħra li bihom ħadu d-dsatax-il rebħa tal-istaġun. Għal Hibernians David Bobokhidze skurja erba' darbiet, Levan Kobaidze u Andrew Cohen kellhom doppjetta kull wieħed u gowl kull wieħed għal Xavier Saliba u Melvin Borg. Il- gowls Qriema waslu minn doppjetta ta' Allen Medati u gowl ta' Sam Vella. Mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni, Valletta rebħu l-konfront deċiżiv li kellhom kontra Żebbuġ, grazzi għal rebħa ta' 3-2. Kienet logħba li ġibdet numru sabiħ ta' partitarji fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin. Kemm Valletta u kemm Żebbuġ qabel il-logħba kienu diġà akkwistaw il- promozzjoni għall-ogħla diviżjoni. Kienet logħba ferm bilanċjata b'livell għoli ta' futsal. Żebbuġ kellhom nieqes lil Karstin Cilia li kien imweġġa'. Min-naħa l-oħra Valletta kellhom l-iskwadra kollha għad- dispożizzjoni tagħhom. Fit-tieni minuta, Valletta kellhom żewġ xuttijiet konsekuttivi ta' Dassier Borg li ġew milqugħa mill- gowlkeeper Żebbuġi Ivan Baldacchino. Wara sitt minuti, Valletta marru fil- vantaġġ meta Ilija Milivojsa mill-viċin għeleb għal kollox lil Baldacchino. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Żebbuġ Azzjoni mill-konfront bejn Luxol u Balzan