Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 43

Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 | illum 13 Il-qtil ta' għassies 23 sena ilu f 'Ħal Qormi – it-tieni parti Oħt il-vittma tipprova tagħtih l-ewwel għajnuna fl-art f 'għadira demm wiċċu 'l isfel. Qabżet iċ-ċint u kif waslet ħdejh niżlet fl-art u missitu. "Kien għadu sħun. Dak il-ħin ġietni saħħa barranija tant li ma nistax nemmen kif irnexxieli ndawru waħdi fuq dahru. Lanqas kont nidher ħdejh. Kif dawwartu bdejt nagħtih in-nifs artifiċjali kif tgħallimt fiż-żmien meta kont naħdem fl-Isptar Blue Sisters. Ippruvajt minn kollox. Bdejt nagħtih in-nifs u nitlob fl-istess ħin. Bqajt sakemm waslu l-Pulizija u neħħewni," kienet irrakkontatli b'kuraġġ kbir Marthese. Għand il-Pulizija Louis Borg, ħu Joe, kien qalli li peress li missieru ma kienx jara kien jieħdu spiss id-Depot hu. Dak iż-żmien missieru kellu 63 sena u erba' snin wara miet anke sforz tal-inkwiet. Kienu jkellmu lill-Ispettur Joe Valletta, illum irtirat mill-Korp tal-Pulizija. L-investigaturi qatt ma bagħtu għalihom, imma kienu jaqbdu u jmorru minn jeddhom biex jaraw jekk kienx hemm xi żviluppi. "Għall-ewwel konna mmorru darbtejn fil- ġimgħa u wara kull ħmistax. Imbagħad wara ċertu żmien tibda tinduna li konna qegħdin immorru għalxejn", kien saħaq Louis. Marki tas-saqajn Wara li wettqu d-delitt it- tliet kriminali ħarbu minn fuq il-post b'karozza Datsun Cherry ħamra li aktar tard instabet abbandunata u maħruqa fis-Siġġiewi. Minn din il-karozza l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat ma setgħu jelevaw xejn, iżda fil-fabbrika kienu nstabu żewġ marki tas-saqajn ta' xi ħadd li kien liebes par 'slippers'. Waħda minn dawn il-marki nstabet fuq 'conveyor belt' u oħra fuq borża tal-għaġin li għalkemm ma kinitx il- marka kollha, xorta waħda kienet biżżejjed biex ġiet ikkonfermata li hija simili għal dik li nstabet fuq il- 'conveyor belt'. Meta dawn il-marki ttieħdu f 'laboratorju forensiku fil-Ġermanja, kien ikkonfermat li dawn kienu ta' 'slippers' li jingħataw lill- priġunieri fil-Ħabs ta' Kordin. Kien hemm żmien meta l-Pulizija dehret li tinsab qrib li ssolvi dan il-każ, iżda provi suffiċjenti ma kellhomx. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Il-karozza Datsun Cherry li użaw il-qattiela li nstabet maħruqa f 'għalqa fis-Siġġiewi Il-kadavru ta' Joe Borg Ħadida li qaċċtu l-qattiela biex daħlu fil-fabbrika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014