Illum previous editions

illum 18 may 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 43

14 illum | Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt "Kuntenta li proġett tal-PN qed jitkompla mill-gvern" – Giovanna Debono ILĠIMGĦA li għaddiet il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta' Eko-Għawdex flimkien mal-Coca Cola nhedew it-tieni parti tal- proġett 'Alter Aqua', proġett li bih jinħażen l-ilma tax- xita u l-istess ilma jkun immaniġġjat aħjar. Diversi skejjel f 'Għawdex bdew igawdu minn dan il-proġett. Il-Ħadd li għadda ktibt dwar l-'alter aqua', proġett li jieħu ħsieb li jinħażen l-ilma u jkun amministrat aħjar. Fl-istess paġna tal-Ħadd taw il-veduti tagħhom, il-Ministru għal Għawdex, l-Avukat Anton Refalo u l-Perit Carmel Cacopardo f 'isem l-Alternattiva Demokratika, din il-ġimgħa ħadna l-veduti tal-eks Ministru għal Għawdex u kelliema għal gżira Għawdxija fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, Giovanna Debono li qaltilna hekk, "Il-Ministeru għal Għawdex kien ilu għal dawn l-aħħar 5 snin impenjat biex jagħmel minn Għawdex, gżira ekoloġika u waħda mill- prijoritajiet li l-istrateġija eko- Għawdex iffukat b'mod qawwi fuqha kien proprju l-ħażna tal-ilma tax-xita u l-użu tajjeb ta' dan ir-riżors. "Għaldaqstant il-ministeru kien beda jnaddaf il-widien u jirrestawrahom u b'hekk stajna nilqgħu l-ilma tax-xita. Dan kien ta' benefiċċju kbir għal bdiewa matul is-sena. "Permezz tal-iskema finanzjata mill-fondi ta' Eko- Għawdex, li konna ħloqna għal kunsilli lokali u l-NGOs f 'Għawdex numri sostanzjali minnhom kienu investew fil- lokalitajiet rispettivi tagħhom billi bnew ġibjuni għall-ilma tax-xita. Il-Ministeru kien nieda wkoll skema ta' tiswija ta' rdieden tar-riħ u għaldaqstant ħafna minnhom bdew jaħdmu u b'hekk il-bdiewa bdew isaqqu permezz ta' enerġija alternattiva. "Dawn l-inizjattivi u aktar taw xhieda li l-istrateġija Eko-Għawdex kienet qed tħalli r-riżultati mixtieqa u għaldaqstant ħalliet impatt pożittiv u ħajret anke lil privat biex jinvestu huma wkoll fil-ħażna tal-ilma tax-xita f 'Għawdex. Kien hawn li wasalna biex għamilna ftehim mal-Fondazzjoni Coca Cola u flimkien bnejna ġibjuni f 'diversi skejjel f 'Għawdex biex fihom ukoll beda jinġabar l-ilma tax- xita minn fuq il-bjut tal-istess skejjel u dan l-ilma ntuża għal varji ħtiġiet tal-iskejjel rispettivi. "Allura ħadt gost li anke issa taħt din l-amministrazzjoni qed jitkompla dan il-proċess mal- fondazzjoni Coca Cola li kien inbeda fl-amministrazzjoni preċedenti, għaliex inkabbru l-ħażna tal-ilma f 'Għawdex u nedukaw aktar lil poplu Għawdxi biex jagħmel użu aħjar tal-ilma li hu ta' benefiċċju kbir għall-gżira Għawdxija." "L-ewwel grawnd ekoloġiku fl-Ewropa" DIN hi l-ħolma tal- President tal-Gozo Football Association, Alvin Grech wara li din il-ġimgħa kienet varata sistema tal- immaniġġjar tal-ilma fejn l-ilma fil-Gozo Stadium se jkun riċiklat mix-showers għat-tisqija tal-pitch u viċi versa. Din hi biss nofs il-ħolma tiegħu għax issa beda jaħdem biex anke l-enerġija tad-dawl issir b'mod ekoloġiku. Il-Gozo Stadium bħalissa qed jirriċiklika l-ilma kollu użat. Grazzi għal Ministeru ta' Għawdex flimkien mal-Coca Cola, il-GFA gawdiet minn sistema li tiswa €45,000. Sistema fejn l-ilma tax-showers jinġabar kollu f 'tankijiet, li jgħaddi minn sistema li tinfiltrah minn hemm jitlaq lejn reservoir apposta. L-istess reservoir jilqa' wkoll l-ilma tax-xita li jinżel fil-grawnd u anke tal-istess bexx tal-grawnd. Bl-istess ilma jissaqqa l-grawnd. Sistema ta' riċiklaġġ li żgur tgħin tnaqqas il-kontijiet tal-ilma u jissaqqa iżjed il-pitch. Dwar dan il-president tal- GFA, Alvin Grech qalilna, "Bħala assoċjazzjoni l-akbar inkwiet tagħna hi li nżommu t-turf tajjeb u adekwat għal plejers biex jilagħbu l-futbol. B'din is-sistema bdejna ntaffu sew din il-problema. Sadattant qed inkunu ta' għajnuna għall-ambjent ħalli nkomplu ngħinu biex din il- gżira nġibuha ekoloġika. Iżdaa jien m'iniex kuntent b'dan biss. Bdejt nippjana "Dehra ġdida minn lejl għal nhar" MIN attenda għall-partiti tal- UEFA U/17 fil-Gozo Stadium fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żgur li ħaseb li mar fi stadium differenti minn tas-soltu. Il-Gozo Stadium ħa facelift li biddlitu mil-lejl għan-nhar, u dan grazzi għal fondi li dan il-grawnd akkwista mill-UEFA biex ġew organizzati erba' partiti f 'dan il-grawnd mit- turnament tal-UEFA. Dwar dan tkellimt mas- Segretarju Ġenerali tal-GFA, Joe Bajada u staqsejnih ftit dwar dak li eżattament sar u kemm ilu sejjer ix-xogħol fuq il-grawnd. "Il-VIP box flimkien mal-press box ħadet l-akbar ammont ta' finanzjament, li nbnew mill-ġdid b'faċilitajiet sanitarji li qabel ma kienx hemm. Il-grawnd inżebah kollu, saru kmamar mediċi u doping rooms li se jibqgħu jintużaw għal kampjonati domestiċi. "Ir-reklamar mad-dawra tal-grawnd issa hu standard u se jibqa' hemm. Filwaqt li għamilna scoreboard diġitali ġdida. Issa għandna grawnd ta' livell internazzjonali. Tant li fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru se norganizzaw it-tazza tar-reġjuni tal-UEFA li fiha jieħdu sehem Għawdex u reġjuni mill- Fillandja, it-Turkija u r-Russja." Mistoqsi kemm ilu għaddej dan ix-xogħol strutturali fil- Gozo Stadium, Bajada qalli li x-xogħol ilu għaddej fuq sena. "Beda mis-sajf li għadda. Ħdejna nbena s-supermarket tal-LIDL li bdew warajna u lestewh qabilna" qalli bid- daħka. Joe Bajada semma wkoll lil Ġorġ Cini mill-Ministeru għal Għawdex li ħa ħsieb li jibgħat BSL Britannia Tours Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). ¢399 FROM 7-14 July, 14-21 July, 21-28 July & other groups in August and September ITALIAN DOLOMITES & ITS FLAVOURS … your holiday starts here! ¢469 FROM LAGO DI GARDA - NORTHERN ITALY ¢439 FROM 4-11 August ARTFUL ITALY AND THE CLASSIC MASTERPIECES ¢399 FROM 1-8 September RIMINI AND NORTHERN ITALY ¢499 FROM 12-19 July, 2-9 August, 30 August - 6 September, 13-20 September SCENIC ITALY AND SWITZERLAND ¢489 FROM 14-21 July, 4-11 August, 18-25 August SORRENTO, CAPRI & AMALFI ¢499 FROM 19-26 July, 6-13 September ITALIAN ALPS & VALLE D'AOSTA ¢489 FROM 14-21 July, 28 July - 4 August, 11-18 August, 25 Aug - 1 Sept, 8-15 September TOSCANA & LE CINQUE TERRE ¢499 FROM 7-16 July BELLA ITALIA ¢499 FROM 30 June - 7 July, 7-14 July, 28 July - 4 August, 11-18 August ROME ¢449 FROM 16-21 July PLACIDO DOMINGO CANTA VERDI Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy Italy 7-14 July, 14-21 July, 21-28 July & other groups in August and September

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 18 may 2014