Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
32 illum | Ħadd 18 ta' Mejju 2014 Kummercjali Emirates se topera żewġ titjiriet kuljum lejn is-Seychelles EMIRATES, konnettur globali tan-nies u bliet, ħabbret li ser tagħti spinta lis-servizzi tagħha lejn is-Seychelles billi żżid in-numru ta' titjiriet għal darbtjen kuljum iktar tard din is-sena. L-introduzzjoni ta' żewġ titjiriet oħra fil-ġimgħa fuq ir-rotta lejn is-Seychelles ser twassal biex it-total jitla' minn 12 għal 14-il titjira fil- ġimgħa mit-28 ta' Ottubru 2014. "Id-deċiżjoni tal-Emirates li tikkommetti żewġ titjiriet oħra fil-ġimgħa hi indikazzjoni ċara tad- domanda mill-klijenti, kemm għall-prodott rebbieħi kif ukoll għall-attrazzjonijiet li din id-destinazzjoni popolari toffri," qal Orhan Abbas, il-Viċi President tal-Emirates, għall-Operat Kummerċjali fl-Amerika Latina, iċ-Ċentru u n-Nofsinhar tal-Afrika. "Iż-żieda fl-iskeda tal- Emirates se tipprovdi titjib fil-konnettività u għażla ikbar għall-klijenti tagħna li qed itiru minn Dubaj. Iż-żieda fis-sits kull ġimgħa se jgħinuna nilħqu mad- domanda li qed tikber u nagħtu l-appoġġ tagħna lill-industrija tat-turiżmu fis-Seychelles," hu kompla. Emirates topera l-ajruplan Airbus A340-500 fuq ir-rotta u toffri lill-klijenti għażla ta' 12-il kabina private suite fl-Ewwel Klassi, 42 post fil-Klassi tan-Negozju, u 204 post fil-Klassi Ekonomija. Il-passiġġieri kollha jistgħu jgawdu mis-sistema tad- divertiment ICE li tipprovdi mijiet ta' stazzjonijiet inklużi films, stazzjonijiet tat-TV, mużika, logħob u aħbarijiet. Il-klijenti tal-Emirates għandhom ukoll l-opportunità li jgawdu mill-ikliet provduti minn koki professjonali u servizz impekkabbli mill-ekwipaġġ multinazzjonali. Il-klijenti għandhom baggage allowance ġeneruż b'30kg għal dawk li jivvjaġġaw fil- Klassi Ekonomija, 40kg għal dawk fil-Klassi tan-Negozju u 50kg għall-Ewwel Klassi. L-Emirates topera titjiriet skedati kuljum minn Malta għal Dubaj permezz tal- ajruplan Boeing 777. Nhar ta' Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u s-Sibt l-Emirates ittir via Larnaka, f 'Ċipru, filwaqt li l-Ħadd, it-Tlieta u l-Ġimgħa l-linja tal-ajru ttir dirett minn Dubaj għal Malta u tirritorna via Tripli. Mill- ewwel ta' Awissu, Emirates ser tkun qed topera żewġ titjiriet kuljum bejn Malta u Dubaj. L-ewwel servizz itir via Larnaka, filwaqt li t-tieni servizz jirritorna lura minn Dubaj wara waqfa fi Tripli. Il-Bajja Anse Lazio, fuq il-gżira Praslin, ivvutata bħala waħda mill-aqwa 25 bajjiet fid-dinja KMS Skolasport toffri l-opportunità ta' eżerċizzju fiżiku lit-tfal ILPROGRAMM 'Foundation' li qed ikun offrut mill-KMS Skolasport għall-parteċipanti bejn l-4 u s-6 snin jagħti lit-tfal l-opportunità li jieħdu gost bl- eżerċizzju fiżiku u jitgħallmu ħiliet u movimenti bażiċi. Organizzat mill-Kunsill Malti għall-iSports u sponsorjat għall-14-il sena konsekuttiva minn Kellogg's, il-programm joffri għażla ta' attivitajiet sportivi f 'diversi lokalitajiet fejn it-tfal jistgħu jitgħallmu ħiliet u regoli ġodda lil hinn mill-kurrikulum tal-iskola. Klassi popolari fil- programm 'Foundation' hi l-'Fun Athletics', mfassla speċifikament biex jinkoraġġixxu parteċipanti żgħar biex irawmu l-iżvilupp soċjali, intelletwali u fiżika matul dan il-perjodu ta' formazzjoni. Il-ħiliet li t-tfal jitgħallmu matul dan iż-żmien għandu jwassal għal pedament sod biex 'il quddiem ikunu jistgħu jgħaddu għall-attivitajiet sportivi aktar kumplessi. Ruth Borg Thompson, kowċ li tgħallem lil wieħed mill- gruppi ta' 6 snin fl-Iskola Sekondarja tas-Subien Maria Reġina fil-Mosta qalet li permezz tat-taħriġ it-tfal saru aktar koordinati, jitgħallmu jistennew u jaqsmu, u jgħinu lil xulxin. "Li tinvolvi lit-tfal f 'eżerċizzju fiżiku minn età żgħira hi waħda mill-aqwa affarijiet siewja li ġenitur jista' jagħmel biex irawwem stil ta' ħajja b'saħħitha 'l quddiem. Il-programm jgħin lit-tfal jitgħallmu ħiliet ġodda minn għadd ta' sports differenti, biex b'hekk ikunu jistgħu jagħżlu l-isport favorit tagħhom u jkomplu javvanzaw fih b'aktar serjetà," spjegat Thompson. Reuben Baldacchino, Head Coach tal-Mosta qal, "Għalkemm il-programm hu ffukat biex it-tfal żgħar jissoċjalizzaw u jieħdu gost, aħna nippruvaw li nnisslu u ngħaddu l-imħabba li għandna għall-isports biex huma jkomplu jiżviluppaw u jagħmlu progress fl-isport favorit tagħhom. Fost il- benefiċċji li l-parteċipanti ż-żgħar jgawdu meta jagħmlu eżerċizzju fiżiku, insibu li jgħinhom biex iżommu piż tajjeb, u jżommhom attenti u aktar konċentrati waqt il- lezzjonijiet tal-iskola." KMS Skolasport tipprovdi lit-tfal programm edukattiv ħolistiku li jtejjeb l-abbiltajiet sportivi tagħhom u jesponihom għall-attivitajiet ta' 'team building'. L-adulti wkoll huma mħeġġa biex jattendu u jagħtu l-appoġġ tagħhom lit-tfal billi jieħdu sehem fis-sessjonijiet tal-'fitness' u żfin li jsiru fl-istess ħin tal-lezzjonijiet tat-tfal fil-kumplessi kollha tal-KMS Skolasport. Kellogg's, il-produttur ewlieni taċ-ċereali tal- kolazzjon fid-dinja, tisponsorja l-KMS Skolasport u l-inizjattivi tagħha biex tinkoraġġixxi lit-tfal u żgħażagħ Maltin biex jipprattikaw l-isports u jgħixu stil ta' ħajja b'saħħitha. Is-sessjonijiet tat-taħriġ 'Foundation' isiru f 'diversi lokalitajiet biex it-tfal ikollhom il-possibbiltà li jattendu l-iktar ċentru sportiv viċin tad-dar tagħhom. Apparti l-iskola Sekondarja tas-Subien Maria Reġina fil-Mosta, ċentri sportivi oħra jinkludu l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv tal- Marsa, il-Kumpless Sportiv tal-Università f 'Tal-Qroqq, il-Kulleġġ San Benedittu f 'Ħal Kirkop, l-Iskola Sekondarja tas-Subien San Injazu f 'Tal- Ħandaq u l-Kulleġġ ta' Santa Klara f 'Pembroke. Għal iktar tagħrif wieħed jista' jikkuntattja lis-Sezzjoni tal-Programmi fl-uffiċċju ewlieni tal-Kunsill Malti għall-iSport fuq 22036000, jew bl-imejl: programmes@ sportmalta.org.mt, inkella jżur is-sit www.sportmalta.org.mt Grupp ta' tfal jieħdu sehem f 'eżerċizzju waqt klassi tal-programm 'Foundation' Ritratt: Gerard Larose, STB