Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/313773
34 illum Il-Ħadd 18 ta' Mejju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Atletico Madrid champions Spanjoli għall-ewwel darba sa mill-1996 ATLETICO Madrid rebħu l-Kampjonat Spanjol La Liga għall-ewwel darba sa mill-1996 meta barra minn darhom fin-Nou Camp żammew f 'parità ta' 1-1 lir-rivali Barcelona. Kienu Barcelona li fetħu l-iskor permezz ta' Alexis Sanchez fit-33 minuta waqt li Diego Godin ġab l-iskor indaqs għall- Madrileni fid-49 minuta. B'hekk Atletico Madrid temmew il-kampjonat fil- quċċata b'90 punt minn 38 logħba, 3 punti vantaġġ fuq Barcelona u Real Madrid li temmew il-kampjonat fit-tieni u t-tielet post rispettivament b'87 punt iżda Barcelona kellhom differenza ta' gowls aħjar – biex inkunu preċiżi gowl wieħed biss vantaġġ. Atletico Madrid jistgħu jiksbu d-double nhar is-Sibt li ġej dejjem jekk f 'Lisbona fil-Portugall jegħlbu lir-rivali Real Madrid fil-finali tal- UEFA Champions League. U propju Real Madrid f 'logħba oħra li ntlagħbet ilbieraħ ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu għelbu lil Espanyol bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Bale u doppjetta ta' Morata waqt li l-gowl waħdieni ta' Espanyol wasal minn Pizzi. Arsenal jirbħu l-FA Cup wara nuqqas ta' 9 snin BI tbatija u wara li kienu żewġ gowls minn taħt Arsenal rebħu l-FA Cup wara nuqqas ta' 9 snin meta wara l-ħin barrani għelbu lit-tim inferjuri ta' Hull City bl-iskor ta' 3-2. L-aħħar darba li Arsenal rebħu l-FA Cup kien propju fl-2005 meta kienu għelbu lir-rivali Manchester United wara l-għoti tal-penalties. Ftit kienu jimmaġinaw li wara dak l-unur il-Gunners kienu għadhom qatt ma rebħu unur prinċipali ieħor kemm fil-futbol Ingliż kif ukoll f 'dak mondjali. Min-naħa l-oħra din kienet l-ewwel finali tal- FA Cup għal Hull City fejn tajjeb ngħidu li fi storja ta' 110 snin qatt ma rebħu unur maġġur. Kienu Hull City li fetħu l-iskor permezz ta' James Chester wara biss 4 minuti logħob b'Davies jirdoppja l-iskor għat-Tigers ħames minuti biss wara. Iżda Arsenal naqsu l-marġni tal-iskor fis-17-il minuta permezz ta' Santi Cazorla b'Koscielny jġib l-iskor indaqs għall-Gunners fil-71 minuta. Sad-90 minuta, il-logħba ntemmet f 'parità ta' 2-2 u għalhekk il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani b'Aaron Ramsey jispiċċa biex ikun l-eroj assolut għall-Arsenal hekk kif skorja l-gowl li fisser ir-rebħ tal-FA Cup għalihom wara nuqqas ta' 9 snin fil-109 minuta. Plejers ta' Atletico Madrid jirħu wara r-rebħ tal-Kampjonat Spanjol La Liga