Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 39

4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett FSE4.220 – "Developing a Culture of Rights through Capacity Building", il- Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/08/2014 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Post, Riċeviment b'ikel li jkun xi ftit jew wisq magħmul minn sorsi organiċi u Akkomodazzjoni għall-Proġett FSE4.220 – "Developing a Culture of Rights through Capacity Building" Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq equality@gov.mt sa mhux aktar tard mil-Ħamis 12 ta' Ġunju 2014. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir nhar il-Ħamis 5 ta' Ġunju, fl-10:00am fl-uffiċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 23 ta' Ġunju 2014, fl-10:00am. It-Termini ta' Referenza jista' jinġabar mill-uffiċini tagħna jew minn fuq il-website (ara d-dettalji hawn taħt). REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/10/2014 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Reklamar għall-Proġett FSE4.220 – "Developing a Culture of Rights through Capacity Building" Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq equality@gov.mt sa mhux aktar tard mil-Ħamis 12 ta' Ġunju 2014. Fl-email għandhom jiġu speċifikati r-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta. Laqgħa ta' kjarifikazzjoni se ssir nhar il-Ħamis 5 ta' Ġunju, fis-13.00 fl-uffiċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fl-uffiċini tal-NCPE, sa mhux aktar tard mit-Tnejn 23 ta' Ġunju 2014, fl-10:00am. It-Termini ta' Referenza jista' jinġabar mill-uffiċini tagħna jew minn fuq il-website (ara d-dettalji hawn taħt). Persuni interessati f'din is-sejħa għall-offerti għandhom jinfurmaw lill-NCPE bl-interess tagħhom sabiex ikunu jistgħu jiġu infurmati immedjatament bi kwalunkwe komunikazzjoni/kjarifika relatat a. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt W eb: www.equality.gov.mt Programm Operattiv II – Politika ta' Koeżjoni 2007-2013 Insaħħu Ħilitna għall-Aktar Impjiegi u Kwalità ta' Ħajja Aħjar Proġett parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond Soċjali Ewropew (FSE) Rata ta' Ko-finanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-futur tiegħek Tkompli minn paġna 1 Biża' ta' bomba fl-ajruport ILĦIDMA fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta lbieraħ waqfet għal madwar sagħtejn wara li kien hemm suspett ta' theddida ta' bomba, bis-swali tal-passiġġieri kollha jiġu evakwati fi ftit tal-ħin. L-operazzjoni ta' evakwazzjoni kienet koordinata mill-membri tas-sigurtà tal-ajruport, il- Forzi tas-Sigurtà, l-Armata, il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili. Kollox beda hekk kif intlemħet bagalja suspettuża li fiha kien hemm tagħmir u li għal xi raġuni mmarka bħala splussiv fuq l-apparat tas- sigurtà tal-ajruport. Irriżulta li l-bagalja li tħalliet fl-ajruport kienet ta' familja Ingliża li wara li għamlet iċ-check-in, marret tiekol fir-restorant tal-McDonald's li hemm barra t-terminal tal-ajruport u għalhekk ma setgħetx tinstab. Hekk kif saru l-verifiki kollha u rriżulta li l-bagalja kien fiha biss tagħmir tal-bugħaddasa u li ma kien hemm ebda periklu għall-passiġġieri, inħarġet l-ordni sabiex l-ajruport jerġa' jinfetaħ. Intant l-inċident ikkawża dewmien u skariġġ għal numru mhux ħażin ta' passiġġieri li waslu Malta fil-ħin li kienu qed isiru l-investigazzjonijiet hekk kif dawn ma tħallewx jinżlu minn fuq l-ajruplani bħala prekawzjoni. Fi stqarrija maħruġa ftit tal- ħin wara li s-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal, il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis irringrazzja lill-impjegati tal-Malta International Airport, il-Forzi tas-Sigurtà, l-Armata, il-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili u dawk kollha li b'xi mod ħadmu f 'din l-operazzjoni biex iħarsu s-sigurtà u s-saħħa tal- passiġġieri. "Huwa tassew ta' min ifaħħar il-ħidma ta' dawn in-nies, għall-isforzi tagħhom biex jassiguraw inkonvenjent mill-inqas għall-passiġġieri, fi żmien meta s-settur turistiku f 'pajjiżna għaddej fl-aqwa tiegħu," temm jgħid Zammit Lewis. Evakwazzjoni barra l-ajruport Vladimir Comodini sieħeb fid-ditta RMS DIN il-gazzetta hi infurmata li anke r-raġel tagħha, Vladimir Comodini, huwa sieħeb fid-ditta RMS Malta li hi wkoll waħda mill-aġenti tal-IIP. Dan mhux l-ewwel darba li esponenti tal-Partit Nazzjonalista - li kkritika bl-aħrax il-programm taċ-ċittadinanza – jibdew jagħmlu parti minn ditti legali li jippromwovu dan il-programm. Il-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista Ann Fenech tifforma parti minn ditta legali li ngħatat il-liċenzja li tressaq applikanti interessati f 'dan il-programm. Fil-passat, Fenech kienet ċaħdet li hemm kunflitt ta' interess bejn id- dikjarazzjonijiet tagħha kontra l-IIP u l-interess kummerċjali tad-ditta Fenech & Fenech. "Id-ditta legali Fenech & Fenech hija organizzazzjoni mdaqqsa li tispeċjalizza f 'aktar minn settur wieħed. Jien m'iniex responsabbli minn dak li għandu x'jaqsam mal-IIP, hekk kif jien nispeċjalizza l-aktar fil-liġi marittima kif jaf kulħadd," kienet qalet Fenech lil MaltaToday. Filwaqt li Henley & Partners għandhom il- konċessjonarji uffiċjali tal-IIP, wara bidliet li saru fil-programm taċ- ċittadinanza, negozji u persuni oħra jistgħu jressqu huma applikanti prospettivi għaċ-ċittadinanza. Identity Malta tista' tagħti liċenzji lill-persuni akkreditati biex jagħmlu dan, bi ħlas ta' €1,500 għall- applikazzjoni u l-istess ammont kull sena bħala tiġdid tal-liċenzja. Huma jkunu mitluba wkoll garanzija ta' miljun ewro u jingħataw aċċess għal sistema ta' monitoraġġ online. Biex wieħed jikseb iċ- ċittadinanza, irid iħallas €650,000 u jixtri bonds valur ta' €150,000. Minbarra dan, irid jixtri propjetà b'valur minimu ta' €350,000 u jħallas lid-ditti legali li jkunu ressqu l-applikazzjoni f 'isimhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014