Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 5 Jibda t-tħaffir għaż-żejt ISSIBT li għadda fit-8am, il-kumpanija Phoenicia Energy, fi ħdan il-grupp Genel Energy, ħabbret li bdiet it-tħaffir għaż-żejt fl-ibħra Maltin. It-tħaffir qed isir permezz tar-rig taż- żejt 'Noble Paul Romano' li tqiegħed f 'postu aktar kmieni u li jinsab f 'ibħra madwar 130 kilometru fin- Nofsinhar ta' Malta. Il-bir li fih qed isir it-tħaffir ingħata l-isem ta' Ħaġar Qim 1 u b'kollox it-tħaffir għandu jieħu bejn xahrejn u tliet xhur biex jitlesta. Il-bir se jkun 2,500 metru fond. Il-Ħaġar Qim huwa l-ħdax- il bir li qed jitħaffer fl-ibħra Maltin filwaqt li l-aħħar li tħaffer kien il-bir bl-isem ta' Lampuko li kien sar fl-2002. Intant ILLUM għamel kuntatt mal-Ministru għat- Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi li f 'risposta permezz tas-segretarjat tiegħu infurmana li l-Ministeru jikkonferma li fil-ġranet li għaddew, ir-rig Noble Paul Romano, beda jħaffer il-bir esploratorju Ħaġar Qim, 130 kilometru fin-Nofsinhar tal-ibħra Maltin (Block 7, Area 4). Dan it-tħaffir qed isir bi ftehim mal-kumpaniji taż-żejt Phoenicia Energy Company Limited u Melita Exploration Company Limited. L-istqarrija kompliet li f 'dan l-istadju, mhux opportun li jingħataw aktar kummenti minbarra dawk li diġà tħabbru. Intant, waqt intervent li kien għamel il-Ministru Mizzi f 'konferenza organizzata minn The Economist f 'Marzu li għadda, l-Ministru Mizzi dakinhar kien qal li t-tħaffir se jsir skont qbil mal-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Huwa kien spjega wkoll li fil-post fejn se jsir il-bir hemm ċans kbir li hemm ammont ta' żejt fi kwantitajiet kummerċjali. Busuttil iwiegħed bidliet radikali fil-PN FLISTESS intervista fuq Radju RTK, Simon Busuttil qal li hu determinat li jagħmel tibdiliet radikali li l-PN ftit li xejn ra fl-istorja tiegħu. Il-Kap Nazzjonalista qal li l-partit se jagħmel riformi kbar biex fl-elezzjoni ġenerali li ġejja jkun f 'pożizzjoni li jikkonvinċi lill-elettorat li tassew inbidel. Hu sostna li t-tibdiliet u r-riformi meħtieġa ġa bdew isiru matul is-sena li għaddiet u wħud minnhom ġa ħallew il-frott. "Matul is-sena li għaddiet iffukajt l-aktar fuq il- pedamenti. Bir-raġun kollu, wara t-telfa tal-elezzjoni li għaddiet in-Nazzjonalisti staqsew fejn hi d-dar li bnejt, iżda fakkarthom li jkun inutli jkollok dar mhux mibnija fuq sisien sodi," spjega l-Kap Nazzjonalista. Eżempju ieħor li Busuttil semma' kien meta qabbel ruħu ma' student li qed jipprepara għall-eżami taċ- ĊES. "Kont qisni student li qed nipprepara għall-O' Level iżda kont affaċjat bl-eżami meta kont għadni qas lestejt 20% tal-kors. Ħassejtni frustrat li ma kelliex biżżejjed żmien biex il-ħidma tiegħi tħalli l-frott," żied jgħid Busuttil. Konxju li f 'sena kienet kważi impossibli li jegħleb defiċit ta' 36 elf vot, Busuttil qal li l-għan realistiku kien li jintrebaħ it-tielet siġġu. Qal kif eventwalment dan wasal u ddeskriva din il- kisba bħala "spunt ta' tama". Il-Kap Nazzjonalista ammetta li saru xi żbalji matul il-kampanja elettorali, fosthom il-famuż album tal-istickers, iżda rrifjuta l-kritika li l-PN kien negattiv wisq. "Konna l-ewwel oppożizzjoni li vvutajna favur in-nomina ta' president min-naħa tal- gvern. Ippreżentajna diversi proposti għal liġijiet ġodda, xi ħaġa li Joseph Muscat qatt m' għamel fil-ħames snin li għamel fl-oppożizzjoni. Dan juri li aħna konna oppożizzjoni kostruttiva u propożittiva," tenna Busuttil. Hu żied jgħid li min- naħa l-oħra kien il-Partit Laburista li adotta kampanja negattiva u xandar spots televiżivi b'attakki personali fuq Busuttil li kienu libellużi. Il-Kap Nazzjonalista qal li wara r-riżultat kien għaddielu minn moħħu li jirreżenja iżda li din kienet l-eħfef ħaġa li seta' jagħmel. Waqt l-intervista Busuttil ħabbar ukoll li ħatar lil David Casa biex iservi bħala kap tad-delegazzjoni nazzjonalista fil-Parlament Ewropew. Dan minkejja li Roberta Metsola kisbet iżjed minn 12-il elf vot aktar minnu. Tkompli minn paġna 1 Il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil Ir-rig taż-żejt 'Noble Paul Romano'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014