Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 39

2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 25˚Ċ L-INQAS 17˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Majjistral forza 2 għal 3 li jsir Grigal forza 3 għal 4 sa filgħaxija u jsir forza 4 għal 5 mal-lejl BAĦAR: Ħafif Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 23˚Ċ L-INQAS 17˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita filgħodu VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Grieg il-Lvant forza 6 lokalment forza 6 għal 7 li jsir Grigal forza 7 mal-lejl BAĦAR: Moderat li jsir qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 42 71 88 16 65 32 34 47 James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Min mar Brussell… u min mar il-baħar Wara xhur ta' kampanja elettorali (oħra), il-kandidati ġew iġġudikati wara madwar 67 siegħa ta' għadd tal- voti fin-Naxxar. ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-riżultati personali ta' kull kandidat kif ukoll tal-partiti ż-żgħar. Il-kulur aħdar juri min ġie promoss bir-riżultat, l-aħmar min iddiżappunta, u l-oranġjo għal min la ħaqqu l-aħdar u lanqas l-aħmar! Alfred Sant Kandidat li ġab kważi 49 elf vot tal-ewwel preferenza ma setax ma jiġix promoss. Filwaqt li kien ammont massiċċ, m'affettwax negattivament lill-Partit fil-kwistjoni tar-raba' siġġu tant li ma kien hemm l-ebda vot mhux trasferibbli. Roberta Metsola Minkejja li kienet meqjusa bħala favorita, Metsola ma ddiżappuntatx u ġabet 12-il elf vot aktar minn David Casa, li kien ilu jservi fi Brussell għal għaxar snin. Metsola għamlet użu sew mis-sena li ilha fil-Parlament Ewropew: mhux ta' b'xejn li żiedet il-voti tagħha b'aktar minn 26 elf meta kkumparat mar-riżultat personali tagħha ta' ħames snin ilu. Miriam Dalli Tal-Partit Laburista, iżda forsi marret aħjar milli xi wħud stennew. B'aktar minn 23,400 vot Dalli marret it-tieni l-aħjar fil-kamp laburista wara Alfred Sant, u rnexxielha taqbeż ukoll lil MEP Marlene Mizzi. Ir-riżultat tagħha kompla jgħin mhux ftit lill-PL biex ipinġi ruħu bħala partit femminista u żagħżugħ. David Casa Hu l-unika kandidat elett li sa ċertu punt iddiżappunta. Biex niftehmu, 19,500 vot hu riżultat tajjeb, iżda l-fatt li kellu jistenna sal-25 count biex jilħaq il-kwota kien se jiswa it-tielet siġġu tal-PN. Ġie 'salvat' biss meta wiret aktar minn 9 t'elef vot minn Ray Bugeja f 'għadd wieħed, li reġa' dawwar ix-xenarji kollha favur it-tielet siġġu nazzjonalista. Marlene Mizzi Li tikseb 14-il elf vot meta żewġ kandidati fl-istess partit (Sant u Dalli) jkunu kisbu nofs il-voti li ħa l-partit, żgur li mhux riżultat ħażin. Ta' min isemmi li s-suċċess ta' Mizzi hu rifless fil-wirt. Wara l-ewwel għadd tal-voti kien hemm il-biża' li Mizzi jiġrilha l-istess bħal 2009 u tinqabeż minn Clint Camilleri waqt il-wirt minħabba l-kunjom, iżda dan ma ġarax. Riżultat sodisfaċenti li tkun eletta speċjalment fil-kuntest li wħud jaħsbu li ma ngħatatx biżżejjed spazju mill-magna tal-partit. Therese Comodini Cachia Mal-wasla tagħha fis-sala tal-għadd tal-voti kmieni l-Erbgħa filgħodu, ingħatat merħba ta' eroj mill-partitarji nazzjonalisti. Ma tistax tgħid li Comodini Cachia ddiżappuntat f 'din l-elezzjoni, fuq kollox ġabet it-tielet siġġu ferm mixtieq minn Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista. Clint Camilleri Żgur li kien l-akbar sorpriża f 'din l-elezzjoni, fejn il-perit Għawdxi magħruf bħala 'Tal-Bedeq' kien ftit biss 'l bogħod milli jikseb ir-raba' siġġu għall-Partit Laburista. Minn Għawdex Camilleri ġab 6,600 vot li kienu determinanti biex il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza f 'Għawdex. Camilleri rnexxielu wkoll jiġbed eluf ta' voti tal-kaċċaturi u nassaba. M'hemmx dubju li Joseph Muscat hu kuntent bih. Joseph Cuschieri Bħala l-kap tad-delegazzjoni Laburista, żgur li seta' jmur aħjar. Jidher li Cuschieri patta qares għall-kampanja elettorali diżappuntanti; Waqt li l-kandidati l-oħra kienu ilhom xhur jikkampanjaw u jaħdmu, hu kien għadu qed jaħsibha joħroġx. Meta eventwalment tefa' n-nomina tiegħu, ma kellhiex l-effett mixtieq wara li ftit jiem biss qabel kien ħabbar li mhux se jagħmel dan, meta attakka li l-magna tal-partit ma riditux li jikseb suċċess. Minkejja dan kollu kiseb 10,500 vot tal-ewwel preferenza, li turi li għad għandu ċertu appoġġ speċjalment mill-votanti tradizzjonali laburisti. Francis Zammit Dimech Kien it-tielet kandidat bl-akbar ammont ta' voti tal-ewwel preferenza fil-kamp nazzjonalista. Kiseb kważi elf vot aktar minn Comodini Cachia, li eventwalment ħadet it-tielet siġġu. Sfortunatament, il-fatt li kien mniżżel fl- aħħar tal-lista kien ta' żvantaġġ għalih biex kif fil-fatt ġara ġie maqbuż minn Comodini Cachia waqt il-wirt ta' Ray Bugeja. CHEMIMART Ltd., Licensed at 3, Freedom Square (Currently operating at 20/21, Triq ir-Repubblika), Valletta THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq il- Kbira San Guzepp, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi ST. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant'Elena, Birkirkara ST. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà SPIŻERIJA Merħba, Shop 2, Triq Lapsi, Ta' Giorni, San Ġiljan VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard ST. Mary Pharmacy, 71, Triq Sir Harry Luke, Mġarr ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba STA. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq il-Mi- na il-Kbira, Birgu SAN Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant'Anna, Marsascala JOHN J. Borg Pharmacy, 1, Triq il-Ko- stituzzjioni, Żejtun PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli ABELA'S Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014