Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 7 Il-parkeġġ tal-Valletta Waterfront jerġa' jinfetaħ fi ftit xhur l-Park & Ride b'aċċess dirett lejn il-Valletta Waterfront. "Transport Malta tirrikonoxxi li l-għeluq tal-parkeġġ joħloq inkonvenjent, iżda wieħed irid jifhem li minħabba l-kobor tal-proġett dan ma jistax jibqa' jitħalla jsir minħabba s-saħħa u s-sigurtà ta' min jipparkja l-vettura tiegħu," spjegat il- kelliema. Jidher li l-għeluq tal-parkeġġ hu temporanju sakemm jitlestew x-xogħlijiet, u mistenni jinfetaħ lejn l-aħħar tas-sena. Iżda biex tonqos l-inkonvenjenza, il-ministeru kkonċernat iddeċieda li l-parkeġġ jibda jinfetaħ gradwalment meta jkun hemm partijiet minnu li jkunu lesti. "Qegħdin insegwu l-progress tax-xogħol li qed jinqasam f 'fażijiet differenti biex ikun possibbli li dan il-parkeġġ jibda jinfetaħ parti, parti, biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-inkonvenjent." "Meta eventwalment jitlesta x-xogħol kollu infrastrutturali, il-parkeġġ imbagħad jerġa' jingħalaq kompletament għal żmien qasir biex jingħata wiċċ tarmac," żiedet tgħid il-kelliema. L-entratura tal-parkeġġ magħluqa Il-Kaċċaturi għada għall-Belt żamm lura milli jgħid kemm inġabru firem b'kollox filwaqt li kkonferma li l-petizzjoni se tiġi ppreżentata fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari Michael Falzon. Perici Calascione qal li l-FKNK qed tistenna li fil- Parlament isir dibattitu serju li jwassal għal bidliet fil-liġi biex ir-referenda abrogattivi ma jintużawx biex isikktu lill- minoranzi. L-FKNK bdiet din il-petizzjoni wara li l-Koalizzjoni kontra l-Kaċċa ġabret biżżejjed firem biex isir referendum abrogattiv biex tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa. Fost il-firem li nġabru mill-FKNK hemm mal-1,600 firma miġbura minn Cyrus Engerer meta kienu għadu kandidat tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew. Engerer kien qal li ġabar dawn il-firem għax jemmen li l-Maltin għandu jkollhom l-istess drittijiet bħall- Ewropej kollha. Joe Perici Calascione jindirizza l-istampa Il-Futur tal-Partit Nazzjonalista għada f 'Reporter ILFUTUR tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżultat tal-elezzjoni tal- Parlament Ewropew se tkun it-tema tad-diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu Carmen Sammut, David Grixti u Austin Sammut. Għalkemm il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jakkwista t-tielet siġġu fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-partit xorta ġarrab telfa kbira fl- ammont ta' voti miksuba fejn irnexxielu biss iġib 40% tal-voti kollha mixħuta. Ir-reazzjoni tal- Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kienet li għalkemm ma rnexxielux inaqqas id-distakk tal-voti, hu ħass li m'għandux jabbanduna l-Partit wara biss sena minn meta ħa t-tmexxija f 'idejh. Saviour Balzan ser jistaqsi lill-mistiedna tiegħu x'wassal lill-Partit Nazzjonalista milli javvanza 'l quddiem kif ukoll x'tibdil hemm bżonn li jsir biex ikun iggarantit il-futur tal-Partit. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan megħjun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il- programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl-10.15pm fuq TVM 2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014