Illum previous editions

illum 1 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/321744

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 01 ta' Ġunju 2014 | illum 9 Il-qtil ta' Peter Jones f 'Tas-Sliema Kien talab il-protezzjoni tal-Pulizija Shikhu jitkeċċa minn Malta immedjatament. Sadanittant Jones baqa' beżgħan li t-Tuneżin kien qiegħed isegwih u kien spiss jitkellem dwar kif hemm dan il-barrani li ried joqtlu. Jones għamel żmien imur il-Qorti biex jara kif kien se jagħmel biex jingħata l-protezzjoni u kien anke jilmenta kif minkejja l-informazzjoni li kien għadda lill-Pulizija dwar it-Tuneżin, li allegatament ried joqtlu, xorta waħda l-Pulizija ma kienu għamlu xejn biex jarrestawh. L-istess Tuneżin aggredih Peter Jones kien allega li t-Tunezin darba kien aggredih u pprova jifgah b'wire. Li kieku dakinhar Jones ma kienx irnexxielu jaħrab minn taħt idejn it-Tuneżin, x'aktarx li dan kien joqtlu. Fil-ġimgħat qabel ma nqatel, Peter Jones kien mar għal żjara qasira f 'Tuneż. Mhux magħruf għaliex kien mar, għalkemm dan ma kienx l-ewwel vjaġġ li Jones għamel f 'dan il-pajjiż. Setgħet kienet b'kumbinazzjoni li fl-istess ġranet li Jones kien Tuneż, kien hemm ukoll l-istess Tuneżin li Jones kien qed jibża' minnu? Kien ingħad li Jones kien rah kemm f 'Tuneż kif ukoll fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dan il-fatt kompla ħasseb lil Jones li minkejja li huwa kien ta d-dettalji kollha lill-Pulizija dwar it-Tuneżin, xorta waħda kompla jsiefer mingħajr problemi ta' xejn meta fl- istess ħin kien qiegħed ikun imfittex mill-Pulizija. Kien għalhekk li Jones kien esprima d-diżappunt tiegħu ma' xi persuni dwar xi nuqqassijiet min-naħa tal-Pulizija. Arrestat wara li seħħ il-qtil Ftit jiem wara sejba tal- kadavru ta' Jones, il-Pulizija kienet arrestat lit-Tuneżin fejn instab alloġġjat fis-Savoy Guest House f 'Tas-Sliema. Huma kienu waslu għall-arrest tiegħu wara li kienet waslitilhom informazzjoni fejn seta' jinstab. Meta kien interrogat, ħarġet informazzjoni dwar xi Libjan li kien joqgħod ir-Rabat, iżda dan qatt ma kien instab. Minkejja l-istħarriġ intensiv li għamlu l-Pulizija u interrogazzjonijiet fit-tul, xorta waħda ma kellhomx biżżejjed provi biex jakkużaw lit- Tuneżin bil-qtil ta' Peter Jones. Għal xi żmien it-Tuneżin kien qiegħed jiġi mfittex mill- Pulizija biex jixhed fil-ġuri ta' Bashir Khadraoui, Tuneżin ieħor li kien akkużat bl-attentat ta' qtil ta' martu kif ukoll li kien spara u kkaġuna feriti ħfief fuq l-istess Tuneżin. Iżda dan tal-aħħar qatt ma ta x-xiehda tiegħu peress li l-Pulizija qatt ma sabitu u kienu ħasbu li ma kienx għadu jgħix Malta. Fil-Qorti, mart it-Tuneżin, xehdet li kienet ilha ma' tara lil żewġha aktar minn sentejn u nofs għalkemm ġieli kien imur jara lit-tifel. Iżda rriżulta li fil-fatt it- Tuneżin kien il-ħin kollu hawn Malta tant li kien wara l-qtil ta' Jones li t-Tunezin kien instab. Elevat vann minn Tas- Sliema Waqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija kien innuttat vann Morris aħmar fi Triq Ġorġ Borg Olvier f 'Tas- Sliema li kien ilu fl-istess post għal żmien twil. Peress li l-vann kien fl-inħawi ta' dan l-omiċidju, il-Pulizija daħlilha suspett li seta' kien qed jintuża minn persuni ta' nazzjonalità Għarbija. Kif il-Pulizija fetħu l-vann kien evidenti li kien traskurat bis-seats imqattgħin. Fuq in- naħa ta' fuq tal-lemin, fejn is- sewwieq, mal-windscreen kien hemm is-simbolu tal-Islam b'biċċa qamar u stilla fuq sfond aħmar. Fil-vann il-Pulizija sabu ħafna mbarazz fosthom xkejjer tas-siment u ġir, jerrycans, gazzetti, ħabel, flixkun tal- inbid u mbarazz ieħor. Il-vann kien ittieħed lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn minn fuqu kienu elevati numru ta' marki ta' swaba' iżda ma kienu ħallew ebda riżultati pożittivi. Fl-appartament Għalkemm fl-appartament fejn inqatel Peter Jones ma nstab ebda taqlib li kien jindika li kien hemm serqa, kien jidher li Jones ma kienx iżomm il- post f 'ordni. Imma meta l-Pulizija bdew jeżaminaw kamra kamra sabu diversi traċċi ta' dmija ma' kważi l-kmamar kollha. Kien evidenti li Jones ipprova jiddefendi lilu nnifsu u x'aktarx li ngħata diversi daqqiet bid- demm itir ma' kullimkien. Il-Pulizija sabu dmija mal- ħitan u mal-għamara fost dawn kien hemm is-sink tat-toilet li kien bid-demm. Is-sapuna kellha d-demm magħha li kien jindika li l-qattiela kienu mimlijin bid-demm u li ppruvaw ineħħu kemm jistgħu mid-demm tal-vittma li kellhom fuqhom. Iżda minħabba li riedu jitilqu minn hemm malajr kemm jista' jkun wara li wettqu l-omiċidju, xorta baqgħu mċapsin bid- demm. Dan kien jidher mit- tiċpis tad-demm li l-uffiċjali tax-xena tar-reat elevaw minn mas-serratura tal-bieb tal- appartament kif ukoll mit- taraġ u minn mal-poġġaman tal-istess taraġ li jagħti għall- bieb prinċipali tal-blokka tal-bini. Gassijiet biex jittelgħu l-marki tas-swaba' Peress li l-uffiċjali tax- xena tar-reat sabu numru kbir ta' marki li ħafna minnhom kienu diffiċli biex ikunu elevati, intużaw żewġ metodi – dik magħrufa bħala 'Cyanoacrylate' u 'Amido Black'. Biex nispjega aħjar il- 'Cyanoacrylate' hija sistema fejn jintuża superglue li jissaħħan u l-gassijiet, jew fwar, li joħroġ minnu jitħalla jimla' l-kmamar. Wara madwar 30 minuta, meta l-kmamar ikunu mimlija b'madwar 80% umdità, l-esperti tal-marki tas-swaba' u l-fotografi jidħlu fil-post. B'hekk il-fwar joqgħod fuq l-għamara kollha u fuq kull oġġett li jkun hemm u l-marki tas-swaba' u tal-idejn ikunu aktar evidenti u jkunu aktar faċli biex jiddokumentaw. Intuża wkoll l-'Amido Black' – din hija kimika li ttella' marki tas-swaba' minn fuq id-dmija. Kull marka li jkun hemm toħroġ kulur skur, x'aktarx iswed jew blu. B'hekk l-esperti jkunu jistgħu jelevaw dawn il-marki fejn ikunu eżaminati fil-Laboratorju Forensiku. Kienu diversi marki li ttelgħu minn fuq l-għamara u oġġetti li kien hemm fl-appartament, fosthom dawk ta' Jones stess u oħrajn li ma kinux tiegħu. Iżda minkejja l-investigazzjonijiet li kienu saru ma kienu ħallew l-ebda riżultati pożittivi li bihom setgħu jsiru xi arresti. Appell Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in- numri 119 jew 21224001. Il-vettura relatata mal-każ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 June 2014