Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
18 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 K ellha tkun sena mimlija anniversarji. Mhux biss lokali iżda anke internazzjonali. Issa kien imiss is-70 sena mill-iżbark tal-Alleati fit-Tieni Gwerra Dinjija fuq ix- xtut ta' Franza okkupata. Żbark u invażjoni li kellha tkun il-bidu għall-waqgħa ta' Adolf Hitler mill-poter. It-tmiem ta' renju ta' terrur li sa issa d-dinja għadha qatt rat bħalu. Dan l-anniversarju kellu wkoll jaħbat fl-istess ġimgħa li l-Ewropa, suppost kollha, ħarġet tivvota għal dak li suppost hu Parlament Ewropew. Żewġ avvenimenti li storikament huma konnessi għaliex il-waqgħa ta' Adolf Hitler mill-poter kienet il- kawża li nibtet l-Unjoni Ewropea. Il-ħsieb kien, li suppost l-Ewropa tibqa' magħquda u ma jerġgħux jiġu fuqna żminijiet ta' gwerra. B'dan kollu minn dakinhar sal-lum kellna okkażjonijiet li qatt ma konna naħsbu li ser nerġgħu noħolmu bihom. Fl- Ewropa rajna l-bombardamenti ta' bliet mill-Amerikani f ' dik li darba kienet il-Jugoslavja. Rajna l-atroċitajiet f 'Serebniza. Il- kampijiet ta' konċentrament fis- Siberja u fil-Gwerra tal-Balkani. Popli jobogħdu lil xulxin fil- Kosovo, l-inkwiet ma jaqta' qatt fl-eks repubblika tas-suppost eks Unjoni Sovjetika li jiena insostni li għadha teżisti taħt forma differenti. Hekk ukoll għadha teżisti l-problema tal-Lhud f 'arthom u dik tal-Palestinjani li għadhom barranin f 'pajjiżhom. L-iżbark tal-Alleati kellu jservi biex qatt aktar id-dinja ma D-Day MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI REPETIZZJONI nawżjanti. L-istess kliem jingħad ujingħad bla waqfien. L-istess apoloġiji u l-istess skużi. U bil-mezzi tax-xandir idaħħlu feles ieħor fil-kustat miftuħ tal-PN. Wasal iż- żmien biex Simon Busuttil jirriżenja? Din l-ispin il-media qed timbuttaha fi programm wara l-ieħor, kull preżentatur jixxadinja lil ta' qablu. Dr Busuttil qed ikun imbuttat jgħid li "iva, daħalli f 'moħħi li nirriżenja, imma għażilt it-triq tal-kuraġġ" u ma riedx jabbanduna l-bastiment meta beda jegħreq għal kollox. Wara kollox, il-wirt li sab Simon Busuttil sabu f 'ħoġru bħala wirt ta' ħaddieħor, ta' tmexxija diżastruża u arroganti, li ma kinitx tistħi tipproklama li għad trid tiggverna għoxrin sena oħra. Busuttil wiret xenarju ta' tifrik, ta' skandli u, ironikament, fallimenti min- nies tax-xirka ta' Lawrence Gonzi. Il-PN irid jifhem, kif naħseb li beda jifhem, li jridu jgħaddu ħafna snin biex in- nies tinsa l-iskandli ta' gvern arroganti li ħaseb li kellu mandat divin biex jirrombla fuq ras il-poplu. Il-PN għadu jiffonda: free fall, imma talinqas hemm xi ftit tama li bdiet tagħlaq l-amoraġija. Busuttil, minkejja t-telfa klamoruża oħra ta' 33,000 vot, irniexxielu jakkwista t-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Issa jonqsu jitgħallem lingwaġġ umli, inqas offensiv u inqas grottesk u isteriku meta jattakka lill-gvern. Il-poplu xeba' bl-istess kantaliena. IL-POETA YEVTUSHENKO GĦAL MALTA F'TVPM tħabbar li għall- festival tal-Arti (2014) se jinġieb f 'Malta l-poeta Russu Yevgeny Yevtushenko. Fis- snin sittin, il-poeta Russu kien wieħed mill-favoriti fost il-ġenerazzjoni ta' poeti lokali ta' dik l-epoka ta' taqlib u ribelljoni. Flimkien ma' Andrei Voznesenski, Yevtushenko kien bi ħġaru kontra t-tirannija u ma beżax jiddenunzja l-ħruxijiet li seħħew f 'pajjiżu fi żmien Stalin. Illum, wara tliet onorifiċenzi dottorali, il- poeta jgħallem il-letteratura u ċ-ċinema Russa fl- Università ta' Tulsa, l-Istati Uniti. Minkejja l-fama internazzjonali tiegħu għall- bidu li mar jgħallem fl-Istati Uniti l-istudenti Amerikani ma kinux jafu min hu u kien iqassmilhom bijografija tiegħu, xi ħaġa li l-istudenti qisuha bħala komika. L-Università ta' Malta wkoll se tagħti dottorat Honoris Causa lill-poeta Russu, li llum għandu 82 sena. L-aktar poeżija famuża ta' Yevtushenko hi Babi Yar, miktuba fl-Ukrajna preċiżament 50 sena ilu. Dwar din il-poeżija, il- poeta Russu kien tkellem f 'servizz tal-BBC u spjega għaliex ħass li kellu jikteb dik il-poeżija li sammret lil udjenzi fir-Russja u lil hinn minnha. Dan ix-xogħol jiddeskrivi l-agħar massakru tal-Olokawst Nazista. Fl- 1941, in-Nazi ġabru 34,000 Lhudi fuq it-trufijiet tal- irdum ta' Babi Yar fil-kapitali Ukrena, Kiev, u sparawlhom kollha, f 'massakru mingħajr preċedent. Wara li dar is-sit tal- massakru, Yevtushenko mar lura l-lukanda u kiteb il- poema f 'ħames sigħat. Meta qraha lil martu qaltu li dak li ġara tant hu terribbli li aħjar ma jiktibx dwaru. Il-poeta ma qabilx: "Sa ċertu punt marti kellha raġun, imma bħala awtur ħassejt piż fuq spallejja. Hu diffiċli ħafna ssib kliem espressiv biżżejjed biex tfisser dak li ġara. Il-kliem dgħajfin wisq. Imma għandna obbligu li nitkellmu dwar ħwejjeġ bħal dawn. Ma nistgħux inħallu lill-ġenerazzjonijiet ta' warajna jinsew." Babi Yar serviet bħala manifest li jikkritika l-anti- Semitiżmu madwar id-dinja kollha, inkluż dak fl-Unjoni Sovjetika. Il-poema llum titqies bħala l-ewwel toqba fil-purtiera tal-ħadid. Babi Yar kienet interpretata sinfonikament minn Shostakovic u bis-saħħa t'hekk, il-burokrazija Sovjetika kellha tibni monument fuq is-sit tal- massakru. Importanti li lanqas f 'Malta ma jintesa x-xogħol ta' Yevtushenko. Bis-saħħa tal-poeta-reġista Albert Marshall, chair tal-Kunsill tal-Arti u l-Kultura, il-poeta Russu probabbilment iżur Malta ma' martu għall- Festival tal-Arti ta' din is-sena. IL-PROVA GĦALL- POLITIĊI NISA MALTIN Għandu raġun il-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għar- riżultat tal-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. B'erba' nisa fil-Parlament Ewropew Malta għandha, proporzjonalment, l-akbar preżenza femminili. Din l-elezzjoni ta' erba' nisa għall-PE ġiet f 'mument storiku wkoll, meta Malta qed tfakkar il-50 anniversarju tal-Indipendenza u l-50 anniversarju mit-twaqqif tal- Kunsill. Dawk eletti huma kollha ta' kwalità valida u grad ta' intellett għoli. Wieħed jittama biss li jaħdmu għal Malta u mhux jaqgħu għad-diktat tal-partiti rispettivi tagħhom. Issa hemm l-ispazju għal erba' nisa eletti. Ħalli juru xi jsarrfu. IL-KRIŻI FIL-PARTIT NAZZJONALISTA J għidu li l-imperu Ruman waqa' meta s-sudditi tiegħu spiċċatilhom il-ħeġġa li jiddefendu l-fruntieri tiegħu mill- inkursjonijiet barbariċi. Madankollu, sebgħin sena ilu l-ħeġġa tal-ġlied ma kinitx nieqsa u mijiet ta' eluf ta' żgħażagħ urew kuraġġ inkredibbli fit-taqbida li kienet għaddejja fl-Ewropa u fl-Asja bejn l-Alleati u l-Assi. Propju nhar il-Ġimgħa ġie kkommemorat is-sebgħin anniversarju tal-itwal jum meta t-truppi Amerikani, Brittaniċi, Kanadiżi, Polakki u anke Franċiżi Ħielsa fetħu t-tieni front fil-kontinent Ewropew fin-Normandija li Stalin u r-Russi kienu tant ilhom jitolbu. B'hekk il-Ġermaniża Nażista spiċċat fil-morsa ta' żewġ armati mil-Lvant u l-Punent u t-telfa finali kienet kwistjoni ta' ftit xhur. F'dak il-jum tas-6 ta' Ġunju 1944, 150,000 truppi alleati żbarkaw fl-aktar punt imbiegħed bejn Franza u l-Ingilterra fin- Normandija. Hitler u bosta mill-kmand Ġermaniż kienu qed jistennew l-invażjoni sseħħ fl- aktar punt dejjaq, f 'Calais. Imma l-Alleati rnexxielhom jidħqu bil-Ġermaniżi, jaħbu l-mijiet ta' eluf ta' suldati u l-ammont qawwi ta' mezzi li nġabru fin- nofsinhar tal-Ingilterra u jwettqu mpriża bla preċedent u li bħalha għadna qatt ma rajna. L-istorja kienet tkun ċertament differenti kieku l-kmandant leġġendarju Ġermaniż Erwin Rommel ma kienx ħa ġurnata frank sabiex jiċċelebra għeluq snin martu għax ħaseb li kien wisq maltemp sabiex l-Alleati jittentaw l-invażjoni. Kienet ukoll tkun differenti kieku Hitler kien qam kmieni f 'dak il- jum u ta l-ordni immedjata sabiex il-Ġermaniżi jużaw it-tankijiet tagħhom ħalli jitfgħu lill-Alleati l-baħar. Hitler biss kellu l-awtorità li jagħti din l-ordni wara li kienet inqalgħet kwistjoni bejn Rommel u l-kap tal-Wehrmacht, Von Runstedt. Imma Hitler dakinhar qam fil-11am għax ħadd ma ażżarda jqajmu meta bdew jaslu l-aħbarijiet tal-invażjoni. L-ordni eventwalment ingħatat fl-4pm imma l-alleati kienu diġà laħqu jiżbarkaw ħafna nies u mezzi fuq ix-xtajtiet Normanni. Kif qal ferm tajjeb Obama f 'diskors tal-okkażjoni, meta d-dinja llum tidher daqshekk ċinika, wieħed irid jiftakar fis-sagrifiċċju ta' dawk l-eluf ta' żgħażagħ li mill-ibgħad kantunieri tal-Amerika marru jiġġieldu fuq l-art Franċiża, sagrifiċċju li għal ħafna minnhom kien suprem. Fiċ-ċimiterju ta' Colleville-sul-mer fejn saret iċ-ċerimonja hemm midfunin 9,300 Amerikan. Sagrifiċċji li saru kemm mill-Alleati kif Mix-xtajtiet ramlin u l-irdum tan-Normandija TONI ABELA JOE ELLIS YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt