Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
28 illum Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Melo Zammit Champion tal-Autocross 2013/14 NHAR is-Sibt 31 ta' Mejju filgħaxija l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' organizzat l-aħħar attività bil-karozzi Autocross u s-seba' attività bil-muturi Motocross. L-attivitajiet jagħmlu parti mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Matul din l-attività ħadu sehem 47 kompetitur li 11 minnhom kienu ġejjin minn Għawdex. Il-ġurnata bdiet ftit wara l-4.30pm bis-sezzjoni Motocross fejn fi Klassi A ddomina Clayton Camilleri fuq muturi KTM segwit minn Paul Muscat fuq KTM ukoll. Fit-tielet pożizzjoni spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki. Fi Klass B rajna lil Ludvic Muscat fuq KTM 250cc jiddomina l-ewwel darba f 'dan l-istaġun. Huwa rebaħ it-tliet heats kollha tal-ġurnata quddiem Etienne Bigeni fuq Honda u Kyle Camilleri fuq mutur Suzuki RM 85cc. Għadd ta' riders minn Għawdex ukoll ħadu sehem f 'dawn it-tigrijiet. Għall-ħabta tas-7.30pm bdiet l-attività tal-karozzi li għalqet dan il-Kampjonat Nazzjonali. F'din is-sezzjoni il-Kampjonat li kien fuq ħmistax-il tiġrija kien kampjonat missielet sal-aħħar fuq sistema ġdida ta' punti li ġiet approvata s-sena l-oħra. Din intlaqgħet tajjeb mill- kompetituri u l-għan tas- sistema ntlaħaq għall-fatt li l-kampjonat baqa' kompetittiv sal-aħħar ġurnata. Matul it-tliet heats rajna diversi kompetituri jagħmlu ħilithom sal-aħħar biex ikunu jistgħu jikkwalifikaw għall-finali tal-ġurnata. Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo u Josef Grech fuq Ford Fiesta biss kienu li rnexxielhom jirbħu l-heats kollha tal- ġurnata u awtomatikament jieħdu posthom fil-finali Klassi A. Magħhom ikkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Philip Joe Vella fuq Vauxhall Nova, Gordon Johnson fuq Peugeot 205 u Patrick Cassar fuq Opel Corsa. Taħt bexxa xita kontinwa fil-bidu tal-finali ħasdet ftit lis-sewwieqa għall-fatt li ma kinux ippreparati għal din l-okkażjoni. Mal-ħruġ rajna lil Vella b'veloċità jisraq l-ewwel pożizzjoni fejn sal-ewwel kantuniera kien diġà żviluppa vantaġġ segwit minn Johnson u Galea. Wara t-tielet dawra Johnson żviluppatlu ħsara u beda jaqa' lura. Filwaqt li kundizzjoni kienet waħda ħażina minħabba żlieq. Farrugia ssupera lil Grech. L-emozzjoni kompliet għall- fatt li Farrugia, Grech u Galea kienu qed jissieltu rigward min kien se jkun runner-up f 'dan il-kampjonat. Il-finali spiċċat b'rebħa kbira għal Vella segwit minn Galea u Farrugia. Johnson daħal fir- raba' post filwaqt li Cassar u Grech irtiraw mit-tiġrija. Għall-finali Klassi B ikkwalifikaw Jason Martin fuq Volkswagen Polo, Josef Abela fuq Vauxhall Nova, Ryan Scerri, Melo Zammit, Andrea Scicluna u Malcolm Borg kollha fuq karozzi Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Abela għal darb'oħra jieħu t-tmun ta' din il-finali segwit minn Scicluna u Martin b'dan tal-aħħar mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Scicluna sa kemm f 'inqas minn żewġ laps issuperah. Scicluna kompla jiġi ssuperat filwaqt li Scerri mir-raba' post avvanza post fuq Scicluna. Borg li kien fl-aħħar pożizzjoni wkoll beda javvanza tant li mir-raba' post avvanza post fuq Zammit. Borg kompla javvanza sakemm laħaq lil Scicluna iżda matul l-overtaking Scicluna għamel kuntatt ma' Borg biex dan tal-aħħar spiċċa nqaleb. It-tiġrija kellha titwaqqaf minħabba raġuni ta' sigurtà u deċiżjoni fuq din l-azzjoni mistennija tittieħed fil-jiem li ġejjin. Ir-riżultat finali huwa Abela rebbieħ segwit minn Martin u Scerri. Fis-Sezzjoni Gozo Autocross ħareġ rebbieħ Marvin Grima fuq Opel Corsa segwit fit-tieni post minn Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Fit-tielet post spiċċa Joseph Agius fuq Ford Fiesta wkoll. Il-Kampjonat f 'din il-klassi rebħu Dominic Zammit fuq Alfa Sud. L-Onorevoli Chris Agius waqt il-preżentazzjoni -aħħar attività tal-ASMK Fabio Spiteri fil-ħames post minn 452 atlef 'Bilbao fi Spanja WIEĦED mit-triatleti ewlenin f 'pajjiżna u li żgur li m'għandu bżonn tal- ebda introduzzjoni, Fabio Spiteri, irnexxielu jtemm fil-ħames post fit-triathlon ta' Bilbao fi Spanja. Dan jista' jitqies bħala riżultat ferm prestiġjuż u importanti fil-karriera ta' Spiteri li hija waħda mimlija suċċessi f 'dan l-isport li jirrikjedi saħħa, stamina u aġilità liema bħalhom. Dan l-avveniment internazzjonali tat- triathlon ġie organizzat fl-24 ta' Mejju u ġibed l-interess ta' wħud mill- aqwa triatleti fid-dinja fosthom Fraser Cartmell li huwa ċ-champion tal-Ironman fl-iSkozja, Massimo Cigana li kien parti mit-tim Mercatone Uno li kien jagħmel parti minnu wkoll iċ-ċiklista leġġendarju Taljan Marco Pantani, Gustavo Rodrigues - champion tad-dinja tad-duathlon ta' taħt it-23 sena kif ukoll ħafna atleti tal-Ironman fosthom it-tim elite Spanjol. Il-ftit jiem ta' qabel din it-tellieqa ferm importanti kienu kkaratterizzati minn bard u xita. Id-distanza involuta kienet dik ta' 1.9 kilometru għawma fix-xmara Nervion, 90 kilometru bir-rota li fihom l-atleti riedu wkoll jitilgħu tliet muntanji kbar kif ukoll ġirja ta' 21 kilometru fuq art lixxa madwar ix-xmajjar li nsibu fil-belt Spanjola ta' Bilbao. Din it-tiġrija bdiet fis-1.30pm li skont ma saħaq magħna Fabio Spiteri dan huwa ferm aħjar minn Malta fejn it-tlielaq jibdew fis-7am! Spiteri li jifforma parti mill-klabb Agones Triathlon ikkompeta fil-kategorija ta' dawk li kellhom 'il fuq minn 40 sena. It-temperatura tax- xmara kienet dik ta' 14-il grad Celcius. Fabio Spiteri kiseb it-33 l-aħjar ħin minn fost iċ-ċiklisti kollha u overall spiċċa fil-ħames post minn 452 atleta li ħadu sehem fil-kategorija Fabio Spiteri -azzjoni f 'Bilbao Spanja