Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
30 illum Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum L-Istorja tat-Tazza tad-Dinja Is-Sitt Edizzjoni - Svezja 1958 Din l-edizzjoni, li reġgħet intlagħbet fl-Ewropa, baqgħet magħrufa l-aktar għall-ewwel dehra ta' Pelé fit-Tazza tad-Dinja, u għall- ewwel rebħa tal-Brażil. It-timijiet parteċipanti inqasmu f 'erba' gruppi ta' erba' timijiet, u f 'kull grupp tpoġġa tim mill-Amerika t'Isfel, tim mir-Renju Unit, u żewġ timijiet mill-Ewropa, wieħed mil-Lvant u l-ieħor mill-Punent. Ġdida minn din l-edizzjoni kien il-qsim tal-punti wara d-90 minuta bejn it-timijiet. Żewġ timijiet li kienu jispiċċaw f 'parità fi tmiem il- partita, sa 4 snin qabel kienu jilagħbu żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta sabiex ikun magħruf ir-rebbieħ tal-logħba. Issa żewġ timijiet li jispiċċaw f 'parità sa tmiem id-90 minuta jieħdu punt kull wieħed. L-Ingliżi sabu ruħhom fi grupp tal-biża', flimkien mal- Brażil, l-Unjoni Sovjetika u l-Awstrija li kienu spiċċaw it- tielet erba' snin qabel. Kienet ukoll l-ewwel dehra tal- Unjoni Sovjetika, imlaqqma 'l-Armata l-Ħamra'. L-ewwel logħba ta' bejniethom ħadu punt f 'parità ta' 2-2. Tlett ijiem wara l-Ingliżi reġgħu ġew pari, kontra l-Brażil – riżultat li baqa' jissemma' minħabba li kien l-ewwel 0-0 f 'logħba fit-Tazza tad-Dinja, u ftit wara parita oħra ta' 2-2 kontra l-Awstrija. Dan wassal biex l-Ingliżi kellhom jilagħbu logħba deċiżiva kontra is-Sovjetiċi li għelbuhom b'gowl tal-attakkant Anatoly Ilyin, u ġew eliminati. Il- grupp intrebaħ mill-Brażil. Anke fi Grupp A kien hemm bżonn ta' logħba deċiżiva bejn l-Irlanda ta' Fuq u ċ-Ċekoslovakkja. L-Irlandiżi rebħu 2-1 biex jakkumpanjaw lill- Ġermanja fit-tieni fażi. Minn Grupp B għaddew il-Franċiżi u l-Jugoslavi li ġabu punti ndaqs. Il- Franċiżi ġibdu ħafna ammirazzjoni, għax urew logħob attraenti u modern. Fl-ewwel logħba kontra l-Paragwaj saħansitra skorjaw seba' gowls – ħamsa minnhom fit-tieni taqsima, bi tlieta skorjati minn Just Fontaine. Ironikament, Fontaine kien rassenjat li ma jilgħabx. Kien jaf li ftit kellu post fit-tim Franċiż mimli attakkanti stabbiliti. Iżda meta weġġa' l-għaksa l-attakkant René Bliard, wara biss ftit jiem fl-Iżvezja, kollox inbidel. Fi Grupp C, tim Britanniku ieħor, Wales, wettaq sorpriża sabiħa meta minkejja fi grupp iebes mal-organizzaturi l-Iżvezja u l-Ungerija, mhux talli irnexxielhom jisfurzaw logħba deċiżiva kontra dawn tal-aħħar u jgħaddu mill-grupp, iżda saħansitra ma jitilfux logħba. Wales kienu taħt it-tmexxija tal- eks kowċ ta' Manchester United, Jimmy Murphy. Magħhom għaddew ukoll l-Iżvediżi li kienu qegħdin jagħmlu passi ta' ġgant fil-logħba. L-Iżvediżi wkoll kellhom bosta plejers li kienu jilagħbu barra l-pajjiż, bil-maġġoranza tagħhom fl-Italja. Fil-Kwarti tal-Finali l-Irlandiżi pattew għall- isforz qawwi li sar fl-ewwel logħbiet. Kellhom neqsin plejers ta' ċertu statura u biex tkompli tagħqad, l-Irlandiżi kellhom jagħmlu vjaġġ ta' 210 mili sa Norrköping, jum qabel il-logħba. Il-Franċiżi skorjaw erba' darbiet bla risposta. Wisnieski skorja l-ewwel wieħed ftit qabel il-mistrieħ b'Just Fontaine jiskorja tnejn fi tmien minuti fit-tieni taqsima, u Piantoni skorja r-raba' gowl. F'Malmö, il-Ġermanja tal-Punent eliminat lill- Jugoslavja b'gowl wieħed skorjat mis-soltu Helmut Rahn. Il-gowl deċiżiv wasal wara biss tnax-il minuta meta Rahn għadda bla tbatija minn fuq il-linja difiża minn Crnković u għeleb lil Krivokuća li naqas milli jagħlaq l-angolu. Filgħaxija, fir-Råsunda Stadion l-Iżvezja sabu għadma kemxejn iebsa fl- Unjoni Sovjetika, għalkemm irnexxielhom jegħlbuhom 2-0. Il-gowls waslu t-tnejn fit-tieni taqsima. Hamrin u Simonsson skorjaw il-gowls. Fir-raba' logħba mill- Kwarti tal-Finali, Wales, l-aħħar tim Britanniku fil- kompetizzjoni, ta battikata tajba lill-Brażil ta' Pelé, Garrincha, Zagallo u sħabu. Il-logħba ġiet deċiża b'gowl ta' Pelé fl-aħħar ħmistax-il minuta. L-ewwel Semifinali laqqgħet lill-Iżvezja u l-Ġermanja tal-Punent f 'Gothenburg. Kienu l-Ġermaniżi li marru l-ewwel minn fuq b'gowl spettakolari ta' Hans Schäfer li fajjar xutt mill-ewwel minn 25 metru bogħod li ħasad għalkollox lil Svensson. Iżda l-Iżvediżi damu biss għaxar minuti biex skorjaw, għalkemm dan il-gowl kien imissu ġie mħassar. Kien Nils Liedholm li ħarab waħdu fi tliet kwarti grawnd, wara li kien niżżel il-ballun b'idu, bl-aktar mod ċar! Liedholm qassam lejn Skoglund li minn angolu kemxejn magħluq għeleb lil Herkenrath. Il-logħba daret kmieni fit-tieni taqsima. Zsolt keċċa lid-difensur Ġermaniż Juskowiak għal fawl ta' reazzjoni u l-Iżvediżi skorjaw darbtejn fl-aħħar tmien minuti. 30,000 ruħ raw it-tieni Semifinali bejn il-Brażil u Franza. Minbarra Just Fontaine, il-Franċiżi kellhom żewġ plejers oħra li kienu qed jagħmlu isem. Dawn kienu Roger Piantoni u Raymond Kopa, li aktar tard ġie magħżul bħala l-aqwa plejer ta' din l-edizzjoni. Iżda hawn sabu għadma iebsa wisq. Filwaqt li d-difensuri Brażiljani Nilton Santos u Bellini rażżnu l-magna tal-gowls Franċiża, għal Pelé l-Franċiżi ma kellhomx risposta. Dan wassal biex l-istilla Brażiljana xxala fid-difiża Franċiża u skorja l-ewwel hat-trick tiegħu biex il-Brażil rebħu 5-2. Fil-logħba għat-tielet u r-raba' post, Just Fontaine patta xi ftit għad-delużjoni personali u skorja xejn inqas minn 4 gowls kontra l-Ġermaniżi, biex rebbaħ lil Ir-4 parti Pele jidher jibki bil-ferħ fuq il-goalkeeper Gylmar wara r-rebħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1958 Skoglund tal-Isvezja jikkrossja minkejja li ssikkat minn Zito tal-Brażil l- nali tal-1958