Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 DIVERSI metri taħt l-art, numru ta' ħaddiema għaddejjin b'ħidma kontinwa biex jitlesta t-tħaffir ta' mini taħt l-art li se jilqgħu fihom l-ilmijiet tax-xita; ħidma li ta' spiss tibda fis-6am u tibqa' sejra sal-10pm ta' bil-lejl. Din il-gazzetta tkellmet mal-Perit Carm Mifsud Borg, il-persuna responsabbli minn dan il- proġett fejn qal li x-xogħol jieqaf fl-10pm biex ma jkunx hemm inkonvenjenti għar-residenti. Iżda sostna li biex ma jintilifx ħin, is-sigħat tal-lejl jintużaw biex jinġarr il-makkinarju, tintefa' l-arja fil-mini u xogħol preparatorju ieħor. Il-proġett nazzjonali għat- taffija tal-għargħar b'kollox jinvolvi investiment ta' madwar €57 miljun u jinkludi l-kostruzzjoni ta' 16-il kilometru ta' mini, b'dijametru ta' aktar minn tliet metri. Il-mini se jilqgħu fihom l-ilma tax-xita mill-postijiet li jsofru l-aktar għargħar, bħal Ħ'Attard, Ħal Balzan, Ħal Lija, l-Iklin, Birkirkara, l-Imsida, il-Gżira, Ħaż- Żebbuġ, Ħal Qormi, Ħaż- Żabbar u Marsaskala. Il-proġett jikkonsisti f 'ħames komponenti b'sistemi differenti ta' mini, ġibjuni u gandotti flimkien ma' bini mill- ġdid ta' pontijiet, li jevitaw li l-ilma jispiċċa f 'żoni vulnerabbli għall-għargħar filwaqt li jieħu ħsieb li jilqa' kemm jista' jkun ilma għall- konservazzjoni. Il-proġett se joħloq infrastruttura ġdida li taqbad l-ilma tax-xita u titfgħu f 'mini, minflok tħallih jgħarraq it-toroq. Jinkludi wkoll il-bini ta' strutturi speċjali li jżommu fihom l-ilma qabel ma jintefa' l-baħar. "L-ikbar komponent minn dawn il-ħamsa - li jibda min-Naxxar u jispiċċa Ta' Xbiex – għadu qed jitħaffer. Baqagħlna l-aħħar 200 metru biex niżbokkaw Ta' Xbiex fejn qed nibnu l-post minn fejn se joħroġ l-ilma. Din hija kamra kbira li tilqa' l-ilma fiha, tiġbru u parti minnu jiġi ppumpjat lura f 'ġibjun mibni l-Gżira. Meta jkun hemm maltempati kbar l-ilma jintefa' l-baħar," jispjega l-Perit. Dan il-komponent il-kbir mistenni jitlesta għall-ħabta ta' Frar. Il-komponent li jiġbor l-ilma ta' Ħal Qormi se jkun wieħed minn tal-ewwel li se jitlesta, fejn skont il-perit għandu jkun lest sal-aħħar ta' Awwissu. Fl- aħħar xhur saru xogħlijiet infrastrutturali fuq diversi pontijiet ta' fuq il-widien biex l-ilma ma jiltaqax m'ostakli u jibqa' sejjer f 'dawn il-mini. "Imbagħad għal komponent ta' Ħaż-Żabbar u Marsascala qisna wasalna 80% fit-tħaffir tal-mini. Mexjin ħafna u sal-aħħar t'Ottubru jkun lest. Peress li l-prezzijiet li daħlulna kienu favorevoli, ħadna l-opportunità li nilħqu iżjed mil-lokalità, u b'hekk iddeċidejna li ntawlu l-proġett bi 300 metru ieħor," qal Borg. "L-istess Ħaż-Żebbuġ; il-proġett ittawwal bi 300 metru ieħor u għandu jkun lest għal Novembru." Iżda mhux dejjem kien kollox ward u żahar waqt it-tħaffir tal-mini, kbar biżżejjed li minnhom jgħaddu trakkijiet kbar. Mifsud Borg jgħid kif minkejja li jsiru diversi testijiet simili għal magni li jieħdu x-ray, xorta jiltaqgħu ma' diffikultajiet li ma jkunux ġew antiċipati. "Ġieli ltqajna ma' xquq kbar li ma kinux immarkati allura jkollok tieqaf u tara kif se taħdem biex tirriforza l-mina. Imbagħad in-naħa ta' Ħaż-Żebbuġ sibna blat iebes ħafna li saħansitra rabba diversi stalaktiti u stalagmiti għalkemm mhux fi kwantitajiet kbar," SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 30˚Ċ L-INQAS 17˚Ċ TEMP: Sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3. BAĦAR: Ħafif. IMBATT: Ftit li xejn. Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 29˚Ċ L-INQAS 18˚Ċ TEMP: Sabiħ. VIŻIBILITÀ: Tajba. RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 l-aktar mit-Tramuntana għall-Grigal. Lejn il-Lvant tal-inħawi: forza 3 għal 4 li jsir lokalment forza 4 għal 5. BAĦAR: Ħafif. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 23 76 48 73 42 53 65 38 James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Jissokta t-tħaff i r għal kontra l-għargħar "Sibna blat iebes ħafna li saħansitra rabba diversi stalaktiti u stalagmiti għalkemm mhux fi kwantitajiet kbar" 16-il kilometru ta' mini CHEMIMART Ltd., Licensed at 3, Freedom Square (Currently operating at 20/21, Triq ir-Repubblika), Valletta ST. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappil- lan Mifsud, Ħamrun LANTERN Pharmacy, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera ST. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida PEMBROKE Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard SGĦAJTAR Pharmacy, Triq Sgħajtar, Mosta EL Medina Chemist, Triq il-Fliegu, Qawra BROWN'S Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (pre- viously "Agius Pharmacy"), Paola KALKARA Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Kalkara BELLAVISTA Pharmacy, 88, Triq il- Hortan, Marsascala GUDJA Pharmacy, 9, Triq San Ċiru, Gudja MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014