Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 3 Jissokta t-tħaff i r għal kontra l-għargħar Is-Sistema Ġudizzjarja għada f 'Reporter ISSISTEMA ġudizzjarja ta' pajjiżna hija t-tema tad-diskussjoni waqt il-programm Reporter li jixxandar live għada filgħaxija fis-6.55pm fuq TVM. Il-mistiedna ta' Saviour Balzan din il-ġimgħa se jkunu l-Ispettur Sandro Camilleri, l-Avukat Ramona Frendo u George Busuttil mill-għaqda Mid-Dlam għad-Dawl. Spiss jingħadu kummenti fuq is-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna, kemm favur u kemm kontra. Il-perċezzjoni tal-poplu hi li aħjar ma jkollokx x'taqsam mal- qorti għax ma tafx kemm iddum tistenna biex tieħu r-raġun u mhux dejjem tirbaħ il-ġustizzja. Saviour Balzan jiddiskuti mal- mistiedna tiegħu jekk din il-perċezzjoni hijiex ġusta u x'hemm bżonn jinbidel fis-sistema ġudizzjarja biex ma jkunx hemm lok għal abbużi li jistgħu jwasslu biex persuni innoċenti jintbagħtu l-ħabs bla ħtija. Jistaqsi wkoll jekk il-pulizija tagħmilx il-verifiki kollha meħtieġa qabel ma tressaq persuna l-qorti u kif id- difiża targumenta l-każ biex min hu innoċenti ma jispiċċax il-ħabs. Reporter għandu produzzjoni u preżentazzjoni minn Saviour Balzan mgħejun mill-ġurnalist Frederick Attard. Il-programm ikollu ripetizzjoni għada stess fl- 10.15pm fuq TVM 2. Reporter jixxandar għada fis-6.55pm Il-bokka ta' waħda mill-mini viċin Triq Aldo Moro, il-Marsa Proġett ta' €57 miljun Il-mini taħt l-art għandhom dijametru ta' 3 metri, kbar biżżejjed biex jgħaddu trakkijiet tal-kostruzzjoni jirrakkonta hu. Hu jżid jgħid li dawn kollha jiġu rrekordjati minn arkeoloġisti li jkunu preżenti tul il-proċess kollu. Ovvjament, waqt it-tħaffir ta' taħt l-art ġieli jsibu wkoll xi xelter ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li anke dawn jirrikjedu l-attenzjoni tal- arkeoloġisti. "Iva ġieli sibna xelters tal-gwerra. Avolja jkollna indikazzjoni ta' fejn dawn qegħdin, biċċiet minnhom intradmu anke l-fond tagħhom. Diffikultajiet simili kienu meta sibna wkoll xi kanali żgħar antiki li ma kinux immarkati fuq il-mapep tagħna," jirrimarka l-Perit responsabbli. Id-drenaġġ ukoll jista' jitqies bħala wieħed mill- 'għedewwa' li jista' jwassal għal xi dewmien fil-proġett. Il-perit isemmi kif f 'diversi okkażjonijiet iltaqgħu ma' nixxigħat ta' drenaġġ wara li kien hemm katusi mkissrin. "Bħalissa għandna problema n-naħa ta' Ħal Lija... hemm katusi li biż-żmien ittieklu u qed inixxu fil-mini. Hemm sadd fil-katusi u fil-fatt il- korporazzjoni tal-ilma qed jaraw kif se jirranġawhom." Mifsud Borg jgħid li sakemm ma jkunx hemm xi żbroff tad-drenaġġ, l-ilma se jkun bejn wieħed u ieħor nadif u li jista' jintuża għat- tisqija. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat sar ħafna xogħol ta' 'gradilji' fit-toroq, biex l-ilma l-ewwel imur f 'tankijiet kbar li jisseparawh mill-ħmieġ u żjut fost oħrajn. Din hi parti minn sistema ta' tindif biex l-ilma ma jidħolx fil-mini maħmuġ ħafna. "Iżda impossibbli taħżen l-ilma kollu tax-xita li tagħmel. L-ammonti tant huma kbar li impossibbli toħloq riserva għalihom kollha. F'Malta l-ilma jagħmel f 'salt u fi kwantità kbira f 'Malta. Biex taħżen parti kbira tal-ilma l-ispiża tal-proġett kienet tiġi tliet darbiet ogħla." Madankollu hu jissokta jgħid li parti mill-proġett se jirriċikla 300,000 metru kubu ta' ilma, li hu l-ammont ta' ilma li jinħażen fil-preżent. Il-kuntratt jirrikjedi li l-kuntrattur imantni l-proġett għall-ewwel sentejn f 'każ ta' bżonn ta' tiswijiet jew manutenzjoni. Wara dan il-perjodu se jkun hemm dipartiment apposta taħt il-Ministeru għall- Infrastruttura u t-trasport.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014