Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 G ħamel 10 snin jiżfen il-hiphop u attivist fix- xena tal-kultura. Waqqaf anke għaqda non- governattiva bl-isem ta' Breaking Limits. Jgħid li t-tfajla tiegħu tgergirlu għax ma jkollhiex biżżejjed ħin miegħu minħabba li hu dejjem impenjat. Oliver jistqarr li meta jħares lura f 'ħajtu, bħala tifel kien jiddejjaq meta n-nies kienu jħarsu lejh bħala persuna b'diżabbiltà. Illum aċċetta lilu nnifsu kif inhu u daħal fis-settur tad- diżabbiltà għax irid jara bidla. Il-KNPD twaqqfet fl-1987, illum, għadek issib jew għadha teżisti diskriminazzjoni fil-konfront ta' persuni b'diżabbiltà? Jekk ngħid le nkun qed nigdeb. Id-diskriminazzjoni qatt mhu se tinqata' imma jien qiegħed hawn biex innaqqasha. Mill-1987 'l hawn saru ħafna avvanzi u dan grazzi wkoll għall-ħidma li għamlet il- kummissjoni matul is-snin. Illum aħna għandna ħafna drittijiet u dan grazzi għal ħidma li saret fil-konfront tagħna. Insemmu edukazzjoni inklussiva, supported employment u ħafna affarijiet oħra li taw dinjità lill-persuni li sa ftit snin ilu kienu jinżammu moħbija jew 'il bogħod mis-soċjetà. Irridu nkomplu naraw kif niżviluppaw il- ħiliet u kapaċitajiet li għandha kull persuna b'diżabbiltà. Kien hemm perjodu fejn il-mezzi tax-xandir bdew isejħu persuni b'diżabbiltà bħala persuni bi bżonnijiet speċjali, int kif taħsibha dwar dan? Jien ma naqbilx. Iddur dawra madwar id-dinja, u jien sena ilu kont il-United Nations, il-kelma diżabbiltà kullimkien għadha tintuża u jien m'għandix problema biha. Jien niltaqa' ma' ħafna nies u nassigurak li aħna ma togħġobniex li nkunu rriferuti bħala nies bi bżonnijiet speċjali. Inqatgħet il- kelma handicap u l-kelma korretta u etika hija diżabbiltà. Aħna parti mis-soċjetà u nżid li aħna wkoll għadna nagħtu sehemna biex inkunu inklużi fl-istess soċjetà u mhux ingergru jew nistennew is-soċjetà taċċettana. Bħal ma hemm persuni msejħa LGBTI aħna persuni b'diżabbiltà. Aħna rridu naħdmu lkoll flimkien u naċċettaw lil xulxin. Wieħed mill-impenji li tisħaq u taħdem fuqu ħafna l-KNPD huwa li s-soċjetà Maltija tkun waħda inklussiva. Xi tfisser din l-inklussività għall-persuna b'diżabbiltà kif ukoll għas-soċjetà li ngħixu fiha? L-inklussività f 'pajjiżna, speċjalment l-edukazzjoni, ilhom jaħdmu fuqha sa mis-snin 90. Jien ma naqbilx li l-inklussività għandha tkun interpretata kemm inpoġġu Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Oliver Scicluna Età: 27 sena Edukazzjoni: De La Salle u MCAST fejn beda karriera fuq IT Xogħol: Ħadem ma' bank lokali għal 8 snin bħala Support Officer. Issa qed jagħmel grad l-Università ta' Malta fuq Community Studies. Xahrejn ilu Oliver Scicluna ġie appuntat bħala Chairperson tal- Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabbiltà. Hu żgħażugħ mimli enerġija u għalkemm twieled b'diżabbiltà, dejjem iħares 'il quddiem b'mod pro- attiv biex ikun parti integrali mis-soċjetà. Ma ħalliex id-diżabbiltà xxekklu. Ritratt: Ray Attard "Ma rridux nissejħu nies bi bżonnijiet speċjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014