Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 15 nies fuq bord jew membru ta' xi kumitat biex sempliċiment ngħidlu jew nidhru li qed inkunu inklussivi. Ħares lejn il-parlament, m'hemmx persuna b'diżabbiltà. F'kull lat, il-persuni b'diżabbiltà għandhom ikunu hemm għax kapaċi jagħtu kontribut u mhux impoġġija f 'karigi għax huma diżabbli. Li hu żgur hu, li aħna għandna nkunu minn ta' quddiem nett mal- leġiżlatur għax ħadd daqsna ma jaf jew jifhem il-problemi li niltaqgħu magħhom ta' kuljum. Kif tiżguraw li s-servizzi offruti mill-gvern jew l-agenziji tiegħu jinkludu persuni b'diżabbiltà? Biex niżguraw li xi darba naslu, jrid ikun hemm il-preżenza ta' persuni b'diżabbiltà. Illum il- ġurnata twaqqaf il-Focal Point fis-segretarjat u l-KNPD hija meqjusa bħala r-regolatur minbarra s-servizzi l-oħra li noffru. Il-Focal Point għandu diversi satellites li ġejjin minn diversi dipartimenti u Ministeri, biex kull entità jkollha persuna inkarigata mill-persuni b'diżabbiltà f 'dak id-dipartiment jew Ministeru. Hekk qed ninfilzaw f 'kull qasam tal-ħajja. Għadna fil- bidu imma mexjin fit-triq it-tajba. Ikollkom ilmenti minn persuni b'diżabbiltà dwar nuqqas ta' ksib ta' jeddijiethom? Iva, iżjed ma jgħaddi ż-żmien iżjed jiżdiedu u dan hu ta' suċċess għax ifisser li l-persuni b'diżabbiltà qed joħorġu u jintegraw kif għandhom kull dritt wara kollox. X'tip ta' azzjoni tista' tieħu l-KNPD fejn ikum hemm ksur ta' drittijiet jew jeddijiet ta' persuni b'diżabbiltà? Aħna dejjem nibdew billi nagħmlu l-verifiki neċessarji. Nisimgħu liż-żewġ naħat biex niżguraw li l-ilment ikun ġustifikat. Fejn l-ilment ikun ġustifikat, aħna nipproċedu billi l-ewwel nett nippruvaw insibu bilanċ u jekk ma naslux nieħdu l-passi neċessarji kif u skont ma tippermetti l-liġi f 'kull każ individwali. Però l-prijorità tagħna, qabel il-Qrati, dejjem tkun li nsibu soluzzjoni u li jirbaħ is-sens komun. Li żgur mhux aċċettabbli hu li għad hemm xi kapijiet ta' skejjel u anke kunsilli lokali, li jibqgħu jinjorawna akkost ta' kollox. Dan mhux aċċettabli f 'soċjeta ċivili bħal tagħna. Ġieli kellkom ilmenti ta' individwi li sofrew inġustizzja fil-post tax-xogħol minħabba d-diżabbiltà tagħhom? Iva, kien hemm minn applika għal xogħol u ma ġiex aċċettat għax diżabbli u kien hemm anke każijiet fejn nies ġew imkeċċija minħabba d-diżabbiltà. Insemmi eżempju fejn impjegat ma' kumpanija kbira f 'Malta sofra attakk ta' epilessija waqt il-ħin tax-xogħol. Waqt l-attakk, dan waqa' u weġġa'. Il-fabbrika tterminatlu xogħlu wara li sar rapport lill-OHSA li din min-naħa tagħha infurmat lill-fabbrika li hi kompletament responsabbli għall-ħaddiem u dak kollu li jista' jiġrilu. B'hekk dan il- ħaddiem ġie mkeċċi, teknikament, b'raġuni valida. Illum dan il- persuna qiegħed id-dar jiċċassa, ibati b'ansjetà għax tilef xogħlu u meqjus bħala invalidu meta bi ftit iktar raġunament seta' nstablu xi xogħol ieħor li jagħtih dinjità minflok ikkastigat għal kundizzjoni li tagħha m'għandu ebda ħtija. X'inhu r-rwol tal-KNPD fejn tidħol l-iskola u l-edukazzjoni inklussiva? Din hija xi ħaġa nkwetanti għax l-edukazzjoni qiegħda fil-verità tkun inklussiva? Speċjalment meta tara student b'diżabbiltà li waqt lezzjoni ta' edukazzjoni fiżika jintbgħatu waħedhom fil-librerija? Importanti ħafna li naraw il-bżonnijiet ta' kull każ individwali u nagħmlu pjan għal dik il-persuna. Irid ikun hemm assessments kontinwi għax inutli nitfgħu persuni f 'main stream biex sempliċement nidhru sbieħ jekk mhux verament ser nipprovdu edukazzjoni parteċipattiva totali. Hemm ukoll il-kwistjonijiet tal- LSA li dawn qegħdin hemm biex jgħinu fit-tagħlim u mhux biex ikunu babysitters. Hija ħasra li ssib xi għalliema li jistmaw lil-LSA bħala xi ħaġa inferjuri minnhom u li jitfgħuhom f 'kantunieri minflok ma jintegrawhom mal-kumplament tal-klassi kollha. Hemm anke skejjel fejn LSAs anqas huma permessi li jidħlu fi staff rooms tal-għalliema. Dan m'għandux ikun għax minnu nnifsu qed ikompli jżid mal-istigma ta' persuna b'diżabbiltà. U fir-rigward ta' persuni adulti u l-inklużjoni tagħhom d-dinja tax- xogħol? Għandna nipprovdu job coaches li jgħinu lill-persuna b'diżabbiltà tidħol f 'post tax-xogħol, tintegra ruħha u titgħallem xogħolha. Il- Job Coach jista' jgħin lill-persuna b'diżabbiltà dwar kif tilbes u tippreżenta ruħha f 'post tax-xogħol u tista' tgħin u tagħti kontribut anke lill-kollegi tax-xogħol dwar kif huma għandhom jintegraw mal- persuna b'diżabbiltà. Temmen li għandhom jinħolqu koperattivi li jipprovdu opportunitajiet ta' mpjieg lil persuni b'diżabbiltà f 'ambjent li jkun adattat u sigur għalihom? Jekk għandek persuni b'diżabbiltà li ma jistgħux jaħdmu f 'open employment, allura iva naqbel li jinħolqu dawn il-koperattivi. Aħjar jaħdmu f 'koperattiva milli ma jagħmlu xejn. Hemm ħafna nies b'diżabbiltà bħalissa li m'huma jagħmlu xejn u dawn jistgħu jagħtu kontribut f 'koperattiva u b'hekk jirbħu l-aqwa ħaġa, id-dinjità tax- xogħol. Hemm ħafna xogħol ta' kumpaniji li jista' faċilment ikun outsourced lill-dawn il-koperattivi. Iva għalhekk nemmen fihom ħafna dawn il-koperattivi. Kif tiddeskrivi r-relazzjoni tal- KNPD mad-diversi għaqdiet u istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi lil persuni b'diżabbiltà? Il-kummissjoni kienet inqatgħet xi ftit minn mal-NGOs. Jien qed nipprova nibni l-ikbar relazzjoni li jista' jkolli magħhom. Irrid nara x'hemm komuni bħala bżonnijiet u naħdem fuqhom u magħhom. Għalhekk irrid naħdem biex insaħħaħ dak li għandhom għax finalment dawn jagħmlu xogħol indispensabbli għall-persuni b'diżabbiltà. Finalment, f 'Malta għandna ħafna nies li jinvolvu ruħhom volontarjament f 'attivitajiet diversi inkluż b'risq persuni b'diżabbiltà. X'tikkummenta? Il-volontarjat hu importanti ħafna u hu importanti li jkun sostnut. Irridu nibżgħu għal dawn il-persuni li jagħtu l-ħin u s-saħħa favur dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Il-volontarjat huwa sabiħ għax isir mill-qalb u ta' dan importanti li nuru l-apprezzament kollu tagħna. Intemm billi nappella lill-gvern biex il-volontarjat insaħħuħ u nagħtuh dak li ħaqqu. "Ħares lejn il- parlament, m'hemmx persuna b'diżabbiltà" Oliver Scicluna ilu xahrejn bħala ċ-chairperson tal-KNPD Ritratt: Ray Attard "Ma rridux nissejħu nies bi bżonnijiet speċjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014