Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
16 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 IDDIPARTIMENT tal- Forensika kien joffri sfida ġdida. Fit-tmeninijiet id- dipartiment kien għadu fil-bidu tiegħu, imma kienet qed tinħass sew il-bidla li kien ġab miegħu sa mit-twaqqif tiegħu. Minkejja li l-pulizija kienu ilhom jużaw l-impronti diġitali bħala parti minn servizzi xjentifiċi issa kien twaqqaf dipartiment sħiħ li jutilizza b'mod aktar wiesa' l-qafas xjentifiku biex jgħin biex jissolvew reati kriminali li ma joqgħodx biss fuq stqarrija. Dan fost oħrajn, hu l-faxxinu tax-xjenza forensika. Dħalt id-Dipariment tal- Forensika fl-1986 wara l-każ tal-EgyptAir. Kont ġej mid- Dipartiment tal-Patoloġija, fl- Isptar San Luqa. Il-laboratorju kien għadu relattivament ġdid għalkemm ix-xogħol forensiku kien ilu jiġi mitlub mill-Qorti. Bħala laboratorju konna qed narmaw tajjeb taħt it-treġġija ta' Dr. A. Abela Medici. u nagħtu l-frott mixtieq, għax l-evidenza mil-laboratorju ma kinitx tkun ibbażata minn evidenza okulari, imma minn riżultati xjentifiċi li huma aktar oġġettivi. Jiena dħalt fit-taqsima tal- body fluids. Il-kap dirett tiegħi kien għadu kif iggradwa bħala spiżjar. Sieħbi l-ieħor kien wasal biex jilħaq. Kont ukoll tgħallimt napplika ħafna mit-teknika li tgħallimt l-isptar għall-użu forensiku, u aktar. Bdejt nara u naffaxxina ruħi bix-xogħol ta' madwari. Ix- xogħol kien imżewwaq sew. Kont nagħmel xogħol fejn konna neżaminaw esebiti li jinġabru minn fuq ix-xena tar- reat jew li jgħaddulna l-Qorti. Dawn kienu jikkonsistu f 'kull ħaġa immaġinabbli - ħwejjeġ, sigaretti, eċċ. L-aktar li konna naħdmu kien fuq id-demm u f 'xi każijiet fuq xi allegat stupru. Konna nħażżu skizz tal-esebit, u mbagħad nimmarkaw il- partijiet partikolari fejn tinsab evidenza sabiex isiru aktar testijiet. Fil-laboratorju tal-Università kien isir ħafna xogħol. Kien hemm scanning electron microscope... apparat sofistikat li kien jintuża l-aktar f 'każijiet ta' sparaturi. Kien hemm min kien jaħdem fuq il-linka u dokumenti, bombi, fluwidi mill-awtopsja, droga eċċ. F'kull każ, kull riżultat miksub jgħin lil qorti sabiex tkun tista' tasal għal eżitu. M'hemmx riżultat pożittiv jew negattiv, imma biss riżultat validu. Għax ix-xjenza forensika dik li hi… l-użu tax-xjenza għas- servizz legali... Niftakar kemm konna noqogħdu attenti biex l-evidenza miġbura ma nniġġsuhiex. Konna nilbsu indumenti u ingwanti, imma mhux biss, u x-xogħol fejn jista' kien jiġi kkonfermat b'żewġ tekniċi differenti. Konna wkoll flimkien naraw liema huma l-aktar analiżi importanti li għandhom isiru sabiex noħorġu riżultat konklussiv li jkun jista' jgħin fit-twettiq tal- ġustizzja… Wara li ġejt mill-istudji tiegħi minn barra fl-1990, spiċċajt waħdi fil-laboratorju. Il-laboratorju kien iċċaqlaq mill-Università għal ġod- Depot. Kelli kamra żgħira li fiha kont nagħmel ix-xogħol. L-ambjent tad-Depot huwa differenti ħafna mill-Università. Kont pajżan qalb il-pulizija. Mentalità u modi differenti li wieħed irid jaġġusta għalihom… u anke dan jieħu ż-żmien. Barra minn hekk ix-xogħol żdied sew għax issa mhux biss ridt nagħmel l-analiżi, imma anke noħroġ fuq ix-xena ta' reat f 'każijiet serji u anke inqas serji, nagħmel ir-rapporti lil qorti, nitla' nixhed u anke 'niddefendi' r-rapport f 'xi ġuri. Kont nistħajjel li qiegħed f 'xi film, l-avventura qed tiżvolġi quddiem għajnejja. Madwari dejjem f 'ħafna attività. Kont nirrelata lil Maġistrat li kien jaħtarni. Mhux dejjem kont inkun naf kif qed jiżviluppa l-każ, u naħseb li kienu jżommuni fl-għama għal tal- apposta. Kienu jagħmlu hekk biex ma nkunx preġudikat lejn xi evidenza. Darba kull tant żmien kienu jagħmlu 'crime conference', u konna niddiskutu l-evidenza mal-Maġistrat. Naħseb din hi idea tajba ħafna…Kull każ huwa storja fih innifsu. L-aktar li kienu jgħajtulna kien bil-lejl… u fil- weekends… u fis-sajf! Każ ikarkar, u trid tkun hemm biex tistudja l-madwar, biex televa l-evidenza. Trid tibqa' żvelt u attent il-ħin kollu, mingħajr ma teskludi xejn. Moħħ miftuħ dwar id- dinamika tar-reat… Ma' sħabi bnejt relazzjoni professjonali li kienet ittaffi xi ftit il-mumenti ta' għeja, ta' dwejjaq u ta' tbatija li konna niltaqgħu magħhom. Lanqas ma konna naħdmu f 'iżolament. F'ħafna każijiet kien ikun hemm pulizija esperta tal-fotografija, tal-impronti diġitali jew tal-ballistika. Imma mhux biss! Kien hemm esperti oħra... periti, tobba, avukati, mekkaniks eċċ. Kull każ huwa proċess dinaniku li jinvolvi aktar minn aspett wieħed. Imbagħad, konna nitilgħu l-Qorti biex nippreżentaw ir-rapport tagħna. Il-Maġistrat jingħata r-riżultat dwar l-eżitu tat-testijiet. Inkella, nitilgħu nixhdu f 'xi kumpilazzjoni. Tistenna kull tip ta' mistoqsija minn kull parti u trid tkun attent, fidil u preċiż fit- tweġibiet. M'hemmx lok ta' żbalji. F'ġuri mbagħad il-mistoqsijiet ikunu jeħtieġu aktar dettall. Mhux biss trid tispjega lil Onor Imħallef, imma l-ġurati, li ġieli staqsew mistoqsijiet tassew pertinenti. Il-forensika llum hija differenti minn kif kienet f 'dawk iż-żminijiet. Taqsimiet inqassmu sew u saħansitra xogħol ġie mogħti lil kuntratturi privati. Ix-xogħol analitiku li konna nagħmlu f 'dipartiment wieħed illum isir f 'tal-anqas tliet postijiet differenti. Aħjar? Agħar? Naħseb huma l-awtoritajiet ġudizzjarji li jridu jwieġbu jekk ix-xogħol illum hux aktar effettiv fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Christopher Farrugia huwa gradwat fix-Xjenza tal- Forensika mill-Università ta' Strath fir-Renju Unit. L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri Meta l-kelma toħroġ mis-sinna timla d-dinja CARMELO BUGEJA REGEN Eks segretarju Koperattiva tas-Sajd BĦALMA jaf kulħadd, l-istaġun tat-tonn issa beda, u hemm sajjieda li ħarġu għamlu sajda jew tnejn u qabdu l-kwota li kienet tathom id-dipartiment tas-sajd,. Is- sajjieda fakkruni li xi żmien ilu konna smajna li kien hemm xi tbagħbis fil-kwota tat-tonn, u kienu semmew xi nies minn Kastilja; però ma smajna xejn aktar. Din l-informazzjoni kien ħariġha Saviour Balzan. Jiena naf li jekk jgħid xi ħaġa din tkun fuq sisien sodi għax għalija li jgħid hu vanġelu, iżda xi sajjieda qaluli li mhux soltu tiegħu li jaqa' fil-muta fuq xi każ li jkun qed jinvestiga. Wisq naħseb li hemm xi verità f 'dak li kien qal, u ma jridx joħroġha biex ma jurtax xi nies f 'xi dipartiment jew ieħor. Imma lis-sajjieda ngħidilhom li s'issa l-Ministru qed jgħid li mal-kwota għandha x'taqsam l-AJCAT, u Malta m'għandhiex x'taqsam. Jiena naf li l-AJCAT kull ma tagħmel hu li tagħti kwota totali lill-UE, u l-istess Ewropa tqassam din il-kwota bejn l-istati membri tagħha. Ma noqogħdux inwaħħlu fl-AJCAT, għax mhux veru. Li hemm ħażin hu li n-negozjati li kienu saru mal-UE saru ħażin, u bħas-soltu jbati dejjem is-sajjied Malti. Meta kont segretarju tal-Kooperattiva tas-Sajd, jiena u sħabi konna nkunu hemm fil-laqgħat mal-AJCAT, u dawn dejjem qalulna li l-kwota hija f 'idejn l-UE. Iżda li ġara, meta l-AJCAT tat il-kwota lill-UE, il-kwota tagħna naqset b'10% kull sena għal tliet snin. Qabel kelna 360 tunnellata, u wara li sar dan it-tnaqqis, illum ġejna li għandna 160 tunnellata, jiġifieri l-kwota ta' Malta naqset b'60% u mhux kif qalulna b'10%. Hawn ma nistax nifhem jien; forsi xi żball matematiku? Jekk meta kompla jinvestiga, Saviour Balzan ma sab xejn, għandu jgħidilna li l-informazzjoni kienet żbaljata ħalli s-sajjieda jserrħu moħħhom li m'hemmx tbagħbis mal-ħobża ta' kuljum tagħhom. Lil Saviour Balzan ngħidlu li jekk ikollu bżonn xi ħaġa mingħandi, jiena lest li ngħinu, għax jekk nibqgħu sejrin hekk l-industrija tas-sajd Maltija ma tantx fadlilha ħajja. Is-sajjieda jridu jaħdmu, iżda qed isibu ħafna ostakli, kemm mill-Forzi Armati ta' Malta u mil-landing officers. Qed jiġu ttratti ta' kriminali kbar minn dawn l-awtoritajiet. L-UE taf li Malta kull ma fiha huwa daqs għalqa minn pajjiż ieħor fl-Ewropa. Kull ma kellna kwota kienet 360 tunnellata u minnha kienu qed jgħixu madwar 500 familja, jew l-Ewropa ma jinterresahiex minn dawn il-familji? Lil ministru tas-Sajd ngħidlu li l-pagi li qed iħallas lil Landing officers hija iktar minn li qed jaqilgħu is- sajjieda kollha f 'daqqa. B'dawn il-ħafna regulamenti, sajjied ġie f 'sitwazzjoni bħal dak it-tifel li qed imut bil-ġuħ, u jkollu jmur jisraq xi ħaġa biex jgħix. Hekk qed jgħamlu s-sajjieda Maltin, imorru fuq il-baħar biex jaqbdu xi ħaġa barra mill-kwota biex jgħixu, għax dak li jaqbdu bil- kwota kemm kemm iservihom għall-ispejjeż li jridu jagħmlu. Lil Ministru responsabbli mis-sajjieda nistiednu jinżel sa Marsaxlokk jara kif qed jaħdmu s-sajjieda. Dan jirriżultalu li qisu mar f 'pajjiż ieħor, għax fuq l-opri tas-sajd ser isib ħafna Tuneżini, Libjani, Eġizzjani u Filippini, u sajjied Malti ma ssibx, għax it-tfal tas-sajjieda Maltin, qed jindunaw li mis-sajd ma tistax tgħix, u qed ifittxu xogħol ieħor l-art. Lil Ministru ġa stedintu darba oħra biex jiġi jara l-ambjent f 'Marsaxlokk meta jispiċċa s-suq tal-Ħadd, però ma ġiex. Issa qed nistiednu biex jiġi jiltaqa' mas-sajjieda, forsi jseħħ dak li l-politikanti dejjem jippritkawlna li jridu jkunu qrib tal-poplu. Nota minn Saviour Balzan: Sur Bugeja, ma nafx għal liema storja qed tirreferi. Nitolbok tikkjarifika. Il-Punt Tfittxija għall-verità CHRISTOPHER FARRUGIA