Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Ħarsa lejn il-grawnds li hom se tintlagħab it-Tazza tad-Dinja FITTAZZA tad-Dinja li se tkun qed tiġi organizzata bejn it-12 ta' Ġunju u t-13 ta' Lulju fil-Brażil se jkunu użati tnax-il grawnd differenti li fihom se jkunu qed jintlagħbu l-64 logħba validi mill-istess kompetizzjoni meqjusa bħala l-iktar waħda importanti fil- futbol mondjali. Il-grawnds huma dawn: Estadio do Maracana, Arena Pantanal, Estádio Nacional Mané Garrincha, Arena Fonte Nova, Arena das Dunas, Arena Pernambuco, Arena da Baixada u Estadio Castelao. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn it- tmien grawnds prinċipali. Estadio do Maracana Huwa wieħed mill-ikbar grawnds fid-dinja kif ukoll wieħed mill-iktar popolari. Kien jesa' mal-200,000 spettatur iżda matul is-snin il-kapaċità massima tiegħu ġiet imnaqqsa u llum jesa' 78,838 spettatur. Ir-rekord ta' attendenza ġo dan il-grawnd imur lura għas-16 ta' Lulju tal-1950 fejn dakinhar kien hemm xejn inqas minn 199,854 partitarju jsegwu l-logħba bejn il-Brażil u l-Urugwaj. Se jkollu l-unur uniku li jospita l-logħba finali tat-Tazza tad-Dinja nhar it-13 ta' Lulju. Arena Pantanal Huwa stadium ġdid li se jkun qed jintuża biex jiġu pprattikati fih diversi sport f 'Cuiaba. Ġie inawgurat b'mod uffiċjali fis-26 ta' April u l-iktar li se jkun qed jintuża se jkun għall-futbol. Se jkun jesa' 42,968 spettatur. Estádio Nacional Mané Garrincha Dan huwa stadium li jista' jiġi użat biex fih jiġu pprattikati diversi sport għalkemm bħalissa l-iktar li jintuża huwa għall-futbol. Huwa jesa' 72,788 spettatur. Inbena lura fl-1974 u ġie msemmi għall-futboler popolari Brażiljan Garrincha. Arena Fonte Nova Huwa rreferut anki bl-isem ta' Complexo Esportivo Cultural Professor Octávio Mangabeira. Jintuża biss għall-futbol fejn ġie mżanżan fit-Tazza tal- Konfederazzjonijiet fl-2013 u qed jerġa' jiġi utilizzat matul din it-Tazza tad-Dinja. Jinsab f 'Salvador, Bahia u l-iktar li jesa' huwa 55,000 spettatur. Arena das Dunas Huwa stadium li ġie ddisinjat mill-perit ewlieni tal-isport Christopher Lee u li kien ilu jinbena minn Jannar tal-2011 biex jospita logħbiet mit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Ġie diskritt minn Lee nnifsu bħala l-iktar stadium perfett fl-Amerika ta' Isfel. Sewa s-somma ta' 400 miljun Dollaru u jesa' 45,000 spettatur. Arena Pernambuco Huwa stadium ġdid li se jkun qed jintuża mhux biss għall-futbol. Jinsab fiż-żona metropolitana ta' Recife f 'Sao Lourenco da Mata u jesa' 46,160 spettatur. Is-sid tiegħu huwa l-Gvern ta' Pernambuco. Arena da Baixada Huwa rriferut ukoll bħala Estádio Joaquim Américo Guimarães. Jinsab f 'Agua Verde fil-viċinanzi ta' Curitiba, Parana. Huwa wieħed mill-iktar grawnds antiki li qed jintuża f 'din it-Tazza tad-Dinja hekk kif infetaħ lura fl-1914 u huwa l-istadium tat-tim popolari Brażiljan Atletico Paranaense li jmexxi u jopera dan l-imsemmi stadium. Jesa' 28,413 spettatur. Estadio Castelao Huwa rriferut ukoll bħala Estádio Plácido Aderaldo Castelo kif ukoll bħala Gigante da Boa Vista. Dan l-istadium ġie inawgurat fil-11 ta' Novembru tal-1973 f 'Fortaleza f 'Ceara u l-iktar li jesa' huwa 67,037 spettatur. Is-sid tiegħu huwa l-Gvern tal-istat ta' Ceara u huwa l-grawnd tat-tim Brażiljan Ceara Sporting Club kif ukoll tal-klabb Fortaleza Esporte Clube. L-isem formali tiegħu jonora lil Placido Aderaldo Castelo li serva bħala Gvernatur ta' Ceara mit-12 ta' Settembru tal-1966 sal-15 ta' Marzu tal-1971. Dan il-persuna kien fundamentali biex l-istess stadium seta' jsir realtà. Il-maskot, il-ballun u l-istrument uffiċjali BĦASSOLTU waqt it- Tazza tad-Dinja fil-Brażil se jkun hemm il-maskot, il-ballun u l-istrument uffiċjali. Il-Fuleco se jkun il-maskot uffiċjali, il- Brazuca - il-ballun uffiċjali waqt li l-Caxirola se jkun l-istrument uffiċjali tat- Tazza tad-Dinja 2014. F'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa dettaljata lejn kull wieħed minn dawn. Fuleco – Il-maskot uffiċjali Ġie magħżul wara votazzjoni ta' tliet xhur fil-Brażil, fejn ħadu sehem xejn inqas minn 1.7 miljun persuna. Huwa annimal maħbub bil-kelma FUL tirreferi għall-futbol u EKO għall-Ekoloġija. Huwa maskot maħbub ħafna li jirrappreżenta l-passjoni tal-futbol għall-Brażiljani li għalihom dan l-isport huwa meqjus bħala reliġjon, kif ukoll il-ħbiberija naturali. Ismijiet oħra li kienu suġġeriti biex jiġu magħżula flok Fuleco kienu Zuzeco u Amijubi. Brazuca – Il-ballun uffiċjali Il-ballun uffiċjali li se jkun użat waqt it-Tazza tad-Dinja se jkun Adidas Brazuca. L-isem għal dan il-ballun ingħata wara vot pubbliku ta' iktar minn miljun ruħ. Ismijiet oħra suġġeriti kienu Bossa Nova u Carnavalesca. Caxirola – L-istrument uffiċjali Kien ċertifikat mill- Ministeru tal-iSport Braziljan bħala l-istrument uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil bħalma kienet il-vuvużela li tant ħolqot kontroversja minħabba l-ħoss ferm stramb u anitpatiku tagħha fit-Tazza tad-Dinja li saret fl-Afrika ta' Isfel erba' snin ilu fl-2010. Il-ħoss tal-Caxirola mhuwiex daqstant qawwi, minħabba l-fatt li ġie ddisinjat apposta biex ikun wieħed aċċettabbli u biex ma jdejjaqx lill-eluf ta' partitarji preżenti fid-diversi grawnds li fihom se jkunu qed jintlagħbu l-64 logħba validi mit-Tazza tad-Dinja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014