Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226
Il-Ħadd 08 ta' Ġunju 2014 | illum 33 SPORTSillum Isaac Bezzina jibqa' jibrilla l-ġudo MARCON Bezzina, Murman Korchilava u Isaac Bezzina irritornaw minn avveniment ranking Ewropew u kamp ta' taħriġ intensiv bħala preparazzjoni għal-Logħob tal-Commonwealth li jmiss. Il-European Cup ta' Londra hija l-avveniment ranking Ewropea l-aktar ikkontestata b'264 ġudoka minn 27 pajjiż jikkontestaw l-avveniment ta' din is-sena. Lamberto Raffi segwa t-tim tagħna f 'Londra. Isaac Bezzina rappreżenta lil Malta fil-kategorija tad- 90kgs li ġiet ikkontestata minn 24 atleti. L-ewwel logħba tiegħu kienet kontra Michel Verhagen mill- Olanda li eventwalment rebaħ il-midalja tal-fidda f 'din il-kompetizzjoni. Isaac beda jikkontrolla lil Verhagen sew, iżda f 'nofs il-logħba, Isaac safa' Wazari (10 punti) u mbagħad Ippon (100 punti). Fir- repêchage, Isaac kien imissu kontra l-Brittaniku Alan Mineards. Bezzina irnexxielu jikkonkludi l-logħba f 'inqas minn minuta meta tefa' lil Mineards għal Ippon b'Uchimata (teknika ta' tefgħa mill-koxxa ta' ġewwa). Il-logħba għas-7 post kienet kontra Mateja Glusac mis-Serbja. Glusac għandu kollezzjoni ta' 1 deheb, 2 fidda u 6 bronż fit-3 kategoriji tal-European Cups (Cadet, Junior & Senior). Il-logħba kienet ibbilanċjata sew, bl-ebda attakk serju ma jseħħ mil- ebda naħa. Iż-żewġ Judoka rċevew 3 shido (sanzjonijiet) kull wieħed. Kieku wieħed mill-atleti safa shido ieħor, kien jiġi skwalifikat. F'nofs il-ħin tal-kuntest, Bezzina għamel żball li wassal biex Verhagen tefa' lil Isaac għal Ippon. Isaac b'hekk waqaf fid-9 post, pass biss 'il bogħod milli jidħol fil-Lista tar-Ranking Ewropew tas- Seniors. 17 il-ġudoka kkontestataw il-kategorija tat-63kgs. Marcon Bezzina kellha l-ewwel logħba tagħha kontra t-Taljana Martina Epifani, li wkoll ħadet il- midalja tal-fidda. Marcon bdiet il-kombattiment b'superjorità. Hi rnexxielha tniżżel lil Epifani fl-art u tipprova tidħol għal waħda mit-tekniki preferiti tagħha billi tistrangola lill- avversarja. Iżda r-referee ma tax biżżejjed ħin lil Marcon biex tikkonkludi. Fl-aħħar sekonda, Epifani irnexxielha tikkontrolla lil Marcon mal-art f 'osaekomi (ippinjat fuq l-art) u b'hekk tilfet il-kombattiment. Fl- ewwel logħba ta' Marcon fir-repechage kienet kontra l-Ingliża Kirsty Kee. Marcon kienet sanzjonata 3 darbiet u fl-aħħar minuta, tilfet din il-logħba b'osaekomi wkoll. Il-kategorija tal-81kgs kien il-kategorija l-iktar ikkontestata bi 33 atleta. Il-Malti Murman Korchilava tela' f 'pool diffiċli. L-ewwel kompetizzjoni kienet kontra l-Franċiż Dimitri Gomes Tavares, li diġà kien rebaħ 2 midalji tal-fidda u 2 tal-bronż f 'European Cups Ewropej tas-Seniors. Għat-tielet darba f 'dan l-avveniment, l-ewwel avversarju ta' Korchilava wkoll rebaħ il-midalja tal-fidda. Gomes Tavares rema lil Korchilava għal Yuko u mbagħad għal Ippon, biex b'hekk rebaħ din it-taqbida. Fil-logħba tar-repêchage, Korchilava kien imissu jikkonfronta lill-Brittaniku, Tom Reed. Tajjeb ngħidu li ftit tas- snin ilu, Marcon Bezzina, kienet fl-istess skwadra ma' Reed fl-Università ta' Bath. Reed għandu esperjenza internazzjonali kbira u s'issa rebaħ Grand Prix, fidda u bronż fil- Kampjonati Ewropej U23, u diversi midalji oħra. Din l-esperjenza wriet fis- superjorità li huwa ura fuq Korchilava, meta rebaħ il- logħba. It-3 ġudoka Maltin mbagħad taru lejn Antalya għal kamp ta' taħriġ intensiv, li għaliha attendew bosta timijiet nazzjonali mill-aqwa tal-Ewropa. Il-ġudoka żagħżugħ Isaac Bezzina -azzjoni Balzan rebbieħa tal-Kampjonat tal-Futsal BALZAN huma r-rebbieħa tal-Kampjonat FXDD Premier tal-Futsal, meta ħarġu rebbieħa fil-konfront xejn ħafif kontra Hibernians, bl-iskor ta' 9-8 wara l-għoti tal-penalties. Għal Balzan dan huwa t-tielet suċċess konsekuttiv wara s-Super Cup u l-kompetizzjoni tal-FXDD Knock-Out. Il-goalkeeper ta' Balzan Nicholas Farrugia reġa' kien deċisiv meta laqa' l-penalty tal- captain ta' Hibernians, Xavier Saliba. Hibernians kienu taħt pressjoni għax riedu bilfors rebħa minn dan il-konfront wara li tilfu l-ewwel leg bl- għoti tal-penalties. Quddiem attendenza rekord f 'dan l-istaġun fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin, Balzan u Hibernians offrew logħba ta' livell għoli fil-futsal. Balzan kienu mingħajr Clint Cope li qed jiskonta skwalifika ta' sena u Hibernians kienu mingħajr David Bobokhidze u Kurt Bartolo. Wara minuta u nofs logħob, Balzan marru fil-vantaġġ meta Emil Raducu laħlaħ mill- ewwel xutt li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Chris Cassar. Immedjata r-reazzjoni ta' Hibernians b'żewġ tentattivi ta' Mark Zammit li ġew milqugħa tajjeb minn Nicholas Farrugia. Il-Pawlisti sabuha bi tqila li jġibu parità meta Melvin Borg ma laħaqx it-tqassima mingħand Celino Alves. Fil-11-il minuta Giancarlo Sammut ra lil Gabriel Dobre waħdu u x-xutt tal-aħħar spiċċa għoli. Fl-14-il minuta, Jose Carlos Meizoso Lopez minn azzjoni tipika Brażiljana x-xutt tiegħu mar barra. Żewġ minuti wara wasal it- tieni gowl Balzaniż permezz ta' Glenn Bonello. Fit-18 u d-19-il minuta, il- Pawlisti laqtu l-lasta permezz ta' Mark Zammit u Jose Carlos Meizoso Lopez. Meta kien fadal 4 sekondi għat-tmiem tal-ewwel taqsima, Hibernians naqsu l-iskor. Minn corner ta' Celino Alves, Mark Zammit kien pront li tefa' l-ballun fix-xibka. Fil-bidu tat-tieni taqsima l-Brażiljan Celino Alves ħalla lil Balzaniżi miblugħin b'żewġ gowls ħabta u sabta, li bihom poġġa lil Hibernians fil-vantaġġ. Kien hawn li l-plejer-kowċ ta' Balzan Gabriel Dobre talab time-out fejn wettaq xi bidliet tekniċi u poġġa kollox fuq l-attakk b'Emil Raducu bħala flying keeper. Glenn Bonello ġab il-parità kruċjali meta sab il-ballun f 'saqajh u mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka sabiex għamilhom 3-3. B'hekk it-tieni leg ukoll kellha tintemm bl-għoti tal-penalties. Għal Balzan skorjaw Emil Raducu, Andrea Dan, Gabriel Dobre, Jovica Milijic u Carlos Scicluna. Għal Hibernians skorjaw Celino Alves, Levan Kobaidze, Jose Carlos Meisozo Lopez u Andrew Cohen. Il-penalty finali mogħti minn Xavier Saliba ġie milqugħ minn Nicholas Farrugia. Wara tmiem il-partita, il- Perit Mark Borg għall-FMA flimkien ma' rappreżentanza tal-FXDD ippreżentaw it-trofej u l-midalji lit-tim ta' Balzan immexxija mill-captian Carlo Scicluna. Balzan: Nicholas Farrugia, Gabriel Dobre, Andrea Dan, Glenn Bonello, Carlo Scicluna, Matthew Xerxen, Giancarlo Sammut, Christian Wismayer, Nicola Del Re, Rennie Tanti, Emil Raducu, Reuben Grech Hibernians: Christian Cassar, Melvin Borg, Jesmond Micallef, Xavier Saliba, LevanKobaidze, Cedric Sciberras, Brian Baldacchino, Mark Zammit, Celino Alves, Jose Carlos Meizoso Lopez, Andrew Cohen, Darren Agius Referee 1: Franco Cachia Referee 2: Jude Amin Utulu Referee 3: Pierre Bonnici Time Keeper: Stephanie Axiak Balzan Champions tal-Kampjonat FXDD Premier tal-Futsal għall-istaġun 2013/14