Illum previous editions

ILLUM 8 JUNE 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/326226

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 08 ta' Ġunju 2014 • Nr 399 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Analiżi fuq kif marru l-kandidati Il-każ ta' John Bundy Bundy kien se jieħu post Norman Vella fuq TVM JOHN Bundy, il-preżentatur magħruf li wara żmien twil man-NET TV sar ammiratur ta' Joseph Muscat kien ser jingħata l-Breakfast Show fuq PBS minflok Pierre Portelli u s-slot ta' Norman Vella fuq il-PBS ta' bejn is- 7pm u t-8pm. Dan ikkonfermah sors viċin l-istazzjon nazzjonali. Dan l-aħħar Bundy allega li Silvio Scerri l-kap tal-Ministeru ta' Manwel Mallia qal li jrid ineħħi lil Norman Vella, Scerri qed jinnega li qal hekk u għamel libell kontra Bundy. Minn informazzjoni li għandu dan il-ġurnal, jidher li Bundy kien ser jippreżenta l-programm ta' filgħodu hu, u ta' filgħaxija kien se jippreżentah xi ħadd li jiġi minnu. Iżda l-intopp ta' dan l-arranġament kien li Bundy ried jipproduċi l-programm ġo studio privat u mhux fil-PBS. U l-PBS insistew li l-programm għandu ssir fil-PBS u fil- kwartieri tal-PBS. Jidher ukoll li Bundy wera x-xewqa li jkollu kariga għolja fil-PBS, ħabib ta' Bundy qalilna li Bundy kien qed jikkunsidra anki l-pożizzjoni ta' Chief Executive Officer tal-PBS. Iżda din il-gazzetta ma setgħetx tikkonferma dan. Bundy li kien għal xi żmien DJ fuq Radio 101 huwa magħruf l-aktar u sinonimu għad-diska "Pajjiż tal-Mickey Mouse," kanzunetta li biha rebaħ L-Għanja tal-Poplu. Bundy kien ukoll Viċi Ċermen tal-kumitat tal-Malta Song for Europe. Kien magħruf ukoll bħala DJ li kien fetaħ l-istazzjon Radio 101, u wara li kellu xi diżgwid ma' dan l-istazzjon, telaq. Fetaħ stazzjon maċ- Ċaqnu, A3 FM, wara kien spiċċa fuq TVM u ironikament qabel l-elezzjoni mar fuq One TV u ppreżenta Breakfast News u kif ukoll il-programm li suppost kellu jikkompeti ma' Xarabank. Il-programm kien jismu Affari Tagħna li kien jiġi mxandar mill-istudios li jinsabu fix-Xgħajra. Jidher li sa ftit ilu kien għadu tajjeb mal-Gvern u kien qed ikun il-compere fil-laqgħat ta' Gvern li Jisma'. Il-mediċina Buspirone reġgħet disponibbli Is-Segretarjat għas-Saħħa fi stqarrija maħruġa lbieraħ informa lill-pubbliku li minkejja nuqqasijiet fis-swieq internazzjonali, il-Gvern irnexxielu jassigura konsenja tal- mediċina Buspirone permezz ta' ħidma intensiva li saret tul il-jiem li għaddew. Id-Dipartiment għas-Saħħa għamel l-arranġamenti neċessarji biex il-Buspirone tkun disponibbli mil-lum fl-Isptar Mater Dei u mill-jiem li ġejjin permezz tal-Pharmacy of Your Choice. In-nuqqas ta' din il-mediċina kien żvelat mill-mezzi tax-xandir wara li żagħżugħ li jieħu din il-mediċina għall-kura kontra l-ansjetà akuta kien wera t-tħassib tiegħu li seta' jispiċċa f 'sala psikjatrika jekk il-mediċina tibqa' out of stock mill-Isptar Mater Dei. Il-Buspirone tinżamm taħt kontroll assolut mill-awtoritajiet minħabba lok ta' abbuż u tista' tinkiseb biss mill-isptar. Din il-mediċina qatt ma kienet disponibbli minn spiżeriji privati. S M L XL ... A VAN TO FIT ALL Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com www.citroen.com.mt www.citroen.com.mt 0782. Citroen. - Commercial Vehicles - 9x5.indd 1 06/06/2014 14:49 Bundy kien ma' NET TV, Radio 101, TVM, Radju A3 FM, Bay Radio, XFM u ONE TV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 JUNE 2014