Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 19 Il-Kanċer nafx. Hawn min jgħidlek l-ikel li qegħdin nieklu. Hawn min jipprova jikkonvinċi li minħabba l-ambjent imniġġes li qegħdin ngħixu fih, fost oħrajn l-użu ta' enerġija mill-fossili. Kemm jekk Power Station u kemm jekk il-mijiet ta' eluf ta' karozzi li joħonqu t-toroq tagħna. Jiena ngħid li hija taħlita ta' kollox. Iżda fuq kollox in- nuqqas ta' ppjanar, li meta ma rajniex fit-tul. Domna biex nagħmlu investiment fil-qasam tal-kura ta' din il-marda. Ħaqqhom prosit kbir dawk l-għaqdiet li mhumiex governattivi u li jaħdmu bla heda mhux biss mal-morda iżda anke mal-familjari tagħhom. Kif dejjem il-vojt li jħalli l-Gvern timlih is-soċjetà ċivili. Organizzazzjonijiet bħal Hospice Movement u Puttinu Cares qegħdin jagħmlu dak li kienet tagħmel il-Knisja qabel ma nħoloq il-Welfare State. Jaslu huma fejn ma jaslux il-politiċi. Li ma kienx għall-fatt li għandna poplu ġeneruż anke hawn konna infallu. Huwa minnu ukoll li f 'dawn l-aħħar snin bħal donnu l-politiċi ntebhu li jridu jabqdu l-barri minn qrunu jew il-ferita se tkompli tikber. Għalhekk huwa sinjal tajjeb li sa fl-aħħar il-parti l-ġdida li qiegħda tinbena f 'Mater Dei propju biex ikunu aktar iffokati fuq din il-problema. Apparti minn dan pajjiżna produċa fost l-aqwa tobba fil-qasam tal-onkoloġija. Aktar minn hekk għandna riżorsi tajbin ħafna fost il-paramediċi u infermiera. Nies li mhux biss huma ta' ħila iżda dedikati għall- marid. Għandna kollox. Għandna l-ħila, għandna poplu ħanin, hemm l-enerġija kollha meħtieġa. Jekk hija kwistjoni ta' finanzi rridu naraw minn fejn ser inġibuhom billi niflu jekk aħniex qegħdin nagħmlu l-almu tagħna anke ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-Unjoni Ewropea. Il-mediċina f 'dan il-qasam hija waħda li tiswa l-flus. Hemm min saħansitra jħallas eluf kbar ta' ewro fix-xahar bit-tama li jfiq jew itawwal ħajtu. Il-Community Chest Fund, flimkien ma' organizzazzjonijiet oħra mhumiex sinjuri biżżejjed biex ilaħħqu mat-talbiet li dejjem jiżdiedu. Apparti mill-problema inġenerali hemm ukoll problemi partikulari li naħseb nistgħu nsolvuhom. Din il-ġimgħa ltqajt b'kumbinazzjoni ma' żewġ ġenituri waqt li kont qiegħed niekol f 'ristorant. Għalkemm ma nafhomx kien jidher ċar li riedu jkellmuni iżda bdew jistħu. Għalhekk rajt kif għamlit biex wassalthom jgħidu kelma billi ersaqt lejhom u sellimtilhom. B'mistħija r-raġel staqsieni jekk jistgħux ikellmuni. L-omm bid-dmugħ f 'għajnejha spjegatli kif għandhom tifel li ilu ħdax- il sena jsofri minn kanċer. Li sa ftit taż-żmien ilu kien jieħu pilloli u issa qiegħed jieħu oħrajn li mhumiex jaqblu miegħu. Jekk dan huwa l-każ, għaliex ma bqajniex inġibulu l-istess pilloli ta' qabel? Din hija xorta ta' tbatija li m'għandhiex tkun mat- tbatija ġenerali li ġġib din marda kemm fuq il-persuna b'din il-kundizzjoni u anke fuq dawk li jkunu madwaru. Għad baqagħlna ħafna x'nagħmlu u nemmen li fl- aħħar qegħdin nifhmu. Għarbija. Meta fl-1925, Ibn Saud rebaħ lill-ħaxemiti, kien hemm tribujiet li riedu jkomplu jippruvaw jaffermaw is-supremazija waħħabija fil-Ġordan u fl-Iraq. Ibn Saud ma riedx jiġġieled mal-alleati l-ġodda tiegħu, l-Ingliżi, imma dawn it-tribujiet xorta għamlu ta' rashom u rvellaw kontra l-awtorità tiegħu u bdew jattakkaw l-Iraq, il-Ġordan u l-Kuwajt. Dan l-irvell hekk imsejjaħ tal-Ikwan, fejn ġiet missielta l-aħħar battalja bl-iġmla, falla minħabba s-superjorità teknoloġika tal-armata ta' Ibn Saud u l-għajnuna tal-Ingliżi. Dak illi l-Ikwan ma rnexxilux jagħmel fit-tletinijiet qed jipprova jagħmlu llum l-Istat Islamiku tal-Iraq u tal-Lvant (I.I.I.L.), grupp ta' ġellieda ispirati mill-waħħabiżmu illi huwa tant estrem illi l-istess mexxej ta' Al Qaeda, Al Zawahiri ddissasoċja ruħu minnu. Al Żawahiri ħass li l-metodi vjolentissimi tal- I.I.I.L. bħall-prattika li jaqtgħu ras il-vittmi tagħhom u juru l-qtugħ fuq l-internet kien qed jagħti isem ħażin lill-Al Qaeda. Fil-fatt, fis-Sirja, l-għaqda affiljata ma' Al-Qaeda hi Jabħat al-Nusra li spiss tispiċċa fi ġlied mal-I.I.I.L. Anke l-armata ħielsa Sirjana tikkalkula li nofs il-forzi tagħha qed jintużaw fil-ġlied mal-I.I.I.L. minflok mar-reġim ta' Assad, riżultat ta' kalkolu ċiniku ta' Assad li qed jagħtih il-frott. L-I.I.I.L. kellha suċċessi kbar f 'din l-aħħar sena. F'Mejju li għadda, l-I.I.I.L. bdiet tikkonsolida l-kontroll tagħha f 'Raqqa, belt fil-Lvant tas-Sirja ta' aktar minn 200,000 ruħ. F'Raqqa, l-I.I.I.L. regolarment iżżomm eżekuzzjonijiet pubbliċi ta' Alawiti, setta Islamika li hi assoċjata max- Xiiti u li tappoġġja bil-kbir ir-reġim ta' Bashar al-Assad u li l-waħħabi jikkunsidraw, flimkien mal-insara, bħala infidili. Barra minn hekk, l-insara li kienu jagħmlu 10% tal-populazzjoni ħarbu kważi kollha u l-knejjes insara ġew ivvandalizzati. Il-brutalità tal-I.I.I.L. m'għandhiex qies u l-ġimgħa l-oħra, bħala twissija lil ħaddieħor, sallbet tliet żgħażagħ f 'belt ħdejn Aleppo, is-Sirja. Jikkalkulaw illi n-numru ta' ġellieda tal-I.I.I.L. huwa żgħir: 6,000 fl-Iraq u bejn 3,000 u 5,000 fis-Sirja, b'xi elf minnhom miċ-Ċeċnja u xi ħames mija minn pajjiżi Ewropej, ulied immigranti Iżlamiċi li ma ntegrawx u li jiċħdu l-istil ta' ħajja tal- Punent u jistmerru r-reġimi sekulari Għarab. Il-mexxej ta' din l-għaqda huwa Abu Bakr al-Baghdadi illi jistmerr il-pubbliċità u wera moħħ ferm strateġiku u sens qawwi ta' tattika. Bena din l-organizzazzjoni bil-ħtif tal- barranin li jinħelsu wara l-ħlas ta' rahan u billi ħataf u sfrutta bjar taż-żejt fis-Sirja. L-I.I.I.L. ma tirrikonoxxiex il-fruntieri li l-potenzi kolonjali stabilixxew wara l-waqgħa tal-imperu Ottoman. U jridu jwaqqfu stat li jkopri ż-żoni Sunniti tal- Iraq tat-Tramuntana u l-parti orjentali tas-Sirja possibilment sal-Mediterran. F'Lulju li għadda, l-I.I.I.L. kellha l-ewwel suċċess importanti fl-Iraq meta ħelset mijiet ta' priġunieri mill- ħabsijiet ta' Abu Ghraib u Taji wara operazzjoni spettakulari. Imbagħad f 'Diċembru li għadda, il-miltanti tal-I.I.I.L. u t-tribujiet alleati ħatfu partijiet ta' Ramadi, il-kapitali tal-provinċja tal-Punent ta' Anbar u Falluja, il-qalba tal- irvell kontra l-okkupazzjoni Amerikana għaxar snin ilu, xi ħamsin mil fil-Punent tal- uffiċċju tal-Prim Ministru Nuri al-Maliki f 'Baghdad. Minkejja l-isforzi kollha tal- armata Iraqqina, u l-wegħdiet ta' al-Maliki, il-forzi tal-I.I.I.L. għadhom hemm sal-lum, Imma dawn l-operazzjonijiet m'huma xejn ħdejn l-attakk spettakulari ta' xi 1,500 ġellied tal-I.I.I.L. flimkien ma' membri ta' tribujiet Sunniti fuq it-tieni l-akbar belt Iraqqina, Mosul b'populazzjoni ta' 1.2 m fis-6 ta' Ġunju. Sal-10 ta' Ġunju, żewġ diviżjonijiet ta' 30,000 suldat tal-armata Iraqqina kienu abbandunaw l-uniformi u biegħu l-armi tagħhom u Mosul waqgħet f 'idejn il- militanti Iżlamiċi. Barra li qabdu ammont kbir ta' armi fosthom numru ta' humvees Amerikani u sitt ħelikopters Blackhawk, il-militanti Iżlamiċi ħadu xi $500 miljun fi flus ġodda mill-banek ta' Mosul u ħelsu eluf ta' priġunieri illi komplew isaħħuhom. Ir- riżultat kien eżodu massiċċ ta' 500,000 lejn iż-żona awtonoma kurda. Jidher li barra l-għajnuna ta' tribujiet sunniti, militanti tal-partit Baath ta' Saddam Hussein ukoll ħadu sehem attiv u fil-fatt, Tikrit, il-belt fejn twieled u hu midfun Saddam, waqgħet f 'idejn il-militanti l-għada. L-avvanzata tal- I.I.I.L. waqfet f 'Samarra, 125 kilometru fit-Tramuntana ta' Baghdad fejn l-armata Iraqqina u l-milizji Xiiti qed jippruvaw jiddefendu l-moskei f 'din il-belt għeżież għax-Xiijiti. L-avvenimenti inkredibbli ta' dawn l-aħħar jiem juru l-falliment totali tal-politika settarja ta' Al-Maliki. Meta l-Ingliżi ffissaw il-fruntieri tal-Iraq, qajla taw każ il- kompożizzjoni etnika tal-Iraq u fdaw il-poter f 'idejn l-elite Sunnita Għarbija li baqgħet tiddomina sal-waqgħa ta' Saddam. Dan għad-detriment tal-maġġoranza Xiijita u ta' minoranzi oħra bħall-kurdi illi huma Sunniti imma mhux Għarab, it-Turkmeni u l-Assiri. Wara l-ewwel gwerra tal-Iraq, il-Kurdi stabilixxew żona awtonoma fit-Tramuntana protetta mill-forzi tal-arja Amerikani. Wara l-waqgħa ta' Saddam, il-poter għadda f 'idejn ix-Xiijiti għall-ewwel darba fl-istorja qasira tal- Iraq imma l-Kurdi komplew jikkonsolidaw iż-żona tagħhom. Meta l-Amerikani telqu l-Iraq fl-aħħar tal-2011, Al-Qaeda kienet prattikament mirbuħa wara li l-istess tribujiet Sunniti daru kontriha minħabba l-prattika estrema tal-Iżlam. L-Amerikani ddedikaw sforzi kbar u finanzi konsiderevoli sabiex idawru b'suċċess it-tribujiet Sunniti kontra al-Qaeda. Malaki xejjen dawn l-isforzi kollha billi aljena lis-Sunniti u kiser il-wegħdiet li jintegra l-milizji Sunniti fl- armata Iraqqina. Barra minn hekk, l-armata Iraqqina ġdida li fuqha l-Amerikani nefqu €25 spiċċat mifnija b'korruzzjoni u bi promozzjonijiet illi ngħataw mhux fuq il-mertu imma ta' lealtà għal Malaki. Ir-riżultat diżastruż rajnieh din il-ġimgħa. Il-Kurdi kienu pronti jisfruttaw is-sitwazzjoni u daħlu bil-Peshmerga ("Dawk li jaffaċjaw il-mewt") tagħhom f 'Kirkuk, belt ferm sinjura fiż-żejt u li tinsab eżatt biswit iż-żona awtonoma tagħhom. Il-Kurdi ilhom jirrivendikaw din il-belt bħala l-belt kapitali storika tagħhom u l-kollass tal-armata Iraqqina quddiem il-ġellieda tal-I.I.I.L. tathom l-opportunità perfetta sabiex jokkupawha. L-avvenimenti ta' din il-ġimgħa jistgħu jfissru t-tmiem tal-Iraq kif nafuh. Il-Kurdi huma prattikament indipendenti għal kollox ħlief fl-isem u l-provinċji Sunniti qajla ma juru l-ebda ħajra illi jitmmexxew mix-Xiijiti f 'Baghdad. Possibilment, l-Iraq bħala pajjiż jiġi ridott għal Baghdad u l-provinċji Xiijiti tan-Nofsinhar. Jekk l-I.I.I.L. jirnexxielhom iżommu l-kontroll fuq it-territorju li qed jokkupaw fis-Sirja u fl- Iraq li huwa daqs il-Ġurdan u b'popolazzjoni simili ta' 6 miljuni, u xejn mhu eskluż f 'dan l-istadju, id-dinja jkollha taffaċċa theddida terroristika bla preċedent. Mhux ta' b'xejn illi żewġ avversarji storiċi, l-Amerika u l-Iran jistgħu jalleaw ruħhom sabiex jgħelbu din it-theddida. Jidher li l-Iran diġà bagħat tliet diviżjonijiet tiegħu fl-Iraq u l-ġeneral Qasem Sulaimani, il-kmandant tad-diviżjoni al-Quds tal- Gwardji Rivoluzzjonari li qatta' l-aħħar sentejn jippuntilla l-gvern ta' Damasku, issa qiegħed jorganizza d-difiża ta' Baghdad mal-milizji Xiiti. Altru li spiċċat l-istorja. Twitter - @ellisjoseph It-Tmiem tal-Iraq?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014