Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt I l-Malti jgħid, aħjar aħħ milli tmiss mal-għatba tal-qorti. Dan l-għidut ma nibitx għalxejn. Hu fatt magħruf li min irid jieħu r-raġun u jeħtieġ il-ġudikatura biex jieħu dak li ħaqqu jrid ilesti ruħu għal spiża ta' avukati ta' stoa kif ukoll dewmien li jista' jieħu minn xhur sa diversi snin. U għalhekk din il-perċezzjoni tal- poplu dwar il-qorti hi valida. Hija ħasra li matul dawn l-aħħar għoxrin sena, Ministru wieħed wara l-ieħor responsabbli mill-ġustizzja, ħadd minnhom ma kellu l-kapaċità li jirriforma s-sistema ġudizzjarja ta' pajjiżna. Ir-riforma tant bżonjuża biex l-ewwel nett, il-poplu ma jibqax jissaporti inġustizzji fis-skiet tiegħu jew għax m'għandux il-mezzi biex jiġġieled għad-drittijiet tiegħu jew għax jibża' li jispiċċa agħar milli jkun. Għax wara kollox, mhux kull min jidħol il-qorti dejjem jieħu r-raġun. Matul l-aħħar xhur rajna xi tibdil li seħħ fil-qorti ċivili fejn ġiet introdotta sistema li permezz tagħha, wieħed ikun infurmat aħjar dwar il-ġurnata u l-ħin li għandu jidher il-qorti. Sistema li għalkemm jonqosha x-xogħol biex tipperfezzjona, diġà offriet xaqq ta' tama lil dawk li jridu jużawha. Sfortunatament, mhux l-istess jista' jingħad rigward il-Qorti Kriminali. Is-sistema fil-kriminali hi li kulħadd għadu jkun mgħajjat fl-istess ħin u xħin tidħol taf u xħin toħroġ ma tafx. Għalkemm kien hemm it-tibdil fil-qorti ċivili kif għedna, jidher li fil- kriminali hemm reżistenza iebsa għal bidla. Ħadd ma jrid jerfa' subajgħ 'il fuq u jipprova jevalwa sistemi ġodda bl-iskuża li aħjar tipprattika dak li taf, milli tidħol għal xi ħaġa li ma tafx. Għalhekk kulħadd hu favur l-istatus quo, xi ħaġa li hi inaċċettabli wara dawn is-snin kollha fejn ċarament u bil-provi, s-sistema mhijiex taħdem. Ir-rwol tal-pulizija hu li tinvestiga u tressaq lil min allegatament kiser il- liġi. Mhux l-ewwel darba li jitressqu nies il-qorti b'nuqqas ta' provi konkreti bil-ġudikant iħammar wiċċ il-prosekutur dwar dan in-nuqqas. Minn naħa l-oħra wieħed ukoll irid jifhem ix-xogħol tal-pulizija li trid tinvestiga u tiġbor l-evidenza biex tressaq lill-akkużat. Mhux faċli tinvestiga u tiġbor l-evidenza meta l-pulizija jaħlu daqstant ħin prezzjuż il-qorti u jridu wkoll iwieġbu għal kritika li ma jressqux nies biżżejjed u fil-ħin. Il-Pulizija għandhom diversi responsabbiltajiet oħra li jridu jieħdu ħsieb bħala parti minn dmirijiethom. Uħud minn dawn id-dmirijiet jistgħu faċilment isiru minn nies jew entitajiet oħra bħal mhu t-tqassim tal-voti f'xi elezzjoni, xogħlijiet amministrattivi bħal ħruġ ta' liċenzji u kondotti fost affarijiet oħra. Aktar ma jkun iffrankat xogħol tedjanti minn fuq spallejn il-pulizija, aktar se jkun hemm ħin biex l-istess pulizija tiffoka r-riżorsi tagħha fejn hemm bżonn inkluż l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni. Hu wkoll fatt magħruf li teżisti anke ċerta ostilità bejn il-ġudikatura u l-prosekuzzjoni u għalkemm hemm min juri rispett reċiproku fil-konfront ta' xulxin, din il-prattika tvarja skont l-individwu. Fix-xenarju ta' dan kollu, dejjem hemm jiżżeffen fin-nofs l-akkużat li għadu innoċenti sakemm jinstab ħati. L-akkużat li jew jinżamm arrestat sakemm jasal biex jinstema' l-każ tiegħu jew li jingħata l-libertà proviżorja sakemm jasal l-istess mument li jidher quddiem il-ġudikant. Persuna b'att t'akkuża mdendla m'għonqu, kemm jekk maqful ġewwa u kemm jekk barra fuq libertà proviżorja, għalkemm barra dejjem aħjar minn ġewwa, xorta hu persuna li ma jafx x'se jiġri minn xortih meta jasal il-waqt. Il-qtugħ ta' qalb jibqa' mal-individwu sal-mument tal- verdett. Illum nafu wkoll li mhux min hu ħati biss jispiċċa maqful ġewwa. Is- sistema ġudizzjarja mhijiex infallibli u nies innoċenti wkoll spiċċaw il-ħabs kaġun ta' fabbrikazzjoni ta' gideb. Spiċċaw ġewwa anke kaġun ta' prosekuzzjoni li setgħet għarbxet iżjed l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-akkużat. Spiċċaw ġewwa għax aċċettaw il-verdett. Oħrajn iżda, għax jistgħu finanzjarjament, baqgħu jiġġieldu l-innoċenza tagħhom sakemm is-sewwa rebaħ. Din hi s-sistema ġudizzjarja preżentament f'pajjiżna. Sistema fejn kulħadd jaqbel li hemm bżonn bidla minflok kulħadd jibqa' jiġbed għal riħu. Sistema Ġudizzjarja li mhix tiffunzjona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014