Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

26 illum Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum SPORTSillum Kolumbja ................3 Greċja .....................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT ILKOLUMBJA ma tantx tħabtu biex għelbu lill- Greċja bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Pablo Armero, Teo u James. Huma kienu superjuri għall-avversarji tagħhom, ikkontrollaw il- logħba mill-bidu sal-aħħar u qatt ma taw lill-Griegi ċ-ċans li jidħlu fil-logħba. Għalihom spikkaw b'mod speċjali l-eks plejer ta' AC Milan, Mario Yepes, kif ukoll il-plejer James Rodriguez. Il-partitarji Kolumbjani ħolqu atmosfera mill- isbaħ fil-grawnd u offrew spettaklu tul il-logħba kollha. Tajjeb ngħidu li l-Kolumbja kellhom nieqes lill-plejer indispensabbli Falcao minħabba li jinsab imweġġa'. Madankollu huma ma tantx jidhru li ħassew in-nuqqas ta' dan il-plejer hekk kif xorta rnexxielhom isibu x-xibka u joħolqu okkażjonijiet ta' skor. U fil-fatt huma rnexxielhom isibu x-xibka wara biss 6 minuti logħob permezz ta' Pablo Armero li wara li rċieva minn kross tajjeb, huwa ra x-xutt tiegħu jiġi mxellef minn difensur Kolumbjan qabel spiċċa wara l-goalkeeper Grieg Orstis Karnezis li ma seta' jagħmel xejn biex isalva dan il-gowl. Il-Kolumbja kienu l-aħjar tim fil-grawnd u ma damux ma rduppjaw l-iskor lejn l-ewwel minuti tat-tieni taqsima hekk kif fit-58 minuta, Teo rnexxielu jsib ix-xibka wara li rċieva tajjeb minn korner bil-ballun jiġi mxellef għal għandu minn difensur Grieg fejn l-attakkant Kolumbjan ma sab l-ebda diffikultà biex jitfa' l-ballun ġewwa mill- viċin. Fid-90 minuta, James Rodriguez, bla dubju l-aqwa plejer fost il-Kolumbjani għamel l-iskor 3-0 favur il- Kolumbjani meta ra x-xutt tiegħu jintemm fir-rokna tax-xibka biex ftit minuti wara r-referee mill-Istati Uniti, Geiger, saffar it-tisfira finali. Kolumbja - Ospina, Zapata, Yepes, Sanchez, Armero (Arias 74'), Aguilar (Mejia 69'), Teo (Jackson 76'), James, Cuadrado, Ibarbo, Zuniga, Greċja - Karnezis, Manaitis, Manolas, Samaras, Kone (Karagounis 78'), Salpingidis (Fetfadzidis 57'), Torosidis, Gekas (Mitroglou 74'), Sokratis, Cholevas, Katsouranis Referee - Mark W Geiger (USA) JAMES RODRIGUEZ Twieled fit-12 ta' Lulju 1991 fil- Kolumbja Jilgħab ma' AS Monaco fi Franza Huwa kkunsidrat bħala l-aħjar plejer żagħżugħ Kolumbjan fil-mument b'futur mill-isbaħ quddiemu Skorja t-tielet gowl għall-Kolumbja fid-90 minuta Il-Kolumbja jegħlbu lill-Greċja mingħajr tbatija Teolo Gutierrez (X) tal-Kolombja jiċċelebra wara li skorja. Ritratt minn EPA/PETER POWELL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014