Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA 30˚Ċ L-INQAS 21˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira ftit imsaħħab li jsir sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: L-aktar mill-Punent għall-Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir l-aktar min-Nofsinhar għal- Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Ħafif għal moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA 29˚Ċ L-INQAS 21˚Ċ TEMP: Sabiħ li jsir pjuttost imsaħħab filgħaxija VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5, li jdur mix-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6. BAĦAR: Ħafif li jsir moderat għal qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 53 88 27 22 27 17 46 11 Ħidma bla heda għall- anzjanità protetta u attiva FLOKKAŻJONI tal-Jum Internazzjonali kontra l-abbuż fuq l-anzjani, is- Segretarju Parlamentari Justyne Caruana, ħabbret il-proposta dwar kapitlu 9 tal-Kodiċi kriminali li tipproteġi l-persuni li jbatu minn problemi ta' saħħa, fiżika u mentali. F'Palazzo Ferreria lbieraħ filgħodu, Caruana qalet li dan l-abbozz ta' liġi se jkun preżentat għada, it-Tnejn fil- Parlament. Dan l-abbozz jiffoka mhux biss fuq il-ħolqien ta' kuxjenza dwar l-abbuż fuq l-anzjani tagħna iżda d-drittijiet li għandhom l-anzjani nfushom. Is- Segretarju Parlamentari għamlitha ċara li l-ulied huma obbligati bil-liġi li jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom la darba jaqbżu ċertu età. Qalet li s-soluzzjoni m'għandhiex tkun li titfa' lill-ġenituri tiegħek f 'xi dar tal-anzjani u tfarfar mir- responsabbiltà. Caruana saħqet li l-abbuż ma jseħħx biss fid-dar tal- anzjan imma anke fid-djar pubbliċi u privati fejn jirtiraw l-anzjani tagħna. Fil-kelmtejn li qalet fil- bidu tal-konferenza stampa semmiet l-introduzzjoni ta' atti li se jiġu meqjusa bħala reati. Fosthom, l-abbandun tal-anzjani, b'mod speċjali minn familjari tagħhom. Hi qalet li fl-abbozz tal-liġi se jservi ta' introduzzjoni għall-pieni ħorox fuq min jiddiżrispetta lill-anzjani. Dawn il-pieni jiħraxu skont il-każ u hemm tliet livelli ta' pieni. Caruana ddeskriviet lil numru ċkejken ta' anzjani li kien hemm preżenti x'jinvolvu l-abbużi; dawk fiżiċi, psikoloġiċi, finanzjarji u anke emozzjonali. Semmiet l-importanza tal- libertà tal-anzjani fis-soċjetà tagħna fejn qalet li dawn għandhom jitħallew jiltaqgħu ma' wliedhom u mal-familjari tagħhom. Qalet ukoll li huwa dritt tagħhom li jitħallew jitħalltu mal-kumplament tas-soċjetà u mhux jinqaflu ġewwa. L-abbozz jgħid ukoll li anzjani li jiġu misruqa finanzjarjament minħabba prokura mhux se jkollhom għalfejn joqogħdu jiftħu kawża l-qorti u bil-għajnuna tal-Pulizija dawn se jkunu jistgħu jerġgħu jiksbu flushom lura. Caruana semmiet ukoll ir-regolazzjoni ta' prokuri u testmenti u anke l-introduzzjoni tal-Adult Protection Act, li tkopri kull persuna 'l fuq minn 18-il sena, iżda b'mod speċjali lill- anzjani u lill-vulnerabbli. Caruana għalqet id-diskors tagħha billi għamlet appell sabiex niftħu għajnejna għal kull abbuż li jkun qed iseħħ madwarna, "ma nistgħux nagħmlu dan waħedna, iżda rridu l-għajnuna tal- poplu Malti biex jirrapporta kull għajn ħażina li jara madwaru." LAWRENCE Gonzi kien anki għażel lil Alan Camilleri biex jieħu ħsieb il-proċess tal-adozzjoni tal-ewro qabel l-2008. Bħala Direttur Eżekuttiv tal-Kumitat għall- bidla għall-Ewro, Alan Camilleri tħallas mas-€87,500 f 'salarji u perkaċċi, u dan eskluż l-użu b'xejn tal-mobile għal sentejn sħaħ. U fl-istess ħin li kien Direttur Eżekuttiv, għal ħames xhur sħaħ, Camilleri tħallas ukoll bħala konsulent tal-istess Kumitat li tiegħu kien Direttur Eżekuttiv. Bħala konsulent Camilleri tħallas mal-€115 kuljum. Fis-sentejn u erba' xhur li dam imexxi u jagħti konsulenza dwar l-ewro Alan Camilleri tħallas iktar minn €104,650. Immedjatament wara l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008 Camilleri mbagħad inħatar ċermen tal-Malta Enterprise biex ftit xhur wara sar ċermen Eżekuttiv, kariga li baqa' jokkupa sa Mejju tal-2012. L-ispiża li għamlet il-Malta Enterprise fuq Alan Camilleri f 'salarji, safar u ikliet fuq medda ta' erba' snin laħqet kważi l-€400,000. Bħala salarju mill-Malta Enterprise huwa rċieva aktar minn €210,000. Camilleri kien isiefer fuq bażi regolari ħafna tant li f 'erba' snin żar 41 pajjiż differenti, bl-ispejjeż ilaħħqu l-€163,000. U dan meta fl-aħħar ġimgħat sar magħruf li l-Malta Enterprise s-sena li għaddiet biss irnexxilha tattira investiment dirett barrani lejn Malta, tliet darbiet iktar minn kemm kien attirat b'kollox bejn l-2010 u l-2012 fi żmien li kien imexxi Camilleri. Fuq ikliet f 'ristoranti lokali, bħala ċermen tal-Malta Enterprise Alan Camilleri nefaq iktar minn €3,000. Fl-aħħar ġimagħtejn li għamel il-Malta Enterprise huwa nefaq aktar minn €600 f 'ikliet. Fil-Malta Enterprise Alan Camilleri kien igawdi wkoll minn użu b'xejn ta' mobile u linja fissa, internet, karozza uffiċjali, assigurazzjoni internazzjonali fuq is-saħħa u ħlas għal spejjeż oħra li kien ikollu meta jsiefer fuq xogħol. Ħu Alan Camilleri, Ivan, eks ġurnalist tal-PBS magħruf għall-appoġġ qawwi ħafna li jagħti lill-Partit Nazzjonalista, fl-aħħar ġimgħat bħala ġurnalist ta' The Times kiteb sensiela t'artikli biex jattakka lill-gvern Laburista dwar in-nuqqas ta' meritokrazija u dwar il-ħlasijiet li qed jieħdu l-membri parlamentari Laburisti. Alan Camilleri tħallas mas- €87,500 għall-bidla għall-Ewro Tkompli minn paġna 1 Alan Camilleri EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta TRINITY Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Marsa ANICI Pharmacy, Triq Anici, Qormi MARRIT Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà ST. Andrew's Pharmacy, Triq il- Qasam, Ta' L-Ibraġ, Swieqi WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Attard ST. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz-Zakak, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba SONREN Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Tarxien VICTORY Pharmacy, 32, Triq il-Vitor- ja, Isla ST Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra BRITANNIA Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa CHRYSANTHEMUM Pharmacy, Triq San Nikola, Qrendi THE Bypass Pharmacy, Mons. Mikiel Azzopardi Street, Siġġiewi SANTA Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Dingli BATU Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria ST. John's Pharmacy, 85, Triq l-In- dipendenza, Xewkija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014