Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967
14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Fl-aħħar jiem kellna l-każ xokkanti ta' missier li dam sena l-ħabs innoċentament. L-attenzjoni daret fuq l-omm li ġiegħlet lil bintha tigdeb, iżda ma taħsibx li dan kien ukoll falliment tal-ġustizzja fid-dawl li bosta provi ġew injorati? Ma nistax nikkummenta fuq każi individwali anke għaliex il- proċeduri għadhom għaddejjin. Anke l-omm jistħoqqilha fair hearing. Jekk persuna innoċenti marret il-ħabs naqbel miegħek li l-ġustizzja falliet, xi ħaġa ħażina kien hemm żgur. Iż-żmien li dan qatta l-ħabs ma tistax ittihulu lura. Li rrid nsemmi hu li dan il- persuna mar fuq il-maġistrat u allega li hemm persuna lesta tixhed li hu kien innoċenti mill-akkużi. F'jumejn il-maġistrat rat inkjesta ta' tliet volumi u kkonkludiet li persuna tista' tkun il-ħabs intortament. Ir-rikorsi tal-appell instemgħu b'urġenza wkoll u ġie meħlus f 'temp mgħaġġel. Naħseb li l-Qorti uriet bil-fatti li ħadet dan il-każ bis-serjetà. Tibża' li bħal dan il-każ jista' jkun hemm oħrajn bħalu li magħhom ma tkunx saret ġustizzja? Dal-każ juri li hemm rimedji, jekk ġara hekk hemm rimedji li jistgħu jintużaw. Jekk nistgħux ntejbuhom hu kapitlu ieħor, iżda għallinqas urejna li rimedji hemm diġà. Ftit jiem ilu preżentajt it-tieni abbozz li jemenda diversi liġijiet. Jekk ikolli nsaqsik liem hi l-aktar waħda importanti u bżonjuża fl- opinjoni tiegħek? Dan it-tieni abbozz huwa wieħed minn tlieta. L-ewwel abbozz ta' liġi għadda f 'Marzu li għadda u t-tieni wieħed mistenni jgħaddi dan ix-xahar stess. Dan hu proċess ta' progress gradwali li se jara t-tielet abbozz jiġi preżentat fil-futur qrib. Jekk ikolli nagħżel l-aktar emenda importanti mmur f 'waħda minn tal-ewwel abbozz, dik li daħlet Owen Bonnici Għandu 34 sena, miżżewweġ u għandu tifla Iżomm mal-Ingliżi, jaħseb li l-Brażil huma l-favoriti iżda jispera li l-Bożnja jmorru tajjeb fit-Tazza tad-Dinja Jgħid li hemm iktar minn politiku wieħed li jispirah, fosthom Tony Blair Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna ordinarja li qed jagħmel minn kollox biex iwettaq biċċa xogħol tajba ħafna Owen Bonnici, wieħed mill-iżgħar membri tal-kabinett tal-ministri, hu determinat li jdaħħal ir-riformi meħtieġa l-qasam tal-ġustizzja. Bit-tieni abbozz dwar emendi l-liġijiet imħabbar din il-Ġimgħa, il-Ministru għall-Ġustizzja lest jerfa' r-responsabbiltà biex jara li l-bidliet meħtieġa jsiru gradwalment. Bidliet li ħafna mid-drabi qed isibu wkoll il-kunsens u l-approvazzjoni tal- Oppożizzjoni Ritratt: Chris Mangion Nifs ġdid fil-qasam tal-ġustizzja James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt