Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Kummercjali L-istorja b'differenza ma' Fondazzjoni Wirt Artna u BOV L-Air Malta tikseb ċertifikat ewlieni tal-industrija DIN il-ġimgħa fil-Forti Rinella ġie inawgurat il-Hands on Heritage Programme li ser isir bejn Ġunju u Settembru 2014 bil-parteċipazzjoni ta' aktar minn 300 student tal- iskola. Din hija s-17-il sena li matulha l-programm qed ikun organizzat grazzi għall- kollaborazzjoni bejn Bank of Valletta u Fondazzjoni Wirt Artna. Waqt diskors qasir, iċ-Chief Officer Operations ta' Bank of Valletta, is-sur Michael Galea, qal li Bank of Valletta huwa kburi li qed jikkollabora ma' Fondazzjoni Wirt Artna fuq dan il-programm li ser ikun qed jipprovdi l-opportunità unika lill-istudenti tagħna sabiex ikollhom esperjenza reali tal-wirt storiku Malti. "Bank of Valletta huwa s-sieħeb ewlieni ta' Fondazzjoni Wirt Artna permezz ta' kollaborazzjoni li tmur lura numru ta' snin billi jagħti sostenn lil numru ta' avvenimenti u proġetti ta' restawr kull sena" kompla s-Sur Galea. Aktar informazzjoni fuq il- programm tista' tinkiseb mis- sit ta' Fondazzjoni Wirt Artna www.wirtartna.org Bank of Valletta huwa s-sieħeb ewlieni ta' Fondazzjoni Wirt Artna DAN l-aħħar, l-Air Malta ġeddet ir-reġistrazzjoni tal- Verifika tas-Sigurtà Operattiva tal-IATA (IOSA) wara verifika komprensiva mwettqa minn Organizzazzjoni tal-Awditjar barranija approvata mill- IATA. L-IOSA hija sistema ta' evalwazzjoni rikonoxxuta fuq livell internazzjonali, imfassla biex tivvaluta l-ġestjoni operattiva u s-sistemi ta' kontroll tal-linji tal-ajru. Il-verifika tkopri d-dipartimenti operattivi kollha tal-linja tal-ajru jiġifieri: Is- Sistema ta' Organizzazzjoni u Ġestjoni, l-Operazzjonijiet tat- Titjira, il-Kontroll Operattiv u t-Tluq tat-Titjiriet, l-Inġinerija u l-Manutenzjoni tal-Ajruplani, l-Operazzjonijiet tal-Kabina, l-Operazzjoni ta' Tqandil fuq l-Art, l-Operazzjonijiet tal- Merkanzija u tas-Sigurtà. Kull dipartiment huwa vverifikat għall-politiki u l-proċeduri meħtieġa, kif ukoll għall- implimentazzjoni korretta. Mal-preżentazzjoni taċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni, Louis Giordimaina, CEO u Maniġer Kontabbli tal-Air Malta qal: "Din ir-reġistrazzjoni mġedda hija xhieda tal-ħidma u d-dedikazzjoni bla waqfien tal-Air Malta u speċjalment tar-riżorsi umani esperjenzati tagħha." Alfa Romeo MiTo x'tintrebaħ waqt it- Tazza tad-Dinja ma' GO ILKLIJENTI ta' GO issa għandhom kompetizzjoni ġdida, 'Score a MiTo' li ser issir waqt it-Tazza tad-Dinja u tagħlaq fit-13 ta' Lulju. Il-premju l-kbir jikkonsisti f 'karozza Alfa Romeo MiTo ġdida. Barra minn hekk ser jingħataw tmien Samsung 40" LED HD Smart TVs u vawċers tax-xiri ta' €300 minn The Point. Il-kompetizzjoni hi miftuħa għall-klijenti kollha ta' GO li għandhom 18-il sena jew iktar u abbonati mal-Pay Monthly jew Pay As You GO. Biex jipparteċipaw il-klijenti jridu jibgħatu SMS fuq in-numru 50700300 bil-kelma 'MITO'. Il-parteċipanti wara jirċievu żewġ messaġġi. L-ewwel wieħed b'informazzjoni dwar il-kompetizzjoni fosthom il-premijiet u l-ispejjeż ta' kull messaġġ. It-tieni messaġġ ikun fih il-mistoqsija dwar tagħrif ġenerali. Il-parteċipant imbagħad irid jirrispondi l-mistoqsija billi jagħżel waħda minn żewġ tweġibiet billi sempliċiment jibgħat '1' jew '2'. Kull SMS jiswa €1.20. Il-monthly bundles tal-SMS ma jistgħux jintużaw f 'din il- kompetizzjoni. Għal aktar tagħrif dwar il- kompetizzjoni 'Score a MiTo' wieħed jista' jżur is-sit www. go.com.mt. Barra minn hekk, il-klijenti jistgħu jċemplu l-linja tal-customer care ta' GO 146 mingħajr ħlas jew il-Freephone 8007 2121. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, Louis Giordimaina jiġi ppreżentat bir-reġistrazzjoni tal-Verifika tas-Sigurtà Operattiva tal-IATA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014