Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967
4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Housing Authority ƵƐƚŽŵĞƌĂƌĞKĸĐĞ,ŽƵƌƐʹ^ƵŵŵĞƌϮϬϭϰ The Housing Authority would like to inform the Public about the schedule ŽĨƚŚĞƵƐƚŽŵĞƌĂƌĞKĸĐĞƐĚƵƌŝŶŐƚŚĞ^ƵŵŵĞƌƐĞĂƐŽŶ͘ &ƌŽŵϭϲƚŚ:ƵŶĞƚŽϯϬƚŚ^ĞƉƚĞŵďĞƌ͕ϮϬϭϰ͗ dĞůĞƉŚŽŶĞƐ͗DŽŶĚĂLJʹ&ƌŝĚĂLJ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϮ͘ϬϬƉŵ͘ KƉĞŶŝŶŐŚŽƵƌƐ͗DŽŶĚĂLJ͕dƵĞƐĚĂLJ͕dŚƵƌƐĚĂLJ͕&ƌŝĚĂLJ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϭ͘ϯϬĂŵ͘ ^^ĞŶƚĞƌƐ YĂǁƌĂ͗dŚƵƌƐĚĂLJƐ;ǁĞĞŬůLJͿ͗ϴ͗ϬϬĂŵͲϭϮ͗ϬϬƉŵ͘ DƐŝĚĂ͗&ƌŝĚĂLJƐ;ĨŽƌƚŶŝŐŚƚůLJͿ͗ϴ͗ϬϬĂŵͲϭϮ͗ϬϬƉŵ͘ Awtorita` tad-Djar hĸĔũƵƚĂůͲƵƐƚŽŵĞƌĂƌĞʹ.ŝŶŝũŝĞƚƚĂƐͲ^ĂũĨϮϬϭϰ >ͲǁƚŽƌŝƚĂǭƚĂĚͲũĂƌƟdžƟĞƋƚĂǀǏĂůŝůůͲWƵďďůŝŬƵĚǁĂƌůͲŝƐŬĞĚĂƚĂƐͲ^ĂũĨƚĂůͲƵĸĔŝŶŝ ƚĂůͲCustomer Care. DŝƐͲϭϲƚĂ͛*ƵŶũƵƐĂƚͲϯϬƚĂ͛^ĞƩĞŵďƌƵ͕ϮϬϭϰ͗ dĞůĞĨŽŶĂƟ͗dŶĞũŶʹ*ŝŵŐŜĂ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϮ͘ϬϬƉŵ͘ &ƚƵŜŐŜĂůůͲƉƵďďůŝŬƵ͗dŶĞũŶ͕důŝĞƚĂ͕.ĂŵŝƐ͕*ŝŵŐŜĂ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϭ͘ϯϬĂŵ͘ ĞŶƚƌŝ^^ YĂǁƌĂ͗.ĂŵŝƐ;ŬƵůůœŝŵŐŜĂͿ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϮ͘ϬϬƉŵ DƐŝĚĂ͗*ŝŵŐŜĂ;ŬƵůůœŝŵŐŜĂƚĞũŶͿ͗ϴ͘ϬϬĂŵʹϭϮ͘ϬϬƉŵ Se jitneħħa l-impjant tal-gass tal-Qajjenza Tieqaf l-eskavazzjoni fis-sajf IDDEPUTAT Laburista l-Onorevoli Silvio Parnis, li huwa wkoll iċ-ċermen tal-Kunsill Konsultattiv għan-naħa t'isfel ta' Malta, laqa' b'sodisfazzjon id- deċiżjoni tal-MEPA, li approvat il-permess biex jitneħħa l-impjant tal-gass tal-Qajjenza. "B'din id-deċiżjoni se tkun qed titneħħa pjaga li ilha għal snin twal tkun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-Qajjenza u l-inħawi" saħaq Silvio Parnis. Silvio Parnis qal li din l-aħbar għandha timla lir- residenti fin-naħa t'isfel ta' Malta bil-kuraġġ, hekk kif fl-aħħar qed jaraw li qed jittieħdu dawk id-deċizjonijiet li kienu ilhom jiġu posposti s-snin. Din ma kinitx l-unika aħbar pożittiva li tħabbret din il-ġimgħa favur ir-residenti u l-ambjent fin-naħa t'isfel ta' Malta. Dan wara li fil- Parlament din il-ġimgħa kien ikkonfermat li l-impjant tal- enerġija fil-Marsa se jingħalaq kompletament s-sena d-dieħla flimkien mal-ewwel fażi f 'Delimara. Silvio Parnis qal li d-diskussjonijiet mal- entitajiet, awtoritajiet u ministeri kkonċernati għandhom jissuktaw fi żmien li ġej bil-għan ikun li jiġi assigurat li dawn iż-żoni jkunu riġenerati bl-aħjar mod possibbli. Dan sabiex issir ġustizzja mar-residenti li ilhom is-snin isofru l-inkonvenjent, waqt li jkun sfrutatt bl-aħjar mod possibbli l-potenzjal ekonomiku fl- inħawi. ISSEGRETARJU Parlamentari, l-Avukat Michael Falzon ħabbar li mill-15 ta' Ġunju 2014 se jingħata bidu għall- inizzjattiva 'Break Time'. Din l-inizjattiva ssir kull sena, u se tikkonsisti f 'waqfien mix-xogħol ta' twaqqiegħ jew eskavazzjoni f 'diversi żoni f 'Malta, li huma kklasifikati bħala żoni turistiċi. Falzon qal illi l-għan ta' din l-inizjattiva huwa sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv li joħolqu s-siti tal-kostruzzjoni, kemm fuq l-industrija tat- turiżmu, kif ukoll għal dawk il-ħafna Maltin u Għawdxin li waqt ix-xhur tas-sajf imorru l-post tal-vileġġatura tagħhom biex igawdu l-vaganzi. Huwa kompla billi qal li l-industrija tat-turiżmu hija waħda mill- pilastri tal-ekonomija Maltija, u x-xhur tas-sajf jaraw żieda drastika fl-ammont ta' turisti li jaslu f 'pajjiżna għal btala. Il-prodott li noffru lit-turist meta jżur pajjiżna jrid ikun pakkett sħiħ, marbut mhux biss mal-lukanda fejn qiegħed joqgħod, jew is-servizz offrut fir-ristoranti, iżda wkoll irid jinkludi fih esperjenza sħiħa pożittiva li t-turist għandu jgħaddi minnha tul iż-żjara kollha. Is-Segretarju Parlamentari kkonkluda billi qal, li waqt li napprezzaw li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija ta' pajjiżna, nifhmu wkoll li s-siti fejn tkun qiegħda ssir il-kostruzzjoni, min-natura tagħhom, joħolqu numru ta' inkonvenjenzi fuq ir-residenti, stabbilimenti u nies oħrajn li jiffrekwentaw dawn iż-żoni turistiċi. Id-dinja tieqaf u tħares lejn il-Brażil JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt QAS il-politika lokali – suġġett popolari mal-Maltin is-sena kollha – ma kienet kapaċi li tibqa' fuq fomm kulħadd din il-ġimgħa. Il-partiti politiċi, li sa tliet ġimgħat ilu kienu għaddejjin b'kampanjar kontinwu biex jeleġġu l-MEPs il-ġodda, donnhom tilfu 's-seħer' li kellhom. Xejn u ħadd ma jegħleb il-popolarità tat- Tazza tad-Dinja. Wara xhur ta' stennija d-dinja kollha waqfet u tefgħet ħarsitha lejn il- Brażil. Peress li mhux biżżejjed li dan il-pajjiż hu l-aktar wieħed iffissat fuq il-logħba tal-futbol, il-Brażil intgħażel biex jospita din il- kompetizzjoni. Għażla li mal-ewwel ħarsa ntlaqgħet tajjeb - mhux bi kritika qawwija kif jista' jingħad għad-deċiżjoni li l-Qatar se jospita dik tal- 2022 (fost xamma kbira ta' korruzzjoni biex rebħet dan id-dritt). Iżda kif beda għaddej iż-żmien il-Brażiljani ma baqgħux bl-istess ewforiżmu u ħafna bdew jibdew isaqsu jekk kinitx deċiżjoni għaqlija li pajjiż mimli inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi jonfoq biljuni ta' ewro fuq il-futbol. Il-Ħamis filgħodu; jekk id- dinja kienet qed tistenna bi ħġarha l-ftuħ taċ-ċerimonja u l-bidu tal-logħob, it-tensjoni fil-Brażil kienet qed tiżdied. Dan eskala għal protesti, ftit sigħat biss qabel il-ftuħ. Fid-dawl ta' din it-tensjoni, il-President tal-Brażil Dilma Rousseff m'għamlitx diskorsi waqt il-ftuħ taċ-ċerimonji, biex tevita bbuwjar u reazzjoni negattiva minn dawk preżenti. Żgur li qatt mhu faċli għal politikant li jitlef okkażjoni bħal din, speċjalment għal Rousseff li f 'Ottubru li ġej għandha l-elezzjoni presidenzjali. F'Malta t-Tazza tad-Dinja tfisser biss ċelebrazzjoni. Kulħadd kuntent li jista' jara kull logħba b'mod dirett fil- kumdità ta' daru grazzi għall- PBS, b'kuntrast mal-passat fejn wieħed kien jiddependi fuq l-istazzjonijiet Taljani jew xi operatur privat lokali. U dawk l-uħud li kien itihom f 'għajnhom il- kummentaturi Maltin (li wħud minnhom qatt ma kienu jagħtu servizz professjonali, b'oħrajn li jinżlulek għasel) il-PBS preżentalhom il-logħob b'kummentarju Ingliż. Xi jridu aktar il-Maltin? Iridu postijiet fejn jistgħu jiċċelebraw u jaraw mal- ħbieb dawn il-logħob ferm mistennija. U għal wieħed għandna tnejn, tlieta, erbgħa. Il-villaġġ 'uffiċjali' tat- Tazza tad-Dinja qiegħed stabbilit ħdejn l-Akwarju Nazzjonali tal-Qawra. Għal min jara din id-destinazzjoni bħala problema ta' parkeġġ u distanza, għandu għażliet oħra x'jagħżel. Eżempju għandek il- villaġġ li ntrama fil-Marsa Shipbuilding, organizzat mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali. Minn mindu Malta bdiet tiċċelebra l-futbol bħala festa nazzjonali hi kwistjoni oħra, li forsi jista' jirrispondi Lou Bondi biss. Għan-naħa t'isfel ta' Malta ntrama villaġġ ieħor f 'Ħaż- Żabbar fit-terminus il- qadim, bis-sehem ta' bosta personalitajiet u divertiment. Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb ukoll se jkollhom żieda fil-profitti minħabba dan l-istaġun tal-futbol. Il-logħba ta' dan il-lejl, bejn l-Italja u l-Ingilterra, żgur se tkun l-aktar waħda li toħroġ lil Maltin minn djarhom. Iżda ċert li s-sidien ta' dawn in-negozji xtaqu li l-aktar żewġ pajjiżi li jsegwu l-Maltin ma ġewx fl-istess grupp u li jiltaqgħu aktar tard fil-kompetizzjoni. Quddiem il-qawwa tal- Urugwaj, wieħed bejn l-Italja u l-Ingilterra mhux mistenni li jgħaddi għar- rawnd li jmiss. Mhux sigriet li sakemm l-Ingilterra ma jirnexxiliex tegħleb l-Italja dan il-lejl, l-Ingliżi huma aktar pessimisti mit-Taljani dwar il-possibbiltà li jibqgħu l-Brażil għal żmien twil. Timijiet oħra li numru ta' Maltin jissimpatizzaw magħhom, bħal Ġermanja u Spanja, ukoll għandhom ċans li jferrħu lil min isegwihom lokalment… Anke jekk Spanja spiċċaw imbiċċra kontra l-Olanda l-Ġimgħa filgħaxija. Il-Brażil jista' jkollhom il-vantaġġ li qed jilagħbu f 'arthom, iżda kif rajna mil-logħba tal-ftuħ kontra l-Kroazja hemm bżonn ta' ħafna aktar minn hekk jekk iridu jaqtgħu l-ħolma tagħhom li jgħollu t-tazza f 'pajjiżhom. Imma l-futbol dejjem ta sorpriżi u xejn ma jista' jiġi eskluż f 'dan l-istadju. Nistennew u naraw! "Se tkun qed titneħħa pjaga għar-residenti tal-Qajjenza" Michael Falzon