Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 SPORTSillum Il-MWA torganizza b'suċċess il-Kampjona t Open ta' Malta FTIT tal-jiem ilu l-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA) organizzat b'suċċess il-Kampjonat Open ta' Malta fejn din is-sena kien ukoll inkluż it- tim nazzjonali Skoċċiż. L-ewwel kompetizzjoni tal-ġurnata kienet is- sezzjoni Kadetti subien fejn ir-rebbieħ tal-kategorija kien Rylee Borg segwit minn Shardon Cassar. Fis-Sezzjoni femminili Alexia Guiga kisbet l-ewwel post segwita minn Amy Victoria Zammit. Ta' min jgħid li l-atleti ta' dawn il-kategoriji minbarra l-piż li jerfgħu jkunu wkoll assessjati fuq kemm tkun tajba t-teknika u fuq kemm jirnexxielhom jagħmlu refgħat minn total ta' sitta. Fis-sezzjoni tal-ġuvintur ta' inqas minn ħmistax u ta' inqas minn sbatax-il sena kien hemm parteċipazzjoni qawwija minn bosta atleti fejn fil-klassifikazzjoni finali ir-rebbieħ tal-kategorija b'dominanza qawwija kien Kieran Mifsud li kiseb 248 punt segwit minn Owen Bugeja b'200.59, Malcolm Camilleri b'200.46 u Kirstin Coleiro b'167 punt. F`din il-kategorija pparteċipaw anke ħafna atleti ġodda. Dan jawgura tajjeb għall-futur tal-weightlifting. Kieran Mifsud ta' 14-il sena rnexxielu jirbaħ ukoll is-sezzjoni tal-Juniors. Dan l-atleta huwa stilla ġdida fl-iSport tal-weightlifting Malti fejn refa' t-total ta' 214-il kilo, biex b'hekk kiser 7 rekords nazzjonali fil-kategorija tal-94 kilo għal dawk ta' anqas minn sbatax-il sena u 3 rekords oħra nazzjonali fis-sezzjoni tal-Juniors għal dawk ta' anqas minn għoxrin sena. Fis-sezzjoni tal-Juniors ipparteċipaw ukoll għall- ewwel darba atleti studenti tal-iskola tal-MCAST ta' Raħal Ġdid immexxija mill-kowċ Matthew Muscat Nicole Gatt -azzjoni GĦALLEWWEL darba, il-Kunsill Malti għall-iSport tella' spettaklu bl-isem ta' 'Colours' - festa ta' żfin u kuluri. Dan serva ta' għan doppju għaliex kienu ppremjata kemm l-istudenti li attendew u għamlu ħilithom f 'dawn is- sessjonijiet u anke l-ġenituri tagħhom li b'tant sagrifiċċju wasslu lil uliedhom għal dawn il-lezzjonijiet. Din tassew kienet vetrina fejn l-istudenti urew l-progress tat-talent tagħhom quddiem udjenza numeruża li mliet is-sala fi tliet darbiet li sar l-ispettaklu. Id-dixxiplina taż-żfin ilha tikber fil-popolarità matul dawn l-aħħar snin. KMS Skola Sport toffri lezzjonijiet taż-żfin ta' ġeneri differenti li huma popolari ferm, dan kien possibbli għaliex il- Kunsill Malti għall-isport dejjem stinka biex joffri programmi mill-aktar professjonali taħt tmexxija ta' għalliema kkwalifikati u ddedikati fuq xogħolhom. Permezz ta' dan intlaħaq livell għoli ħafna u kien għalhekk li l-Kunsill Malti għall-Isport ħaseb biex għall- ewwel darba ssir ix-xow Colours, inizjattiva li ntlaqat b'ferħ kbir għaliex propju kienet vetrina ta' parti mix- xogħol li jsir mill-Kunsill Malti għall-Isport. Il-Kunsill Malti għall- iSport qiegħed jgħin biex jitressaq l-isport lejn il- poplu permezz ta' Skola Sport li huwa programm sportiv tul ix-xhur tax- xitwa, u programmi oħra, li joffru diversi sport lil tfal, żgħażagħ u adulti. Permezz ta' dawn il-programmi u inizjattivi bħal 'Colours', il-Kunsill Malti għall-iSport qiegħed dejjem jilħaq il-miri tiegħu biex iħajjar aktar nies ikunu attivi. Il-direttriċi artistika ta' dan l-ispettaklu kienet Roxanne Gauci flimkien ma' Alison Bugeja, Stacy Giordmaina u Jean Claude Dimech. L-erbgħa li huma, huma kowċis mal-KMS kif ukoll żeffiena professjonali. Colours 2014 ittella' bil- kollaborazzjoni ta' Kellogg's, Spinach Fitness, Emmaya, Elizir, Nigel Fleri Soler Photography, Summer on the Move 2014, Kristal, Go Ahead, Janice Make-Up and Nails, Harlequin Summer Academy u Consolidated Biscuits. LAPPLIKAZZJONIJIET għall-Summer on the Move: programm sportiv għas- sajf organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport qabżu 'l fuq minn 2,000. Din hija l-11-il edizzjoni ta' dan il-programm li fih jistgħu jipparteċipaw tfal, żgħażagħ u adulti minn 4 snin 'il fuq. Għal dan il-programm se jkunu utilizzati 250 kowċ speċjalizzat li se jieħdu ħsieb li jagħtu l-attenzjoni meħtieġa lil kull parteċipant. Xena mill-ispettaklu ta' żn Colours Festa ta' żfin u kuluri Tfal attivi anki s-sajf grazzi għall-programm Summer on the Move organizzat mill-Kunsill Malti għall-iSport 2,000 applikazzjoni għal Summ er on the Move

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014