Illum previous editions

illum 15 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/329967

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ġunju 2014 Servizz ta' salvataġġ f 'Kemmuna LGĦAQDA voluntarja tal-Emergency Response and Rescue Corps, bdiet s-servizz ta' salvataġġ fil-bajja tal-Blue Lagoon, f 'Kemmuna. Preżenti wkoll viċin il-Blue Lagoon ikun hemm ukoll l-ambulanza tal-baħar Lifesaver 1. Lifesaver 1 tintuża sabiex titrasporta pazjenti li jkollhom bżonn aktar kura lejn l-eqreb portijiet, dak tal-Imġarr f 'Għawdex u ċ-Ċirkewwa ġewwa Malta. L-ewwel ġurnata kienet impenjattiva għal- lifeguards tal-ERRC. Huma assistew numru ta' għawwiema li ċedew waqt li kienu qed jaqsmu fil- baħar bejn Kemmuna u Kominotto. Is-servizz tal-lifeguarding fil-Bajja tal-Blue Lagoon huwa possibbli permezz ta' appoġġ finanzjarju mill-Awtorità tat-Turiżmu Maltija. Appoġġ qed jingħata wkoll mill- Ministeru għal Għawdex, Mġarr Marina, Transport Malta, il-Pulizija, Forzi Armati ta' Malta, Pulizija u d-Dipartiment tal- Protezzjoni Ċivili. L-ambulanzi tal-baħar Lifesaver 1 Nirien fl-Amputee Rehab Unit fl-Isptar San Luqa Tnedija tal-istrateġija tal-litteriżmu nazzjonali Ftehim fuq il- kura tad-dwiefer KMIENI lbieraħ filgħodu ġew irrappurtati nirien fl-Amputee Rehab Unit fl- Isptar San Luqa. Immedjatament ġew imsejħa l-pulizija u l-membri tal-protezzjoni ċivili li ħadu l-passi neċessarji biex jikkontrollaw in-nirien. Investigazzjonijiet preliminari wrew li n-nirien ġew ikkawżati b'mod aċċidentali. F'dan l-inċident ma weġġa' ħadd. L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħadu l-passi neċessarji sabiex jinsab post alternattiv minn fejn se jingħataw is-servizzi relatati ma' din il-unit. Il-pazjenti li jieħdu dan is-servizz se jiġu infurmati bl- arranġamenti l-ġodda VARATA l-Istrateġija Nazzjonali tal- Litteriżu għal Kulħadd mill-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo. Fit- tnedija Bartolo, saħaq fuq l-importanza li wieħed ikollu l-kompetenzi u l-ħiliet biex jgħix ħajja mimlija. Hu qal li l-istrateġija tippromwovi l-kunċett tal-bilingwiżmu u tisħaq fuq iżjed ħin għal qari fil-klassijiet. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd titkellem kemm fuq l-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll fuq l-edukazzjoni fil-firxa wiesgħa tagħha. Fiha hemm miżuri għall-Ewwel Snin, is-Snin Bikrin, il- Primarja, is-Sekondarja, iż-Żgħażagħ, l-Adulti, il-persuni li jkollhom Diżabiltajiet u Diffikultajiet biex jitgħallmu, l-individwi minn Pajjiżi Terzi u l-Litteriżmu Diġitali. B'mod partikolari l-Istrateġija tiffoka fuq l-Ewwel Snin u s-Snin Bikrin, u s-sehem kbir li għandhom il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsieb it-tfal fl-iżvilupp tal-litteriżmu. Kopja tad-dokument jista' jitniżżel mis-sit www. education.gov.mt/literacy Il-Ministru Evarist Bartolo Waħda mis-swali maħruqa ILUĦM u l-Assoċjazzjoni tal-Pedjatri Maltin qalu li se jkomplu jagħtu dan is- servizz sakemm l-apparat li jintuża għal kura tad- dwiefer ma jġorr l-ebda riskju ta' infezzjoni jew kontaminazzjoni. Din l-istqarrija ħarġet wara li l-Ġimgħa filgħodu kien imħabbar li l-Pedjatri kienu se jwaqqfu s-servizz tal-kura tad-dwiefer tas-saqajn fil- kliniċi tal-gvern. Id-deċiżjoni biex jitkompla s-servizz ittieħdet wara li l-Ministeru tas-Saħħa bidel il-pożizzjoni tiegħu biex issa l-apparat kollu li jintuża għal dan is-servizz se jkun sterilizzat u ppakkjat individwalment, qalet il-UĦM fi stqarrija. Il-UĦM żiedet tgħid li s-sitwazzjoni preżenti hija biss temporanja u għalhekk talbet għal laqgħa urġenti biex tiġi diskussa soluzzjoni permanenti għal titjib fil- prattiċi tas-saħħa, għall-ġid tal-pazjenti u ta' min jagħti s-servizz. Se jkomplu jagħtu dan is-servizz sakemm l-apparat li jintuża għal kura tad- dwiefer ma jġorr l-ebda riskju ta' infezzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 June 2014