Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 39

16 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 Fl-aħħar laqgħa annwali tal- MŻPN, Simon Busuttil stieden liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fil-Partit Nazzjonalista u biex jagħmlu d-Dar Ċentrali darhom. Kif qed tmexxi 'l quddiem din ix-xewqa tal-Kap? B'diversi modi. Qegħdin niltaqgħu ma' firxa differenti ta' żgħażagħ u qed inħarsu lejn kull min jista' jagħti sehmu u għalhekk qed inħarsu oltre mill-Università u postijiet akkademiċi. Qed niltaqgħu ma' żgħażagħ li jaħdmu f 'fabbriki inkluż oħrajn li forsi ma tantx komplew skola imma qed jaħdmu f 'xi negozju tal-familja. Qed niftħu l-format tal-MŻPN fejn mhux se jkun hemm biss dawk fl-eżekuttiv imma magħna jkun hemm ħafna oħrajn li jixtiequ jkunu parti minn dan il-moviment. L-idea tagħna hi li jkun hemm ferm aktar żgħażagħ li jagħtu sehem u jikkontribwixxu fid-diversi organi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista inkluż f 'kumitati sezzjonali fejn jien qed ninsisti li terz ta' dawn il-kumitati jkunu żgħażagħ. Hemm ukoll il-kumitati distrettwali u allura iva qed nimxu max- xewqa tal-Kap Simon Busuttil li nressqu ferm aktar żgħażagħ lejn il-partit. Matul il-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, smajna lil Simon Busuttil juża frażijiet bħal: it is not very cool to be Labour u wake up and smell the coffee. Ir- riżultat wera li fil-verità, il-Partit Nazzjonalista għandu bżonn iqum u jxomm il-kafè forsi jistejqer . . . Nemmen li filwaqt li l-partit għandu jkompli bil-ħidma tiegħu, fejn matul din l-aħħar sena ħriġna u ltqajna ma' diversi nies biex smajniehom u kellimniehom, issa rridu naraw wkoll kif se nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Tinkwetani ħafna li kien hemm ammont sostanzjali ta' nies li ma ħarux jivvutaw u allura hemm bżonn li nistaqsu għaliex dawn ma ħassewx din il-ħtieġa. Aħna bħala partit żgur li rridu nagħmlu ferm iżjed biex dik il-persuna li ma ħarġitx tivvota nikkonvinċuha li hu fl-interess tagħha li tivvota u tivvota għal partit Nazzjonalista. Imma kif diġà għidt inti stess, il- partit ilu iktar minn sena jitkellem u jiltaqa' man-nies, taħseb li l-Partit Nazzjonalista se jirnexxilu jerġa' jqum fuq saqajh? Jien nemmen li se jirnexxilu. Jekk nitilqu mill-punt tal-elezzjoni ġenerali, fejn immedjatament wara r-riżultat beda l-proċess ta' tranżizzjoni biex Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Matthew Aguis Età - 25 sena Studja - L-istudji Ewropej bl-Unuri, jinsab fl-aħħar sena tal-Masters fil- Public Policy Ktieb favorit - Animal Farm ta' George Orwell Karattru - Pożittiv u determinat imma jżomm saqajh mal-art Ħin liberu - Jirrilassa mal-familja, jilgħab squash, isajjar u supporter tal-Juventus Matthew Agius mhux ġej minn xi familja tradizzjonalment segwaċi l-politika imma minn meta kien il-Junior College u l-Università dejjem interessa ruħu u involva lilu nnifsu f'dak kollu li kellu x'jaqsam maż-żgħażagħ għax jemmen li l-ħajja ok wieħed igerger jista' jagħti sehmu. Iħares lejn Eddie Fenech Adami bħala l-idolu politiku tiegħu għax irnexxielu jagħmel diversi tibdiliet mhux biss mil-lat politiku imma anke soċjali kif ukoll għal viżjoni tiegħu dwar il- politika Ewropea u d-dħul ta' Malta bħala membru sħiħ -Unjoni Ewropea. Ritratt: Ray Attard Nilħqu ż-żgħażagħ billi niftħu 'każin' fuq Facebook

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014