Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854
14 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 Inizjattiva fl-isport fis-sajf għat-tfal Għawdxin ILGOZO Sports Board ta' Għawdex niehda l-ewwel attività tiegħu f 'Għawdex għas-sajf li ġej. Iċ-ċermen tal-Isports Board Ġorġ Fenech flimkien mal- Kap Eżekuttiv tal-istess bord, Alvin Grech ħabbru inizjattiva fejn it-tfal Għawdxin jesperjenzaw kull dixxiplina sportiva, jattendu għal seminars u anke teorija sportiva għal tlett ijiem fil-ġimgħa għal sitt ġimgħat sħaħ. Din l-inizjattiva qed tissejjaħ Sports 4 You u t-tfal kollha bejn il-5 u t-12-il sena li jistgħu japplikaw għaliha. B'hekk b'idea ferm oriġinali dawn it-tfal ikunu jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' 10 dixxiplini sportivi differenti u dawn għandhom jgħinuhom biex ikomplu jitħarrġu fl-aktar sport li jkun laqathom. Skont iċ- ċermen Fenech qal li hawn tfal li ma jkunux tajbin f 'dixxiplina u jeċċellaw f 'dixxiplina oħra u b'hekk flok jaqtgħu qalbhom milli jipprattikaw xi tip ta' sport ikollhom l-għażla. Id-dixxiplini li se jiġu mħarrġa huma: futbol, rugby, atletika, softball, ġinnastika, żfin, arti marzjali, waterpolo, volleyball, basketball u Olimpjadi Speċjali. Il-faċilitajiet li se jintużaw se jkunu l-Grawnd u t-trakka tal-Atletika tal- Iskola Sekondarja tar-Rabat, il-Gozo Sports Complex, il- Gozo Stadium u Ta' Kerċem Stadium. L-attivitajiet se jsiru barra sal-10.15am u wara nofs siegħa break jitkomplew fuq ġewwa biex it-tfal jiġu protetti mix- xemx. Għat-tfal se jkun hemm Għawdex: Int djamant John Busuttil jbusuttil@mediatoday.com.mt Żieda ta' kważi 11% fit-turisti li qagħdu Għawdex ILGOZO Tourist Association (GTA) jinsabu kuntenti ferm bir-riżultati li ħarġu mill-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Istatistika li ħarġu għall-ewwel tliet xhur tas-sena bejn Jannar u Marzu. L-istatistika turi żieda ta' 1,423 ta' turisti li qagħdu f 'lukandi nkella guest houses. Dan juri żieda ta' 10.7% mill-istess perjodu tas-sena ta' qabel, li jissarrfu f 'figuri ta' 39,116 aktar iljieli fil-lukandi aktar fuq il-perjodu bejn Jannar u Marzu tas-sena ta' qabel. Il-GTA innutat ukoll b'sodisfazzjon li anke t-turiżmu lokali żdied fejn Maltin li żaru Għawdex u qagħdu f 'lukandi u guest houses fl-ewwel tliet xhur tas-sena żdied bi 8.1% u dan irrifletta wkoll f 'żieda fin-numru ta' ljieli li dawn qagħdu f 'lukandi u guest houses. Ryan Mercieca, l-ewwel president tal- Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ ILPRESIDENT tal-GUG Ryan Mercieca ġie maħtur bħala l-ewwel president tal-Kunsill Reġjonali taż- żgħażagħ f 'Għawdex. Dan il- kunsill inħatar xi ġimgħat ilu mill-Ministeru ta' Għawdex u fl-ewwel laqgħa ġenerali fejn anke ġie approvat l-istatut, Ryan Mercieca inħatar bħala president. L-għan ta' dan il-kunsill hu biex iressaq proposti għal Għawdex u biex jagħti saħħa liż-żgħażagħ Għawdxin li jemmnu li Għawdex jista' joffri opportunitajiet u futur. Il-kumitat diġà beda l-proċess biex ikun aktar inklussiv u se jestendi Il-Gozo Sports Board George Cini, Joe Bajada, George Fenech, Alvin Grech u John Busuttil Il-bajja pittoreska tal-Ħondoq Il-membri tal-ewwel Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ