Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 39

22 illum | Il-Ħadd 22 ta' Ġunju 2014 BERLUSCONI għandu l-aspett komiku dwar ħajtu. Hu wkoll buffu erotiku li akkwista t-titlu ta' Signor Bunga Bunga, bis-saħħa tal-festi sesswali li kien jorganizza għal tfajliet inqas minn nofsu fl-età. Iżda hemm naħa oħra ħafna aktar skabruża, kriminali, dwar ir-raġel li, b'għajb għall-Italja, okkupa l-pożizzjoni ta' Prim Ministru tliet darbiet. Min dak li ħareġ mill-Qorti Taljana dan l-aħħar, Silvio Berlusconi, komikament ukoll mgħammed bħala "kavallier", ilu jagħmel negozju mal-mafja għal dawn l-aħħar żewġ deċenji. Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni f 'Ruma ddeċidiet li l-eks Prim Ministru Taljan ħadem mal-mafja Sqallija, il-Cosa Nostra, permezz tal-"aġent" tiegħu Marcello dell'Utri, eks senatur li l-Qorti kkundannat għal seba' snin ħabs għall-assoċjazzjoni mafjuża. Berlusconi dejjem baqa' jiċħad l-għajdut li kellu rabtiet mal-mafja, imma ftit huma dawk il-konnazzjonali li għadhom jemmnu li "il- kavallier" ma kellux sorsi enormi "opaki" li għenuh jibda l-imperi tiegħu tal- kostruzzjoni u tal-mezzi tax-xandir. Kontinwament, Berlusconi baqa' jattakka lil dik li hu jikkunsidra Qorti preġudikata, influwenzata kontrih minn inħawi politiċi tax-xellug. Iżda fil-fatt, mal-40 persuna li xi darba jew oħra kellhom irbit mal- mafja, affermaw li Berlusconi kien jgħaddi mat-€300,000 fis-sena fis-senduq tal-Cosa Nostra. Il-kummiedja ta' Berlusoni fl-aħħar spiċċat tirredikola l-istess nazzjon meta Silvio Berlusconi kien "skolpat" billi ngħata kastig simboliku, jagħmel xogħol komunitarju f 'dar tal-anzjani. Issa, b'wiċċu maskra bl-interventi plastiċi bla għadd li għamel u troffa xagħar sewda tuta trapjantanta biex jipprova jivvinta żgħożitu mill-ġdid, bħal meta kien ikanta għat- turisti, Signor Bunga Bunga spiċċa jippassiġġa b'pazjenti dgħajfa fis-siġġijiet tar-roti u jitma' lill-pazjenti tad- dimensja. Ngħiduha kif inhi: mhux tmiem diżonorabbli għal multi-miljunarju sostenut mill-mafja. IL-KIRURĠIJA PLASTIKA TAL-VULVA Ħalli ngħaddu għal kirurġija plastika differenti minn tal-Kavallier Berlusconi. Minn żmien għal ieħor tinħoloq kontroversja dwar kif in-nisa qed ikunu vitimizzati minn mezzi tax-xandir aggressivi li kontinwament qed jassedjawhom dwar kif għandha tkun id-dehra tagħhom: kemm għandhom ikunu rqaq jew ħoxnin, xi proporzjon għandu jkollu sidirhom, xi prodotti għandhom jużaw biex jimlew jew iġebbdu t-tikmix u l-bqija. Imma jrid jingħad li bosta u bosta nisa jissuġġettaw lilhom infishom għal dan it-tip ta' manipulazzjoni. Jintelqu f 'idejn min irid jisfrutta t-tendenzi tagħhom għall-vanità. L-aħħar fissazzjoni li qed tinħoloq domanda għaliha hi biex in-nisa jkollhom il- "perfezzjoni" tal-"artisti" tal- pornografija. Il-fenomenu beda fil-Kanada, fejn in- nisa jridu kirurġija plastika fil-ġenitalja tagħhom. Fi kliem ieħor iridu vaġina "perfetta", bil-ħsieb (żbaljat) li dan se jwassal għal aktar stima tagħhom infushom u aktar sodisfazzjon sesswali. Ir-riċerka fuq il-Google u magni tat-tfittxija oħra dwar metodi għall- modifikazzjoni tal-organu sesswali femminili żdiedet bil-qawwi kif jaffermaw organizzazzjonijiet tal- obstetrija u ginekoloġija. Dan ix-xahar stess, intant, f 'Niagara Falls, se ssir konferenza internazzjonali dwar il-kirurġija kosmetika vaġinali, teknikament magħrufa bħala labjaplastija u l-G-Spot Augmentation. Iżda l-ironija hi li effettivament ma teżistix ġenitalja perfetta u normali femminili, l-istess bħalma ma jeżistux ġenitali uniformi tar-raġel. It-tiftixa għall- perfezzjoni tal-ġenitali hi biss illużjoni kif turi l-ġurnalista medika Dr Catherine Blackledge fil- ktieb akklamat tagħha, The Story of V, studju dwar l-istorja, il-misteri u l-varjetà tal-forma vaġinali. Fil-ktieb tagħha Blackledge tinkludi serje ta' ritratti primo pjan ta' kemm tista' tieħu forom differenti l-vulva. Imma l-mezzi tax- xandir pubbliċitarji jridu jikkontrollaw anke l-mudell tal-parti intima tal-mara. U mara taċċetta kull riċetta li joħorġulha, b'detriment għal- libertà u l-emanċipazzjoni vera tagħha. IL-BIŻARRIJI TAL-LIĠI Taħt il-Liġi Maltija, biex tieħu benefiċċju tad- diżabbilità, mhux biżżejjed li tkun inqatgħetlek sieq waħda minħabba l-mard. Biex tieħu l-benefiċċju trid tkun tlift saqajk it-tnejn. Din il-biżarrija nkixfet fi programm ta' filgħodu, Niskata, imxandar fuq TVM. Min kien qed jiddefendi l-monstrożità burokratika qal li l-Liġi hi dik li hi u għandha l-limiti tagħha. L-omm li ċemplet f 'isem bintha b'sieq maqtugħa, staqsiet jekk l-awtoritajiet humiex forsi jistennew li sieq bintha "tikber mill-ġdid" biex tkun riveduta l-Liġi. Tabilħaqq, il-Liġi qiegħda għaċ-cittadini Maltin- Ewropej jew huma qegħdin għal-Liġi, dejjem mortifikati u b'rashom baxxuta? Jew agħar, b'sieq waħda… BERLUSCONI U L-COSA NOSTRA YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI maltatoday Il-buffu erotiku li akkwista t-titlu ta' Signor Bunga Bunga bis-saħħa tal-festi sesswali li kien jorganizza għal tfajliet inqas minn nofsu fl-età

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014