Illum previous editions

illum 22 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/333854

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 39

0.90 22 ta' Ġunju 2014 • Nr 401 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST L-għoti ta' kuntratt ta' €35 miljun investigat 10,000 mara Maltija b'sider imkabbar IDDIPARTIMENT tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID) tal-Gvern jinsab jinvestiga l-kuntratt ta' €35 miljun mogħti lill-Alberta Photovoltaic Consortium qabel l-elezzjoni ta' Marzu 2013. Dan id-dipartiment beda l-investigazzjoni dil-ġimgħa wara li l-gazzetta MaltaToday żvelat li l-Gvern irrifjuta li jipproċedi b'dan il-kuntratt minħabba tariffa feed-in li trid titħallas lil konsorzju privat. Din l-investigazzjoni għandha tiddetermina jekk il-kuntratt fil- kwistjoni kienx mogħti taħt governanza korretta, trasparenza u ġestjoni finanzjarja retta. Qed tara li dan il-kuntratt ġie mogħti kif stipulat mir- regolamenti nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. Sorsi mill-Gvern qalu li dan il-kuntratt jobbliga lil dawk li jħallsu t-taxxa biex joħorġu €11-il miljun iktar lill-kumpanija privata fuq tariffi feed-in għall-enerġija mibjugħa lill-Enemalta minn panelli solari. FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt LOPERAZZJONIJIET tat- tkabbir tas-sider f 'pajjiżna saru popolari ħafna u din il-gazzetta hi infurmata li kull sena f 'Malta jsiru 'l fuq minn 600 operazzjoni fi sptarijiet u kliniċi privati. Il-pazjenti li jagħmlu l-operazzjonijiet tat-tkabbir tas-sider għandhom etajiet li jvarjaw minn 18-il sena sa 'l fuq minn 60 sena. Hu kkalkulat li b'kollox f 'Malta hawn mal-10,000 mara li għandhom sidirhom imkabbar permezz ta' Breast Implants. Mir-riċerka li għamilna jirriżulta li l-operazzjonijiet tas-sider tant saru komuni li saħansitra dawn qed jingħataw bħala rigal minn irġiel lis-sieħba tagħhom kemm qabel iż-żwieġ jew wara li s-sieħba jkollha tarbija. Qed jingħataw ukoll minn ġenituri lill-uliedhom bħala rigal f 'għeluq it- tmintax-il sena tagħhom. Jidher li l-aktar perjodu popolari meta jingħataw dawn l-operazzjonijiet tas- sider bħala rigal hu żmien il-Milied bl-operazzjonijiet isiru matul ix-xhur ta' Jannar fejn saħansitra f 'ġimgħa waħda f 'Jannar saru 16-il operazzjoni tat- tkabbir tas-sider. ILLUM tkellem ma' uffiċjal fi sptar privat li kkonferma li l-aktar tliet operazzjonijiet popolari huma t-tkabbir tas-sider magħrufa bħala Breast Augmentation, l-operazzjonijiet tal- imnieħer magħrufa bħala Rhinoplasty u t-tielet l-aktar popolari hija l-Abdominoplasty fejn tinqata' s-sonża żejda minn maż-żaqq. It-tkabbir tas-sider qed jingħata bħala rigal ikompli f 'paġna 4 panelli solari. ikompli f 'paġna 2 Il-kuntratt hu ta' €35 miljun lill-Alberta Photovoltaic Consortium

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 June 2014