Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

0.90 29 ta' Ġunju 2014 • Nr 402 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST Il-Knisja Maltija Kastig jekk titkellem QASSISIN tkellmu ma' din il-gazzetta bil-kundizzjoni li jibqgħu anonimi, meta mistoqsija għaliex ma ridux juru isimhom qalu, li meta wieħed jitkellem u jikkritika xi parti mit-tmexxija tal- Knisja dawn jispiċċaw jiġu mċaqalqa minn posthom jew jitwarrbu bħala kastig. Mhu l-ebda sigriet li s-sitwazzjoni fil-Knisja Maltija ilha snin sejra lura u li bħalissa hemm numru ta' qassisin li huma mdejqa għal diversi raġunijiet. Qalulna li bħalissa hemm 11-il kappillan li mistennija jiġu mċaqalqa minn post għall-ieħor jew oħrajn li se jiġu appuntati bħala kappillani ġodda. Iżda l-aktar ħaġa riċenti li urtat lil ħafna qassisin kienet il-ħatra tal- Arċipriet tal-Isla Fr Robin Camilleri. Hu mifhum li Camilleri laħaq arċipriet wara biss sena u nofs minn meta sar qassis. Dan meta hemm qassisin oħra li ilhom aktar minn għaxar snin li laħqu u li dejjem qed jinqabżu mingħajr ebda raġuni. "META sar Prim Ministru Lawrence Gonzi l-attakki kontrih u kontra min ma kienx jaqbel miegħu splodew, kulħadd jaf bir-relazzjoni bejn Cachia Caruana u Daphne Caruana Galizia," dan qalu l-eks kummissarju Ewropew John Dalli meta kien qed jixhed f 'kawża l-qorti. Waqt li kien qed jixhed Richard Cachia Caruana beda jqarras wiċċu u kien hemm ħin meta mexa lejn Edgar Galea Curmi li kien qiegħed fl-awla biex jiddiskuti miegħu xi punti. Dalli xehed fil-qorti u qal li l-attakki personali fuqu mill- blogger Daphne Caruana Galizia twaqqfu ġimgħa wara li hu kien wissa lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi fl-2008 li jekk dawn ma jiqfux, il-PN ma kienx fadallu wisq ħajja fil-Gvern. Dalli kien imsejjaħ bħala xhud f 'każ ta' malafama miftuħ minn Richard Cachia Caruana, l-eks rappreżentant permanenti Malti fl-UE kontra Saviour Balzan, l-Editur Maniġerjali ta' MaltaToday, li dan tal-aħħar kien akkużat li qal li Cachia Caruana kien il-moħħ wara kampanja maħmuġa fil-mezzi tax-xandir tal-PN. ikompli f 'paġna 4 Minn baqra sa tunnellati ta' tadam mormija fid-drenaġġ FTIT huma dawk li japprezzaw il-fatt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma titratta l-ilma kollu li joħroġ lura mingħand il-konsumatur qabel ma dan jispiċċa lura fil-baħar. Fost l-agħar episodji riċenti nsibu: għexieren ta' tunnellati tad- tadam mormi b'mod illegali fit-tappieri, żejt tal- ikel maħruq, żejt tal-karozzi, filters taż-żejt, injam, nofs baqra, ħanżir u moppijiet. Dawn l-irregolaritajiet qed iwasslu għal diversi ħsarat fis- sistema li jekk ma jissewwewx fil-ħin jistgħu jikkaġunaw sadd fid-drenaġġ u żbroff f 'żoni sensittivi bħal bajjiet u widien. F'intervista ma' din il- gazzetta ċ-Ċermen u Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni William Wait jitkellem fuq l-aħħar riżultati finanzjarji pożittivi u l-viżjoni tiegħu u tal-Gvern li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma timraħ f 'pajjiżi oħra bis-servizzi li toffri. Ara l-intervista f 'paġni 14 u 15 Kulħadd jaf bir-relazzjoni bejn RCC u Caruana Galizia Ikompli f 'paġna 4

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014