Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Sabiħ b'xi ftit sħab għall-ewwel VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir min- Nofsinhar forza 3 għal 4 filgħodu u lokalment forza 4 għal 5 filgħaxija BAĦAR: Ħafif li jsir ħaif għal moderat Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM L-OGĦLA: 31˚Ċ L-INQAS: 22˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir il-biċċa l-kbira sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent għall-Majjistral u jsir lokalment forza 5 għal 6 għal xi ħin filgħaxija BAĦAR: Ħafif għal moderat li jsir moderat għal qawwi SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 65 51 31 90 33 9 73 54 Frank Psaila "Ma nafx min qed imexxi!" Avukat u preżentatur tal-programm Iswed fuq l-Abjad fuq NET Television "MA nafx inkunx korrett jekk ngħid, 'il-Knisja mmexxija minn Patri Pawl Cremona', għax, sinċerament, ma nafx min qed imexxi l-Knisja Maltija llum. Patri Pawl Cremona, raġel qaddis, u li meta sar Arċisqof ġab tama kbira għal bidu ġdid fil-Knisja Maltija, huwa assenti għal kollox. Il-poplu jistenna li t-tmexxija tiġi mir-ragħaj tal-Knisja, u kull sinjal ta' tmexxija f 'dan is-sens huwa assenti. Dan hu nuqqas serju li jeħtieġ jiġi indirizzat u, sinċerament, ma nafx x'qed jistenna l-Vatikan biex jagħmel dan. Meta f 'April ta' din is-sena ktibt artiklu fil-MaltaToday fejn għidt li rrid Knisja protagonist u mhux spettatur sieket, kelli reazzjoni minn għadd ta' qassisin – uħud imlaħħqin sew fil-ġerarkija tal- Knisja, li esprimew id-diżappunt tagħhom dwar l-istat preżenti tal-Knisja Maltija. Huma wkoll iħossu li m'hemmx tmexxija, u wisq anqas l-ispazju biex ilaqqgħu l-ideat tagħhom flimkien għall-ġid tal-Knisja u s-soċjetà Maltija. Il-Knisja Maltija tagħti l-impressjoni li tibża' mir- riġenerazzjoni tal-ideat fi ħdanha. Sfortunatament il-Kurja donnha li tħares lejn ir-riġenerazzjoni tal- ideat bħala theddida lejn l-awtorità tagħha. Kurja li tibża' mid-dissens fi ħdanha, meta d-dissens, jekk isir b'mod kostruttiv u b'lealtà, hu meħtieġ biex il-Knisja Maltija jkollha din ir-riġenerazzjoni tal- ideat. M'hemmx diskussjoni ħajja fi ħdan il-Knisja Maltija. Il- Knisja għandha rwol importanti fis-soċjetà, imma mhux billi tippontifika – kif ħafna drabi tagħmel. Il-Knisja f 'Malta għandha problema kbira ta' nuqqas ta' komunikazzjoni. Is-soċjetà Maltija hi waħda sekulari, u l-Knisja f 'Malta għandha tiċċelebra s-sekulariżmu u tassigura li jkollha sehem attiv fis-soċjetà. Filwaqt li l-Papa Frangisku qed iġib bidla kbira fi ħdan il-Knisja – u qed jirnexxilu jikkomunika b'mod sempliċi, u b'messaġġ ta' mħabba, il-Knisja f 'Malta donnha li qed tgħix f 'dinja għaliha u l-bidla ta' Franġisku qed issib bibien magħluqa fil-Kurja Maltija. Wasal iż-żmien li l-bieb tal-Kurja Maltija jinfetaħ u jidħol ir-riħ tal- bidla, li jagħti nifs ġdid lil tmexxija ta' Knisja fi kriżi li, b'għażla tagħha, ngħalqet fiha nnifisha. Wasal, fuq kollox, iż-żmien ta' tmexxija ġdida għall-Knisja Maltija." FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt NHAR is-26 ta' Jannar 2007 Malta ċċelebrat bil-kbir il-ħatra ta' Pawl Cremona bħala l-Arcisqof il-ġdid ta' Malta wara 30 sena ta' Ġużeppi Mercieca. Il-poplu ħareġ bi ħġaru sabiex jifraħ lil Pawl Cremona għall-ħatra tiegħu. Pawl Cremona, li bi tbissima ħelwa u umli dlonk daħal fil-qlub tal-Maltin u Għawdxin, nissel it-tama li t-tmexxija tiegħu kienet se ġġib magħha stil ġdid u frisk fil-mod kif insostnu t-twemmin tagħna f 'Alla u l-Knisja Kattolika. Matul il-proċess tal-ħatra, il-poplu sar jaf aktar mill-qrib min kien l-Arċisqof il-ġdid. Pawl Cremona kien daħal fl-Ordni ta' San Duminku f 'Settembru tal-1962. Serva bħala Provinċjal bejn l-1981 u l-1989 u kien kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna ta' Fatima fi Gwardamanġa bejn l-1989 u l-1993. Bejn l-1993 u l-1997 u bejn l-2004 u l-2005 Pawl Cremona kien responsabbli mill-Formazzjoni tan- Novizzi u l-Istudenti Dumnikani fir-Rabat. Fl-2005, hu ġie maħtur bħala Kappillan tal-Parroċċa ta' Ġesù Nażżarenu, f 'Tas-Sliema sakemm fl- 2007 inħatar Arċisqof ta' Malta. Minn dakinhar tal-ħatra ta' Pawl Cremona bħala r-ragħaj tal-kattoliċi Maltin sal-lum għaddew seba' snin. Seba' snin fejn matulhom kompliet tonqos il-parteċipazzjoni tal-merħla fil-Knisja filwaqt li żdiedet l-għajta tal- poplu għal aktar libertajiet ċivili. F'dan l-istess perjodu, il-Knisja rat quddiem għajnejha d-dħul tad- divorzju u aktar riċenti d-dħul tal-liġi tal-unjoni ċivili għal persuni tal-istess sess, inkluż id-dritt tal-adozzjoni. F'Ottubru 2012, il-Papa Benedittu XVI ħatar lil Monsinjur Charles Scicluna Isqof Awżiljari ta' Malta. Scicluna ġie msejjaħ biex ikun il- kollaboratur u l-konsulent l-iżjed qrib tal-Arċisqof ta' Malta Pawl Cremona u biex ikollu responsabbiltajiet ta' tmexxija fil-Kurja kif ukoll fil- ministeru pastorali tal-Arċidjoċesi ta' Malta. ILLUM jitkellem ma' tliet opinjonisti rigward it-tmexxija tal-Knisja f 'dawn l-aħħar seba' snin f 'idejn Pawl Cremona. Id-domanda komuni għalihom kienet: Kif tħares lejn it-tmexxija ta' Pawl Cremona matul dawn is-seba' snin li għaddew u x'taħseb li hemm bżonn isir fil-futur fl-aħjar interess tal-Knisja? It-tmexxija tar-ragħaj EMPIRE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta COSMED Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun TALĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi PHARMAPLUS, Triq Ganu, Birkirkara ST. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Gużepp, Pietà BALLUTA Pharmacy, 30, Triq il-Kbira, San Ġiljan STELLA Maris Pharmacy, 34, Milner Street, Sliema ILMEĦRIEZ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla ST. Anne Pharmacy, Triq il-Qalet, Marsascala BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq PRESTIGE Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Kirkop SANTA Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Żebbuġ IDEAL Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria JOYCE'S Pharmacy, Vjal it-8 ta' Settembru, Xagħra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014