Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889
Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 3 Ivan Bartolo "Dħalna f'basla wara l-oħra" Opinjonista fuq temi soċjali u preżentatur tar-radju u televiżjoni Carmen Sammut "Il-Knisja Maltija dellha tqil" Lecturer fl-Università, opinjonista KIF tħabbar li Patri Pawlu Cremona kellu jkun is-suċċessur tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca ħassejt li paġna ġdida kellha tibda fil-Knisja Maltija. Issa li għaddew seba' snin mill- ordinazzjoni episkopali tiegħu nistgħu ngħidu l-istess diskors? L-ewwel nett Pawlu Cremona hu maħbub u għandi rispett kbir lejh. Naħseb li fil-qiegħ ta' qalbu baqa' dak il-patri Dumnikan qrib in-nies li jieħu gost jiltaqa' magħhom u jifraħ b'li jferraħhom u jibki b'dak li jaqsmilhom qalbhom. In-nies din jafuha għax meta jiltaqgħu miegħu tarahom qaqoċċa madwaru jifirħu bih. Iż-żjajjar pastorali li jagħmel fil- parroċċi huma xhieda ta' dan. Meta tqis li l-Knisja Maltija għaddiet minn daqshekk burraxki u xorta waħda l-Isqof jibqa' maħbub tinduna li fih hemm xi ħaġa speċjali li tagħżlu minn ħaddieħor. Madankollu fuq aspetti oħrajn inħoss li l-Knisja Maltija fl- episkopat tiegħu marret lura bħal granċ. Monsinjur Cremona jafda u t-tim li hemm madwaru ġab ħerba. Kappillani mdejqin, frustrazzjoni ġenerali fost il- kleru, ċertu sens ta' helplessness kif jgħidu l-Ingliżi u agħar minn hekk diżillużjoni. Dan tarah f 'kull aspett. L-età tal-griżma li telgħet sa 12-il sena, il-preċett li qed jibda jingħata fl-iskejjel privati, il-pastorali mas-separati u ddivorzjati, il-kwistjoni tal- festi, ċaqliq ta' kappillani u bosta kwistjonijiet oħrajn. Il-lista hi twila. Lanqas fuq sempliċi panelli solari fuq il-bjut ma setgħu jaqblu aħseb u ara fuq affarijiet aktar serji. It-tim li għandu madwaru Pawlu Cremona biex suppost jgħinu daħħal lill-Knisja Maltija f 'ħafna basal, waħda wara l-oħra. Mhux ta' b'xejn li saħħet dan l-Arċisqof maħbub tagħna hi kif inhi. Is-sabiħa hi din li dan kollu fatt magħruf u jibqa' kollox kif inhu. Forsi l-Arċisqof għandu jagħmel il-pass kuraġġuż li għamel Benedittu XVI li meta ra li saħħtu ma tippermettix għamel li għamel? Ma nafx x'naqbad ngħid. Għall- insara li jemmnu l-Knisja hi mmexxija mill-Ispirtu s-Santu u kif tgħid Madre Teresa jikteb dritt fil-linji mgħawġin tagħna. Viva Pawlu Cremona u nħeġġiġkom titolbu għalih kif nagħmel jien. FILKNISJA hemm dibattitu (aktarx mhux koordinat u kooerenti) dwar il-passi li jmiss issa li l-eġemonija tagħha m'għadhiex sħiħa. Id- divorzju kien żveljarin qawwi u min stenna kruċjata dwar l-unjoni ċivili safa diżappuntat; l-isqfijiet kienu għaqlin u baqgħu kawti. Il-Kurja issa tidher lesta tiddiskuti s-separazzjoni Stat-Knisja kif ġara waqt business brunch għall-ġurnalisti. Erbgħin sena wara r-Repubblika, għarfet li trid tkun imħejjija għal dan anke jekk isiru diskussjonijiet dwar riformi kostituzzjonali. Waqt li l-Papa Franġisku jidher favur li l-isqfijiet jesprimu rwieħhom dwar dak li jolqot lin-nies; f 'Malta l-Knisja dellha tqil minħabba l-ġrajjiet tal- imgħoddi riċenti. Il-Papa Franġisku ġej minn kuntest Latin Amerikan, fejn ħadem mal-għeruq u aktarx iddakkar mit-Teoloġija tal-Liberazzjoni. F'Malta l-Kurja rari dehret motivata minn aspirazzjonijiet emanċipatorji. Iż-żewġ 'gwerer' politiko-reliġjużi tas-seklu għoxrin kienu ġlidiet kontra l-avvanz tal-politiċi sekulari. Hemm imbagħad oċean akbar jifred lil Malta u mill- Istati Uniti, art twelid Douglas Kmiec, l-ambaxxatur kontroversjali li tkellem bħala keynote speaker fil-brunch dwar is-sekulariżmu. Il-ġenerazzjoni tiegħi trabbiet f 'soċjetà fejn il-Knisja kienet istituzzjoni ta' saħħa tremenda. Qatt ma konna nobsru li se jasal żmien li se taffronta sfidi kbar. Fi żmien Cremona għadu ma sar ebda ċensiment uffiċjali dwar l-attendenza għall-quddies obbligatorju iżda nafu li x-xejra kompliet nieżla. Lanqas qegħdin jiġu ppubblikati ċ-ċifri dwar il-vokazzjonijiet. Dis-sena stħarriġ ordnat mill-Vatikan sostna li nofs il-Maltin jobdu t-tagħlim tal-Knisja dwar il-familja, iżda dan ma nemminx li kien stħarriġ rappreżentattiv. Nemmen iżda li l-Arċisqof qed imexxi b'sensittività u spiritwalità profonda u dan aktarx iservi ta' ispirazzjoni f 'dinja fejn bosta huma għatxana għall-awtentiċità. Għamel ukoll bidliet siekta. Kien hu li aġġorna d-diskors tal-Knisja Maltija dwar ir-rwol tal-mara fis-soċjetà. Ma baqax jevita li jisma' lill-vittmi tal-abbuż sesswali fl-istituzzjonijiet tat-tfal. Taħt it-tmexxija tiegħu l-Knisja ħadet pożizzjoni kuraġġuża rigward l-immigranti li jidħlu irregolarment u qed ifittxu ażil; huma bosta li jsibu refuġju għand il-Knisja. Kompliet ukoll il-ħidma mal-foqra, drogati u nies vulnerabbli oħra. F'din l-għalqa, Cremona narah li jista' jkun ragħaj importanti u relevanti u l-vuċi tiegħu tista' tidwi 'l bogħod. It-tmexxija tar-ragħaj