Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 META staqsejna lill-membri tal-kleru li tkellmu magħna għaliex ma jwasslux l-ilmenti tagħhom lill-Arċisqof Pawl Cremona, dawn il-membri tal-kleru qalulna li huma ma jafux eżatt lil min iridu jkellmu. Jidher li m'hemmx linja ċara jekk jitkellmux ma' Dun Frans Abdilla li hu d-delegat tal-kleru, Dun Ray Toledo li hu d-delegat għall- parroċċi jew Dun Anton Gouder li hu l-Provigarju. Dawn l-istess sorsi qalulna li l-kleru qed jinżamm 'il bogħod milli jitkellem mal- Arċisqof minħabba li n-nies li hemm imdawra mal-Arċisqof huma interessati biss li jżommu posthom. Jidher li l-iskuża li qed jingħataw hi li l-Arċisqof mhux disponibbli jiltaqa' magħhom minħabba l-kundizzjoni ta' saħħtu. Minn dak li ntqal lil din il-gazzetta, jidher ukoll li preżentement hemm kawtela kbira bejn l-Isqof t'Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna hekk kif it-tnejn li huma qed jistennew il-mument tal-bidla li għandu jwassal biex wieħed minnhom jieħu post Pawl Cremona. Kawtela bejn l-Isqfijiet Grech u Scicluna Ikompli minn paġna 1 Ikompli minn paġna 1 "Kien il-moħħ" – Dalli JOHN Dalli qal li jemmen li kien infatti Cachia Caruana li kien il-moħħ wara dak li l-opinjonista tal-Malta Independent iddeskriviet bħala 'netwerk ta' spiji'. Hu saħaq li meta wissa lil Gonzi, fl-2008, Caruana Galizia ċemplitlu l-għada u qaltlu li ma kienx Cachia Caruana li kien qed jgħidilha biex tikteb fuqu. Iżda, oħroġ il-għaġeb, wara t-twissija l-attakki waqfu minnufih. Dalli stqarr quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale kif hu ma xtaqx isir Kummissarju tal-UE u pprefera jibqa' Ministru tas-Saħħa iżda spiċċa aċċetta wara li Lawrence Gonzi qallu li jekk ma jaċċettax kien se jagħti l-kariga lil Richard Cachia Caruana. Hawnhekk qal ukoll kif Cachia Caruana darba kien qallu li kien hu li ssuġġerixxa lil Gonzi biex jagħmlu Kummissarju tal-UE. Kompla jgħid li hu kellu s-suspetti tiegħu dwar min kienu u fosthom semma lill-ġurnalisti tat-Times Ivan Camilleri u Steve Mallia, minbarra Caruana Galizia u Lou Bondi għalkemm ammetta li l-moħħ wara kollox kien Cachia Caruana. Dalli semma kif darba Mallia kien qallu li Cachia Caruana tah xi informazzjoni fuqu. Għamel referenza għall-2008 fejn hu ġie attakkat b'mod feroċi għax ħuh kien ġie indagat fuq il-każ tas-sapun u waqt konferenza politika fil-Mellieħa ma' Lawrence Gonzi, kien għamilhielu ċara li jekk jerġgħu jagħmlulu bħalma ġara fl-2004, il-Gvern ma kienx se jifdallu wisq ħajja fil-poter. Imbagħad semma t-telefonata li għamlitlu Caruana Galizia biex tgħarrfu li Cachia Caruana ma kienx wara l-intervent tagħha, b'hekk wieħed seta' jobsor kif il-kliem wasal għal widnejha. L-eks Kummissarju Ewropew qal li ma kinitx l-ewwel darba li kkonfronta lil Gonzi dwar l-attakki li kienu qed isiru fuqu u fuq qrabatu. Hu kien jisħaq miegħu li dawn l-attakki se jispiċċaw ikissru lill-PN, kif infatti ġara. Iddeskriva lil Caruana Galizia bħala mara li ġġib l-informazzjoni minn grupp ta' spiji u jirnexxielha tinvestiga waqt li hi qatt ma tiġi investigata. Hu saħħaħ kliemu billi ta eżempju bi storja li ttellgħet riċentament fuq il-preċett tan-neputija tiegħu. Dalli ddeskriva dan bħala "psychological warfare" u bħala "inaċċettabbli" f 'pajjiż demokratiku. Fis-smiegħ Dalli għamel ukoll referenza għall-ħatra tal-Kap tal-PN fejn qal li kien hemm min ingħaqad kontrih u kien hemm anke attakki fuq bloggs ta' Caruana Galizia u Ivan Camilleri. Dalli żvela wkoll li hu kien tefa' r-riżenja tiegħu minħabba li Gonzi qallu biex jagħmel dan peress li ma riedx li jkollu ministri għaddejjin minn investigazzjoni. L-eks Ministru Nazzjonalista qal li meta Gonzi kien inħatar Kap tal-PN, l-attakki fuqu saru regolari u kif sitt xhur wara li Gonzi laħaq Prim Ministru keċċieh mill-Kabinett u ried jitfgħu l-ħabs. L-avukat ta' Balzan, Toni Abela staqsa lil Dalli x'tip ta' attakki rċieva meta kien fil- kabinett. Hu qal li rċieva attakki miż-żewġ partiti politiċi, iżda fi żmien Fenech Adami, dawn kienu taħt kontroll, meta Gonzi laħaq kap, l-affarijiet iggravaw. Dalli qal li hu ma ħassux urtat meta ma laħaqx kap tal-PN iżda sostna li xi ħaġa li ma kinitx aċċettabbli kienet l-akkużi ta' frodi li saru kontrih. Struttura effettiva Fenech iwissi l-Gvern fuq in-nefqa u d-dejn ILGVERN qed jitlef il- kontroll tal-finanzi tal- pajjiż, saħaq l-eks Ministru Tonio Fenech fi stqarrija mibgħuta lil mezzi tax- xandir. Fenech qal li xhieda ta' dan huma l-aħħar ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika, l-NSO, li juru żieda fid-defiċit u d-dejn tal-pajjiż. "Dan għamlu biex jikseb is-simpatija lejliet elezzjoni u biex jaqdi lil tal-qalba," saħaq Fenech. Hu esprima t-tħassib għall- fatt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet b'€106 miljun u €29 minnhom qed imorru biex jiffinanzjaw il-pagi tal-akbar kabinett u tal-qalba. "Filwaqt li madwar 15% taż-żieda fin-nefqa hija marbuta mal-mediċini, huwa ferm ta' tħassib li d-doppju kienet dovuta għal żidiet sostanzjali f 'dawn il-pagi, kif ukoll fl-ispejjeż amministrattivi tal-ministeri differenti fi ħdan l-akbar kabinett fl-istorja ta' pajjiżna," qal Fenech. Hu żied jgħid li dawn iċ-ċifri juru kif il-Gvern qed imur kontra l-impenn li ħa kemm mal-poplu Malti kif ukoll mal-Unjoni Dalli pprefera jibqa' Ministru tas-Saħħa minflok jilħaq Kummissarju L-Isqof ta' Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna Dr Stefan Buontempo saħaq li ma jistax ikun li nkomplu noħolqu strutturi mingħajr l-għodda meħtieġa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014