Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 29 SPORTSillum Mark Borg elett bħala president ġdid tal-FMA ILPERIT Mark Borg ġie elett bħala l-president il-ġdid tal-Futsal Malta Association (FMA) mill- membri tal-Kunsill u d-delegati tal-klabbs waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret ftit tal-jiem ilu fil- Padiljun Sportiv ta' Kordin. Il-Perit Mark Borg se jkun is-suċċessur ta' Donald Spiteri li serva din il-kariga għal dawn l-aħħar sentejn u ġie nominat bħala l-ewwel president onorarju tal-istess assoċjazzjoni. Fl-ewwel kelmtejn bħala l-president il-ġdid, il-Perit Mark Borg ħassu onorat li se jokkupa din il-kariga hekk importanti. Irringrazzja lil Donald Spiteri għall-ħidma tiegħu tul dawn l-aħħar sentejn u ddeskrivih bħala persuna dinamika u influwenti fil- fondazzjoni tal-Futsal Malta Association. Borg se jkun qed iħares lejn proġett ta' tliet snin sabiex il-futsal f 'Malta jitjieb minn diversi fatturi. Ix-xewqa tiegħu hi li jidħol kampjonat għaż-żgħażagħ biex jiggarantixxi l-futur tal- futsal f 'Malta. L-assoċjazzjoni se taħdem fuq proġetti ġodda fejn jidħlu Sports Management u korsijiet għall-kowċis. Il-President il-ġdid tal-FMA, il-Perit Mark Borg It-tim nazzjonali tal-irġiel tal-Pool Malta se tieħu sehem fil- Kampjonati Mondjali tal-Pool MALTA se tieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Pool li se jsiru ġewwa Blackpool, l-Ingilterra, bejn it-22 ta' Ġunju u t-3 ta' Lulju. Il-Malta Pool Association se tibgħat erba' timijiet f 'dawn il- kampjonati fil-kategoriji tal-irġiel, Under 18's, Under 21's u Over 50's. Dan se jkun l-akbar kontinġent Malti barra pajjiżna li ħa sehem f 'kampjonati internazzjonali tal-Pool. It-tim tal-irġiel, finalist fl- aħħar kampjonati Ewropej li saru, ser ikun kompost minn Mario Cutajar, Claudio Cassar, Ray Caruana, Kevin Mercieca, Stephen Mangion, Josef Gafa, Wayne Bonnici u Tony Muscat. It-tim taż- żgħażagħ ta' taħt it-tmintax- il sena ser ikun kompost minn Scott Muscat, Adam Portelli, Ryan Falzon, Ryan Pisani, Christ Zaffarese u Dejan Grech. It-tim taż- żgħażagħ ta' taħt il-wieħed u għoxrin sena jinkludi lil Dylan Cassar, Lothar Mallia, Christ Zammit u Troy Zammit filwaqt li t-tim tal- Over 50's se jkun kompost minn Tonio Mifsud, Marcel Micallef u Alfred Attard. Carmel Cilia se jkun il- maniġer tat-tim tal-irġiel, Pasquale Sciberras se jmexxi t-tim tal-Under 18's filwaqt li Saviour Mifsud se jmexxi t-timijiet tal-under 21's u Over 50's. F'dawn il-kampjonati se jieħdu sehem tnax-il pajjiż li huma Malta, l-Ingilterra, l-Irlanda, l-iSkozja, l-Irlanda ta' Fuq, Wales, Franza, South Africa, l-Awstralja, l-Indja, Reunion Island u l-Marokk. Barra l-kampjonati tat- timijiet kull plejer ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali kif ukoll f ' turnament prestiġjuż imsejjaħ World Masters Tournament li s-sena l-oħra ġie mirbuħ mill-plejer Malti Anton Cuschieri. Vincent Degiorgio, Segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-World Eight Ball Pool Federation, ser ikun l-uffiċjal inkarigat mill- kontinġent Malti. Riżultati kollha tal- kampjonati jistgħu jiġu segwiti fuq is-sit tal-assoċjazzjoni www. maltapoolassociation. com jew fuq il-paġna ta' Facebook tal-assoċjazzjoni. Paola BC jirbħu d-decider għat-tieni post fil-Badminton PAOLA BC rebħu d-decider għat-tieni post meta għelbu lil Birkirkara Go & Fun 3-2. Kif mistenni l-logħba offriet badminton spettakulari u eċitament lil dawk preżenti. Paola BC lagħbu bl-aqwa formazzjoni li inkludiet lil Jacqueline Grech Licari li rkuprat mill-injury li kellha. Min-naħa l-oħra Birkirkara kellhom tliet plejers imweġġgħin nieqsa - Katerina Vella Ryabkova, Jacqueline Abela DeGiovanni u Ivan Salomone. Minkejja dan l-iżvantaġġ Birkirkara Go & Fun marru fuq quddiem meta rebħu l-Mixed Doubles permezz ta' Stefan Salomone / Klara O'Berg li għelbu lil Edmond Abela / Joanne Cassar fi tliet settijiet. Il-koppja Karkariża rebħu l-ewwel sett faċilment 21-5 meta ma tawx ċans lil Abela / Cassar jissetiljaw. Iżda dawn tal-aħħar ġew f 'tagħhom fit-tieni sett u rebħuh 21-19. Fit-tielet sett deċiżiv it-taqtigħa kienet bilanċjata sakemm Salomone / O'Berg ħarġu rebbieħa 21-15. Song Chen Jun għamilhom 2-0 għat-tim tiegħu meta għeleb lil Owen Grech fis- Singles tal-Irġiel. L-ewwel sett kien faċli għal Chen Jun, iżda fit-tieni Grech għamel reazzjoni, għalkemm xorta tilef. Skor finali: 21-6 21-14. Paola naqqsu d-distakk meta Jacqueline Grech Licari, għalkemm mhux mija fil-mija f 'sikkitha, għelbet lil Daniella Galea fis-Singles tan-Nisa. Din tal-aħħar tat wirja pożittiva u tilfet bl-iskor 21-16 21-16. Birkirkara Go & Fun marru viċin li jirbħu l-logħba fid- Doubles tal-Irġiel. Song Chen Jun / Stefan Salomone ftit sabu diffikultà jirbħu l-ewwel sett kontra Henrik Thomsen / Kenneth Vella, 21-8. Iżda t-tieni sett kien storja differenti għaliex Thomsen / Vella żiedu l-isforzi tagħhom u rebħuh 21-19. It-tielet sett ukoll kien wieħed bilanċjat u offra logħob sabiħ lil dawk preżenti. Kienu l-Pawlisti li rebħu 21-18 u b'hekk għamlu l-iskor 2-2. B'hekk id-Doubles tan- Nisa kellha tkun deċiżiva. Joanne Cassar / Anna Galea ħarġu determinati u ssiġillaw ir-rebħa għat-tim tagħhom meta għelbu lil Klara O'Berg / Daniella Galea 21-9 21-12, u b'hekk Paola BC temmew il-kampjonat fit-tieni post wara Birkirkara Smart Office Supplies. Azzjoni mill-konfront bejn Paola BC u Birkirkara Go & Fun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014