Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 JIEN m'iniex xi ħadd li jitkaħħal reliġjożament quddiem it-televiżjoni biex isegwi partita futbol, anki jekk ħafna jqisuha kruċjali fl-arena tad-dinja. Ma niddejjaqx nammetti li ġieli nongħos waqt partita mill- mondjali. M'għandix tim favorit mill-kbar bħal m'għandhom ħafna Maltin (eż. l-Italja, l-Ingilterra, il-Ġermanja jew il- Brażil). Anzi, meta nara partita nħossni kompliċi maż-żgħar; mal-inqas ikkwotati: il-Ghana, in-Niġerja, il-Ħonduras, l-Ekwador, il-Ġappun, il- Kolumbja, il-Kosta tal-Ivorju, il-Kamerun eċċ. Aktar jinteressawni fatti li jidhru estranji għal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, fosthom il-miljuni li ntefqu biex inbnew 12-il stadium u li kontriehom ipprotestaw il-fqar u l-ħaddiema b'pagi umiljanti. Diġà hemm ħafna mistoqsijiet dwar x'se jsiru bi stadium bħal dak li nbena fl-Amażonja, li jesa' 42,300 spettatur. Qed jistaqsu jekk dan hux, kif jgħid bl-Ingliż, iljunfant abjad, a skapitu tal-fqar. Lili, forsi minħabba l-isfond teatrali tiegħi jinteressani l-karnival li jinħoloq għat- Tazza tad-Dinja (u avvenimenti globali oħra bħall-Olimpjadi). Dawn l-avvenimenti għandhom narrattiva u dinamika partikolari. Hemm l-inventiva tal-kostumi, il-kpiepel, il- parrokki, l-irtokk tal-wiċċ, il-bnadar, l-istrumenti għall- mużika storbjuża, is-slogans niggieża (Adio Espana). Interessanti l-istil tax- xagħar tal-plejers, it-tatwaġġi fuq dirgħajhom: xi jfissru, lil min huma "ddedikati", x'jissimbolizzaw. Imbagħad hemm l-emozzjonijiet romantiċi tal-plejers waqt l-innijiet nazzjonali, ġieli mxarrbin bid-dmugħ, ir-radd tas-salib u ż-żfin wara li jiskorjaw. Hemm il-close-ups tan-nisa żgħażagħ li jaqbdu l-kameras: tfajliet sbieħ, spettaturi estetikament sbieħ li jfakkru li l-logħob hu prerogattiva tal-irġiel eroj tagħhom tal-pista. Kollox jindika ritwal elaborat u mlewwen, fuq livelli diversi, komunikabbli u eżoteriku (Rudi, 1998). Malcolm (1984) jara l-isport globali jiffittja fil-kunċett tal-ispettaklu, tal-festival u r-ritwal ċelebrattiv. Fl-arena wħud bħal Gusfield (1987) indikaw l-irxoxt tal-mit Bibliku ta' David u Gulia. Il-logħob għandu d-djalogu tiegħu, l-azzjoni agonistika, il-kunċett tar-rebbieħ u t-tellief, mera ta' x'jiġri fil-ħajja. GĦALL-FQAR Ta' kull sena, fil-Bażilika ta' Assisi jinżamm il-kunċert għall-paċi u ġbir għall-foqra tal-Filippini u l-Kenja. Qatt ma jiddiżappunta. Din is-sena kienu mistednin kantanti bħal Gianni Morandi u Claudio Baglioni b'interpretazzjonijiet brillanti bħas-soltu. B'rabta ma' dan, ħadt gost nara l-intervista tal-BBC ma' Patri Gauci, Malti li b'riżorsi mill- aktar limitati bena, man-nies tal-missjoni, grawnd għall- futbol biex jiġbor liż-żgħażagħ fqar u mitluqin. Ma kontx naf li dan il-patri straordinarju jiġi ħu l-attur Għargħuri Martin Gauci. U jixbhu fula maqsuma. PUSH BACK POLICY Grupp ta' familji mill-Oċeanja li nieshom tħallew jegħrqu meta d-dgħajsa li kienu qed jippruvaw jaslu biha l-Awstralja tħalliet titfarrak, qed ifittxu lill- Gvern Awstraljan għad-danni. L-Awstralja adottat politika ta' push back, bi qbil bejn il- Konservattivi u l-Laburisti biex ma jitħallewx jiżbarkaw aktar refuġjati fuq it-territorju tagħha. Din il-politika Awstraljana għandha appoġġ qawwi u mifrux fost l-Awstraljani (inkluż l-eluf ta' Maltin li stabbilixxew ruħhom hemm mis-snin ħamsin / sittin tas-seklu 20 'il quddiem). L-Awstraljani jinsabu f 'paniku li r-refuġjati, skont The Guardian, telgħu minn 5,000 fl-2002 għal 14,000 fl-2012. Imma r-realtà hi li l-Awstralja għandha biss 3% tan-numru globali tar-refuġjati u dawk li qed ifittxu kenn politiku u umanitarju. Fl-Istati Uniti, in-numru jitla' għal 17%, fil-Ġermanja 13%, fi Franza 11% u fl-Ewropa t'Isfel 12%. Għal kull 1,000 kilometru kwadru tat-territorju tagħha, l-Awstralja għandha biss 1.4 refuġjat. Il-preġudizzji razzisti fl- Awstralja (minkejja l-politika "multikulturali" konvenjenti tal-lum) huma magħrufin biżżejjed. L-istorja tal- umiljazzjoni tal-Aboriġini f 'dak il-kontinent hi magħrufa wkoll. L-ipokresija hi li meta kellha bżonn, l-Awstralja, laqgħet eluf fuq eluf ta' immigranti biex tibni lilha nfisha mix-xejn. NOTA TAL-AĦĦAR Fuq TVM / TVM 2 il- kummentarju bl-Ingliż kien altru minn biżżejjed. Intelliġenti, intensiv, lingwistikament eċċellenti. Imbagħad l-antiklajmeks tal- "analiżi" bil-Malti. X'analiżi offrew il-kummentaturi lokali, jekk kollox kien ingħad diġà bl- Ingliż waqt il-logħba attwali? Biex ma nsemmix il-leħen irritanti li ntgħażel biex jaqra r-reklami! ID-DINAMIKA TAL-MUNDIAL MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Receive €1,000 in training grants! Do you wish to improve your employment prospects, your career and job mobility? If so, do not miss this opportunity to expand your knowledge and improve your skills through off-the-job accredited training of your choice. More information is available on our website www.etc.gov.mt (check Training Opportunities under the Jobseekers & Employees section). Alternatively you may reach us by phone on 2220 1609 or by email on mario.a.magri@gov.mt. This initiative – Training Subsidy Scheme – is part of the EU co-funded project ESF 2.201 Enhancing Employability through Training. A subsidy of up to €1,000 is being made available to help you achieve your goal! PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR THE EU PRESIDENCY 2017 AND EU FUNDS Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Project part-financed by the European Union European Social Fund (ESF) Co-financing rate: 85% EU Funds, 15% National Funds Investing in your future L-istadium Maracana f 'Rio de Janeiro

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014