Illum previous editions

illum 29 June 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/337889

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ġunju 2014 | illum 17 ma' Eric Grech Eric Grech - magħruf ma' ħafna bħala attur stabbilit u li ħa sehem f 'diversi plays u serje televiżivi. Jaħdem bħala infermier u juża l-karattru ferrieħi tiegħu biex ita xi ftit mis- so erenza tal-pazjenti sakemm inisslilhom tbissima. Fejn hemm Eric, iċ-ċajt ma' jiqafx! FREDERICK ATTARD fattard@mediatoday.com.mt Fejn twelidt? L-Isptar San Luqa, Gwardamanġa. Kont imfissed xejn mill- ġenituri? Jien iż-żgħir minn tliet subien u ma kont imfissed xejn, anzi kont imqareb ħafna ta' tfal li kont. Bħala tifel, kif kont tħossok dwar il-fatt li l-papà, Lino Grech, kien magħruf sew fuq il-palk u t-televiżjoni? Kont inħossni bħal tfal oħra. Missieri kien raġel umli ħafna u dejjem kien jgħallimna biex inżommu saqajna mal-art u biex ma nogħlewx iżżejjed. Kemm kien influwenti l-papà fil-karriera tiegħek bħala attur? Kien influwenti ħafna. Jien ma mort l-ebda skola tad- drama, imma l-aħjar tagħlim ħadtu mingħandu. Minn ċkuniti ommi kienet tibgħatni miegħu r-riħersils biex hi tieħu nifs minni għax kif għidt qabel, kont imqareb ħafna. Kont inkun mitluf f 'dawk is-sagħtejn nara lil missieri jagħmel il-provi u hemm kien il-post fejn lanqas kont niċċaqlaq. Kienu mumenti ta' seħer kbir. Meta kont immur id-dar kont nintasab quddiem il-mera u noqgħod nipprattika dak li nkun assorbejt minn missieri. Illum Lino m'għadux magħna… M'għadux magħna fiżikament. L-ispirtu tiegħu jgħix għal dejjem. Kliemu stess lilna fuq is-sodda ta' mewtu. Aħfru lill-min jagħmlilkom il-ħsara u nsew, għinu lil min hu fil-bżonn, kelma nieqsa aħjar minn oħra żejda. Missieri, missier, għalliem u ħabib ta' veru, kien u jibqa' għal dejjem. Fix-xogħol tiegħek full time taħdem bħala infermier, x'kien li attirak lejn dan ix-xogħol? Bħalma attirani l-palk meta kont immur ma' missieri għal provi, attirani x-xogħol ta' infermier meta kont indewwi l-feriti fuq l-għekiesi li kellha z-zija t'ommi. Zija li kienet għal qalbi ħafna u kont nagħmel kull mezz possibbli biex waqt dan il-proċess ma nweġġagħhiex. L-anima li għandi għall-anzjani hija kbira wisq u x-xogħol inħobbu ferm. Fejn ikun hemm int, dejjem hemm xi ċajta anke mal- pazjenti… Matul dawn l-aħħar 30 sena bħala infermier skoprejt li nista' namalgama t-tnejn f 'daqqa. Mhux faċli li tkun taf il-waqt meta tpoġġi tbissima fuq fomm, marid, moribond jew xi ħadd li se jagħmel xi proċedura serja ħafna. Imma bl-għajnuna tal-Bambin kollox possibbli u jiena nemmen li jien strument f 'idejn il-Bambin f 'dawn il- mumenti. Qatt ikollok mumenti fejn tfittex il-kwiet fis-solitudni? Infittex ħafna lili nnifsi. Jien għandi x-xorti li noqgħod waħdi u fil-kenn ta' dari nagħraf lili nnifsi ħafna. Nemmen li hu ta' bżonn li wieħed ifittex lilu nnifsu, japprezza dak li hu u jirranġa fejn ikun hemm bżonn. Nippreferi li ngħix u mhux neżisti. M'iniex perfett, imma naf niskuża ruħi meta niżbalja. X'tikkummenta dwar iż- żgħażagħ tal-lum? Illum iż-żgħożija nbidlet. Dixxiplina kważi xejn. Rispett mill-inqas, speċjalment lejn min hu ikbar minnha. Nemmen li biex titgħallem sew l-esperjenza trid tgħaddi minnha l-ewwel imma d-dixxiplina u r-rispett għandhom ikunu fil-valuri taż- żgħażagħ ukoll. Tħobb issiefer? Fejn hu l-post ideali għalik? Inħobb ħafna nsiefer nippreferi nsiefer fis-sajf milli fix-xitwa. Togħġobni ħafna l-kampanja. Eric persuna tas-sajf jew tax- xitwa? Jien żgur persuna tas-sajf. Is- sajf inħobbu wisq. Li kieku kellek tmur ikla ma' xi ħadd mix-xena politika, lil min tagħżel? U għaliex? Kieku nagħżel lil Miriam Dalli. Miriam hi mara li ammirajt sa mill-bidu nett tal- karriera tagħha. Hi bniedma gustuża, simpatika u brava. Ħames Minuti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ittri It-tradizzjoni tal-ġirja bil-vara tal-Ħamrun JOE C. CORDINA ĦAMRUN WAQT il-quddies tas-Sibt 31 ta' Mejju fil-knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun inqara digriet ta' Mons. Arċisqof Pawlu Cremona fejn tħabbar li t-tradizzjoni tal-ġirja bil-vara fil-festa ta' San Gejtanu, kellha tibqa' ssir. Din l-aħbar intlaqgħet b'ċapċip, turija ta' kemm din it-tradizzjoni hi tant għażiża għall-Ħamruniżi. Il-festa ta' San Gejtanu fil-Ħamrun hi magħrufa sew għal marċi brijużi li jsiru fi Triq il-Kbira San Ġużepp però barra dawn il-marċi l-festa ta' San Gejtanu hi magħrufa wkoll għal mod spettakulari li bih il-vara tiddaħħal fil- knisja wara l-purċissjoni, meta r-reffiegħa bil-vara fuq spallithom jitilgħu jiġru d-disa' tarġiet taz-zuntier. Din it-tradizzjoni ilha ssir is-snin u qatt ma kien hemm xi inċident serju. Ġieli ġara li l-vara qisha tmil imma mal-ewwel tiġi f 'postha. Però s-sena li għaddiet qam ħafna għagħa għax hekk kif ir-reffiegħa bil-vara fuq spallithom kienu kważi waslu fl-aħħar tliet tarġiet taz-zuntier, il-vara mielet fuq ġenb wieħed u kienet qisha ser taqa' qabel ma n-nies kienu pronti u żammewha milli tkompli tmil. Dakinhar in-nies, flok warrbet biex teħles mill-periklu, ġriet għal taħt il-vara u tellgħeta 'l fuq. Kif il-vara ġiet f 'postha tkompliet id-daħla tagħha fil-knisja. Dan l-inċident qajjem ħafna xnigħat li l-ġirja kienet se titwaqqaf u dan seta' jwassal għal xi nkwiet u għalhekk din id-deċiżjoni ta' Mons. Arċisqof u l-Kappillan kienet tassew għaqlija mhux biss għax waqfet ħesrem xnigħat u polemiki imma wkoll għax tat ċans biex tiġi ppreservata tradizzjoni unika fix-xenarju tal-festi Maltin. Iktar u iktar meta żżomm f 'moħħok li f 'dan iż-żmien ta' materjaliżmu estrem u antagoniżmu għal dak kollu li hu reliġjuż qegħdin fil- periklu li nnaqqru minn dak li għandu x'jaqsam mal-kult u t-tradizzjonijiet insara. Ta' min ifaħħar din id- deċiżjoni ta' Mons. Arċisqof u l-Kappillan li din it- tradizzjoni kellha tibqa' ssir naturalment bit-teħid ta' ċerti prekawzjonijiet biex jitnaqqsu kemm jista' jkun xi inċidenti simili. Dwar ir-reffiegħa wieħed jissuġerixxi li ssir sejħa pubblika mill-Kappillan għal dawk li jkunu jixtiequ jerfgħu fil-vara ta' San Gejtanu. Ma' din is-sejħa naturalment għandhom ikunu marbuta ċerti kundizzjonijiet u regoli fosthom il-qagħda fiżika ta' dak li japplika, li jkun mill-parroċċa u joqgħod fil-parroċċa, li jkun lest li jingħaqad fi fratellanza, li jieħu sehem f 'purċissjonijiet oħra fil-parroċċa u fil- funzjonijiet tal-knisja. B'hekk din it-tradizzjoni tant għażiża għall-Ħamruniżi u għal dawk kollha li jiġu apposta għaliha tkompli ssir u żżid mar-rikezza li l-festi Maltin primarji u sekondarji għandhom fit-tradizzjonijiet u l-folklor u għalhekk ta' min ifaħħar din id-deċiżjoni ta' Mons. Arċisqof u l-Kappillan tal-Parroċċa San Gejtanu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 June 2014