Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt DIVERSI uffiċjali mlaħħqin fil-Korp tal-Pulizija kienu xettiċi dwar deċiżjoni tal-Qorti li tat il-libertà proviżorja lil Jason Galea, akkużat li qatel tliet persuni: lil Mario Camilleri l-Imnieħru, lil ibnu Mario Junior u lil Matthew Zahra. Dan fid-dawl li l-mara tal-Imnieħru u omm Mario Junior, Mona Camilleri, kienet sostniet għal diversi drabi li Jason Galea kien ried joqtolha wkoll. Infatti waqt il- kumpilazzjoni tal- provi u f 'intervista li kienet tat lil din il-gazzetta, Camilleri kienet irrakkuntat kif Galea – li jiġi wkoll ħuha – kien mar għaliha d-dar iżda ma fetħitlux. "Għalhekk id-deċiżjoni li jingħata l-libertà proviżorja tista' titqies bħala riskjuża ħafna. Filwaqt li nirrikonoxxu li dan hu dritt tal-imputat, fin-nofs hemm is-sigurtà ta' persuni oħra," qal uffiċjal imlaħħaq lil din il- gazzetta. Hu ssokta jgħid li x-xettiċiżmu tagħhom ikompli jikber meta tqis li Galea allegatament qatel xejn inqas minn tliet persuni, u difinhom flimkien f 'għalqa fil- Qajjenza. Minħabba dan ix- xettiċiżmu, ILLUM hi infurmata li għada l-pulizija se titlob lill-avukat ġenerali jappella minn din id-deċiżjoni tal- Qorti. 0.90 06 ta' Lulju 2014 • Nr 403 Tel: 2122 3999 NEWSPAPER POST "Libertà proviżorja riskjuża" Maġġoranza favur li l-elezzjonijiet isiru fl-istess jum FREDERICK AT TARD fattard@mediatoday.com.mt HEKK kif ftit tal-ġimgħat ilu ġiet fi tmiemha l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien semma l-possibbiltà li ssir evalwazzjoni dwar jekk l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew għandhomx jibdew isiru fl-istess jum. Dan il-ħsieb kien intqal propju bħala risposta għall- fatt li l-elettorat Malti kien qed iħoss għejja politika matul il-kampanja għall- Elezzjoni tal-Parlament Ewropew li kienet qed issir 14-il xahar biss wara l-Elezzjoni Ġenerali tal- 2013. Minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika dwar dan is- suġġeriment organizzat minn organizzazzjoni privata jirriżulta li 64% tal-poplu hu favur li l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew u dawk tal-kunsilli lokali jibdew isiru fl-istess ġurnata mis- sena 2019 'il quddiem. Jaqblu 64% Ma jaqblux 26% Inċerti 10% Żewġ festi posposti minħabba l-futbol Ara paġna 6 Intervistat il-President taż-żgħażagħ Laburisti Ara paġna 14-15 Tkompli f'paġna 3 Xettiċiżmu dwar bail li ngħata lil Jason Galea, akkużat bil-qtil ta' Mario Camilleri u ibnu Mario Junior, u Matthew Zahra Tkompli f 'paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014