Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 NEW CITROËN C3 PURETECH PETROL ENGINE. 250 MORE KILOMETERS PER TANK. Michael Attard Ltd. – Citroën Showroom, Mdina Road, Attard – T: 2144 2005 / 2248 2602 – E: citroensales@michaelattard.com www.citroen.com.mt S M L XL ... A VAN TO FIT ALL 0782. Citroen. - Commercial Vehicles - 18x5.indd 1 12/06/2014 18:30 Cruise liners f 'Għawdex Ottimiżmu wara sena diżappuntanti JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LAMMONT ta' cruise liners li mistennija jieqfu Għawdex matul is-sena d-dieħla hu maħsub li jkun id-doppju tal-ammont li daħlu s-sena l-oħra. Dan jirriżulta minn projezzjonijiet li għandu l-Ministeru għal Għawdex. Kelliema għall-Ministeru qalet mal-ILLUM li minkejja li għadu prematur, għal 2015 diġà hemm proġettati li jidħlu 24 cruise liner, b'kuntrast mas-sena l-oħra fejn daħlu tlettax. Peress li dawn huma biss projezzjonijiet, naturalment in-numri jistgħu jinbidlu. Iżda n-numru ta' cruise liners f 'Għawdex din is-sena mistenni jirreġistra tnaqqis sostanzjali meta kkumparat mal-2013. Fil-Parlament, il-Ministru Anton Refalo qal li minn dan ix-xahar sa tmiem din is-sena mistennija jidħlu Għawdex erba' vapuri. Dan minbarra l-ewwel cruise liner li daħal Għawdex din is-sena fl-aħħar ġimgħa ta' Ġunju. Tnejn oħra kienu previsti li jniżżlu n-nies f 'Mejju iżda kellhom jinbidlu l-pjanijiet minħabba l-kundizzjoni tat-temp. Mistoqsija dwar kemm kienu mistennija li jidħlu cruise liners din is-sena, il-kelliema ma tatx statistika u qalet biss li "sal-aħħar ta' din is-sena mistennija jidħlu aktar vapuri tal-linji Companie du Ponant, Windstar u Peter Dellman Cruises." Interessanti l-fatt li fit-18 ta' Frar 2014, l-eks Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella fil-Parlament kien qal li l-projezzjonijiet ta' cruise liners f 'Għawdex għal din is-sena kienu jammontaw għal sbatax. Fl-aħħar sitt snin daħlu aktar minn 50 cruise liner f 'Għawdex. Filwaqt li fl-2008 u 2009 daħlu ħames vapuri kull sena, l-ammont żdied bi ftit għal total ta' seba' vapuri kull sena fl-2010 u l-2011. L-2012 rat l-ammont jirdoppja għal erbatax-il vapur, bl- ammont jinżel għal tlettax matul is-sena li għaddiet. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru ħabbar li s-sejħa għall-interess għal bini ta' cruise liner terminal f 'Għawdex qiegħed fi stadju avvanzat. Infatti din il-gazzetta tista' tikkonferma li din is-sejħa tagħlaq f 'nofs dan ix-xahar, bil-kumpaniji li jkomplu bil-proċess ikunu mitluba li jissottomettu studji tekniċi sa nofs Ottubru 2014. Fuq dawn l-istudji l-gvern imbagħad jagħmel l-għażla finali. "B'hekk, b'dan il-proġett tispiċċa s-sitwazzjoni preżenti fejn Għawdex m'għandux moll li miegħu jistgħu jorbtu l-cruise liners. Fil-preżent, il-vapuri qed jankraw barra l-port tal-Imġarr u l-passiġġieri jittieħdu lejn l-art fuq dgħajjes żgħar." Il-kelliema ssuktat tgħid li l-passiġġiera jingħataw merħba minn gruppi folkloristiċi, mis-sezzjoni tal-Kultura fil-Ministeru t'Għawdex u l-MTA qabel jitilqu għall-eskursjonijiet madwar Għawdex. Skont statistika maħruġa mill-NSO jirriżulta li bejn l-2011 u l-2013 niżlu jżuru Għawdex aktar minn 7,000 passiġġier, b'aktar minn nofshom jinżlu fl-2012 biss. Il-vapur 'Noordam', wieħed mill-akbar cruiseliners li qatt waqaf Għawdex 2011 2012 2013 Cruise liners f 'Għawdex 7 14 13 Passiġġieri li niżlu f 'Għawdex 1,021 3,544 2,482 Cruise liners f 'Malta 311 322 286 Passiġġieri li niżlu f 'Malta 55,927 46,421 51,120

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014