Illum previous editions

ILLUM 6 JULY 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/341810

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Lulju 2014 | illum 35 SPORTSillum Saħħa, klassi u teknika fl-atletika sħabi l-atleti u wisq iktar minn sħabi tal-Università għamilt kuraġġ biex l-atletika ma nwaqqafhiex għal kollox. Niġu issa għal din is-sena fejn naf li rnexxielek takkwista diversi suċċessi fl-Isteeplechase. Tina iktar dettalji. Wara sena u ftit xhur naħdem part-time, mentalment u fiżikament bdejt nerġa' niffoka sew, kemm fuq l-aħħar sena tal-inġinerija kif ukoll fl-atletika. Wara sena ta' instabbiltà, Xandru ħeġġiġni biex ningħaqad ma' kowċ ieħor, Mario Pisani, biex nibda taħriġ b'mod tekniku fejn tidħol l-isteeplechase darba fil-ġimgħa waqt li nżomm l-apputament tiegħi ta' taħriġ ma' Xandru. Din l-għaqda bejn żewġ kowċijiet kien proġett ta' żvilupp għall-karriera tiegħi. Fi żmien tliet xhur, it-teknika biex naqbeż l-ostakli għamlet avvanz kbir u bis-saħħa ta' hekk stablixxejt rekord ġdid fit-3,000 metru Steeplechase b'ħin ta' 12:02,53. Din il-wirja kisbitli post għat-tielet sena fil-European Team Championships ġewwa Banska Bystrica, Slovakkja flimkien mal- 1,500 metru. Ġewwa s-Slovakkja rnexxieli nikseb is-sitt post minn ħmistax-il pajjiż li pparteċipaw f 'din il-kompetizzjoni annwali. Wara erba' snin ġewwa l-Università nistudja biex nakkwista l-Baċċellerat fl-Inġinerija Mekkanika, f 'Ottubru li għadda dħalt għal sentejn Masters fil-fiżika medika grazzi għall-borża ta' studju li rċevejt mill-Ministeru tas-Saħħa. Din ma waqqfitnix milli nkompli t-taħriġ tiegħi. Fil-fatt żidt iktar sigħat ta' taħriġ fl-isteeplehcase kif ukoll biex nikseb l-aħjar ħin tiegħi fl-1,500 metru. Din is-sena rnexxieli nikser ir-rekord tat-3,000 metru Steeplechase darbtejn f 'perjodu ta' xahar, bl-aħjar ħin irreġistrat ikun ta' 11:53,43, kif ukoll tejjibt il-ħin personali tiegħi fl-1,500 metru b'erba' sekondi b'ħin ta' 4:50,76. Permezz ta' dawn iż-żewġ prestazzjonijiet għar- raba' sena rnexxieli nikseb post għall- European Team Championships li saru bejn il-21 u t-22 ta'Ġunju ġewwa Tbilisi, Georgia. X'inhuma l-għanijiet u l-pjanijiet tiegħek għas-snin li ġejjin? L-għan tiegħi f 'dawn il- kompetizzjonijiet hu li nerġa' ntejjeb il-ħin tiegħi fl-1,500 metru u fit-3,000 metru Steeplechase. F'dawn is-snin li ġejjin il-pjanijiet huma ferm differenti fejn is-snin ta' qabel minħabba li f 'dawn is-sentejn se nkun qed naħdem barra minn xtutna bħala Medical Physicist Trainee. Din il-bidla iżda ma qatgħatlix qalbi milli nkompli t-taħriġ fl-atletika f 'kultura u ambjent differenti minn ftit jiem oħra. Twieldet d-9 ta' April 1991 f'Tal-Pietà Hija kkowċjata mil-leġġenda ħajja - atletika lokali, Xandru Grech Ilha titħarreġ mal-klabb tal-atletika, A.S. Libertas, sa minn meta kellha 10 snin Tispeċjalizza -isteeplechase u hija waħda mill-aqwa atleti Maltin f'din id-dixxiplina Din is-sena rnexxielha tikser ir-rekord tat-3000m steeplechase darbtejn f'perjodu ta' xahar, bl-aħjar ħin irreġistrat ikun ta' 11:53,43, waqt li tejbet il-ħin personali tiegħi -1500m b'erba' sekondi b'ħin ta' 4:50,76. Permezz ta' dawn iż-żewġ prestazzjonijiet għar-raba' sena rnexxielha tikseb post għall-European Team Championships li saru bejn il-21 u t-22 ta' Ġunju ġewwa Tbilisi, Ġorġja. Hekk kif għad għandha biss 23 sena, m'hemmx dubju li għandha futur mill- isbaħ quddiemha -atletika. Mona Lisa Camilleri Ritratt: Ray Attard "Fi żmien tliet xhur għamilt avvanzi kbar fit-teknika tiegħi"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 JULY 2014